MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati
7.7.2020-()
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
B9-0211/2020 (PPE)
B9-0213/2020 (S&D)
B9-0215/2020 (Renew)
Dolors Montserrat, Esteban González Pons, Leopoldo López Gil, Paulo Rangel, Antonio Tajani, David McAllister, Gabriel Mato, Antonio López-Istúriz White, Cláudia Monteiro de Aguiar, Isabel Wiseler-Lima, Miriam Lexmann, Vladimír Bilčík, Ivan Štefanec, Michal Wiezik, Peter Pollák
f'isem il-Grupp PPE
Kati Piri, Javi López, Maria-Manuel Leitão-Marques
f'isem il-GruppS&D
Dita Charanzová, Jordi Cañas, Abir Al-Sahlani, Barry Andrews, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Sylvie Brunet, Olivier Chastel, Nicola Danti, Fredrick Federley, Billy Kelleher, Moritz Körner, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Dragoș Pîslaru, Samira Rafaela, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans
f'isem il-GruppRenew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati
()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dik tas-16ta'Jannar2020 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela wara l-elezzjoni illegali tal-President il-ġdid u tal-Uffiċċju l-ġdid tal-Assemblea Nazzjonali (kolp ta' stat parlamentari)[1],
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), tal-1ta'April2020, dwar il-proposta tal-Istati Uniti u s-sitwazzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-coronavirus fil-Venezwela,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, tat-30ta'April2020, dwar l-emerġenza tas-saħħa fil-Venezwela,
–wara li kkunsidra t-twissija tal-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, tas-6ta'Mejju2020, dwar l-impatt devastanti tal-kriżi umanitarja u ekonomika tal-pajjiż fuq id-drittijiet tal-bniedem,
–wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU, Michelle Bachelet, dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Venezwela tat-2ta'Lulju2020,
–wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa konġunta tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) tal-1ta'April2020 dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti mill-Venezwela matul il-kriżi tal-COVID-19,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela tal-5ta'Jannar2020 u tas-26ta'Ġunju2020,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Grupp ta' Lima tal-20ta'Frar, tat-2ta'Marzu, tat-2ta'April u tas-16ta'Ġunju2020,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tal-4 u tas-16ta'Ġunju2020 dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-11ta'Ġunju2020 dwar l-attakki reċenti fuq l-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali tas-16ta'Ġunju2020 dwar il-kredibbiltà kompromessa tal-organu elettorali tal-Venezwela, u tal-24ta'Ġunju2020 dwar il-kriżi politika li sejra għall-agħar fil-Venezwela,
–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2020/898 tad-29ta'Ġunju2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK)2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela[2], li żiedet 11-iluffiċjal Venezwelan ewlieni mal-lista tal-individwi suġġetti għal miżuri restrittivi,
–wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi organizzata fis-26ta'Mejju2020 bħala turija ta' solidarjetà mar-rifuġjati u mal-migranti Venezwelani,
–wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Venezwelana,
–wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
–wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ilhom snin sħaħ isostnu lill-popolazzjoni Venezwelana u lill-komunitajiet li laqgħu fi ħdanhom lir-rifuġjati; billi fis-26ta'Mejju2020, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern ta' Spanja, bl-appoġġ tal-UNHRC u tal-IOM, ikkonvokaw Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi b'Turija ta' Solidarjetà mar-Rifuġjati u mal-Migranti tal-Venezwela; billi d-donaturi internazzjonali wiegħdu total ta' EUR2544biljun, li minnhom EUR595miljun biss f'għotjiet diretti, u l-bqija huma sempliċement self kundizzjonali; billi matul il-konferenza wħud mill-mutwatarji esprimew it-tħassib dwar id-diffikultajiet burokratiċi u l-kumplessità tar-regolamentazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom biex jiksbu s-self; billi l-EUR595miljun f'għotjiet diretti bilkemm se jkopru l-konsegwenzi annwali ta' kriżi bla preċedent ta' dan il-kobor fil-pajjiżi ġirien tal-Venezwela; billi l-komunità internazzjonali għandha ssib soluzzjonijiet innovattivi biex tiżblokka riżorsi finanzjarji possibli oħra bil-għan li tgħin lill-poplu Venezwelan jindirizza l-bżonnijiet ta' emerġenza tiegħu lil hinn mill-għajnuna umanitarja u ta' kooperazzjoni f'terminu itwal;
B.billi l-assistenza tal-UE taqbeż it-EUR319-ilmiljun, kemm fil-Venezwela kif ukoll esternament; billi EUR156miljun kienu ddedikati għall-assistenza umanitarja, EUR136miljun għall-iżvilupp u EUR27miljun għall-istabbiltà u l-paċi;
C.billi l-kriżi multidimensjonali politika, ekonomika, istituzzjonali, soċjali u umanitarja li diġà hija terribbli fil-Venezwela marret għall-agħar b'mod sinifikanti u aggravat matul il-pandemija; billi ż-żieda fl-iskarsezza tal-ikel u tal-mediċini, il-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem, l-iperinflazzjoni, l-oppressjoni politika, il-korruzzjoni u l-vjolenza qed jipperikolaw ħajjet in-nies u qed iġegħluhom jaħarbu mill-pajjiż;
D.billi għadd dejjem jikber ta' nies fil-Venezwela, b'mod partikolari l-gruppi vulnerabbli bħan-nisa, it-tfal u l-morda, qed ibatu mill-malnutrizzjoni bħala konsegwenza tal-aċċess limitat għas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità, mediċini, ikel u ilma;
E.billi s-sistema nazzjonali tas-saħħa Venezwelana ddgħajfet b'mod konsiderevoli minħabba l-ġestjoni ħażina min-naħa tar-reġim, li rriżultat fi skarsezzi kritiċi ta' mediċini u nuqqas ta' kuri mediċi; billi ċ-ċifri li jagħti r-reġim fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 mhumiex kredibbli u mhumiex qegħdin jiġu fdati la fil-Venezwela u lanqas mill-komunità internazzjonali;
F.billi l-kriżi multidimensjonali tal-lum fil-Venezwela qed tiġġenera l-akbar spostament tal-popolazzjoni li qatt seħħ fir-reġjun; billi madwar ħames miljun Venezwelan ħarbu mill-pajjiż, u 80% minnhom huma spustati fil-pajjiżi tar-reġjun; billi skont il-UNHCR, il-kriżi tar-rifuġjati Venezwelana hija t-tieni l-akbar waħda fid-dinja wara dik tas-Sirja; billi huwa mistenni li sa tmiem l-2020, l-għadd totali ta' persuni li jkunu ħarbu mid-deterjorament tal-kundizzjonijiet fil-Venezwela jista' jaqbeż s-6,5miljun ruħ;
G.billi skont il-UNHCR, in-numru ta' Venezwelani li qegħdin ifittxu asil fid-dinja kollha żdied b'2000%; billi 650000ruħ ippreżentaw talbiet għal asil fid-dinja kollha u madwar żewġ miljun kisbu permessi ta' residenza mingħand il-pajjiżi l-oħra fl-Amerki; billi 12% tal-popolazzjoni ħarbet mill-pajjiż u n-nies għadhom qed jitilqu b'rata medja ta' 5000 kuljum;
H.billi l-emerġenza tas-saħħa pubblika globali attwali aggravat sitwazzjoni diġà ddisprata għal ħafna rifuġjati u migranti mill-Venezwela, kif ukoll għall-pajjiżi ospitanti tagħhom; billi ħafna rifuġjati u migranti jiddependu minn pagi ta' kuljum insuffiċjenti biex ikopru l-bżonnijiet bażiċi bħal saqaf fuq rashom, ikel u kura tas-saħħa;
I.billi, skont ir-rapporti inizjali dwar il-pandemija li qed tgħabbi s-sistema fraġli tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż, l-isptarijiet huma mimlija b'pazjenti tal-coronavirus u għexieren ta' ħaddiema tas-saħħa ġew infettati;
J.billi l-Qorti Suprema Venezwelana illeġittima, ikkontrollata mir-reġim ta' Nicolás Maduro, ipproklamat inġustament il-ħatra ta' Luis Parra bħala President tal-Assemblea Nazzjonali fis-26ta'Mejju 2020; billi s-sessjoni illegali li saret f'Jannar2020 la rrispettat il-proċedura ġuridika u lanqas il-prinċipji kostituzzjonali demokratiċi billi impediet, f'xi każijiet bil-forza, il-maġġoranza kbira tar-rappreżentanti eletti demokratikament milli jkunu preżenti matul is-sessjoni u konsegwentement milli jitfgħu l-voti tagħhom; billi d-deċiżjoni illegali maħruġa minn din is-sessjoni parlamentari illeġittima wasslet lill-Kunsill tal-UE jimponi sanzjonijiet fuq 11-iluffiċjal ieħor għar-rwol li żvolġew biex ikunu mminati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, fosthom Luis Parra u Juan José Mendoza, President tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema; billi Juan Guaidó eskluda lilu nnifsu minn kwalunkwe gvern ta' tranżizzjoni u Maduro ma jistax ikun parti minn tali gvern;
K.billi fit-13ta'Ġunju2020, il-Qorti Suprema illeġittima għal darb'oħra ħatret membri ġodda fil-Kunsill Nazzjonali Elettorali, avolja ma għandha l-ebda poter ġuridiku biex tagħmel hekk; billi, skont l-Artikoli187 u 296 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, dawn il-ħatriet huma l-kompetenza unika u esklużiva tal-Assemblea Nazzjonali, li hija organu demokratikament elett miċ-ċittadini Venezwelani; billi l-Parlament Ewropew mhu se jirrikonoxxi l-ebda deċiżjoni meħuda u l-ebda sentenza maqtugħa unilateralment minn dawn l-organi illeġittimi; billi l-uffiċjali responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet ġew inklużi wkoll fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE;
L.billi Nicolás Maduro ordna lill-ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea tħalli l-pajjiż fi żmien 72siegħa minn meta l-UE imponiet sanzjonijiet immirati lejn diversi uffiċjali responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, u billi hedded ukoll lill-ambaxxatur ta' Spanja b'aktar rappreżalji; billi f'Mejju2020, kien hemm rapporti ta' atti vessatorji fil-konfront tal-ambaxxata Franċiża f'Caracas, inkluż billi nqatgħu l-provvisti tal-ilma u tal-elettriku lir-residenza tal-ambaxxatur; billi r-reġim iddeċieda jannulla din id-deċiżjoni u ma jkeċċix lill-ambaxxatur tal-UE;
M.billi r-reġim ta' Maduro attakka verbalment lill-partiti politiċi Acción Democrática, Primero Justicia u Un Nuevo Tiempo permezz ta' persekuzzjoni sistematika b'deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema (TSJ) illeġittima li lill-partiti tneħħilhom id-direttorati nazzjonali, kontra r-rieda tal-membri tagħhom; billi l-partit politiku demokratiku Voluntad Popular kien kkwalifikat bħala organizzazzjoni terroristika mir-reġim ta' Maduro;
N.billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, ċaħdet bil-qawwa din il-farsa elettorali u l-azzjonijiet illegali kollha bħal dawn; billi din l-azzjoni kompliet ċekknet l-ispazju demokratiku fil-pajjiż għall-minimu assolut u ħolqot ostakli kbar għar-riżoluzzjoni tal-kriżi politika fil-Venezwela; billi l-formazzjoni ta' gvern nazzjonali ta' emerġenza bbilanċjat u inklużiv, li jinkludi s-setturi demokratiċi politiċi u soċjali kollha tal-pajjiż u li kapaċi jindirizza l-ħtiġijiet umanitarji attwali, huwa essenzjali sabiex tingħeleb il-kriżi li qed tiħrax;
O.billi r-rispett tal-istandards internazzjonali, Kunsill Nazzjonali Elettorali indipendenti u bilanċjat u kundizzjonijiet ekwi li jiżguraw il-parteċipazzjoni bla xkiel tal-partiti politiċi u l-kandidati jirrappreżentaw il-pedamenti għal proċess elettorali kredibbli, li jippermetti elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali liberi u ġusti;
P.billi l-finanzjament illeċitu u l-indħil barrani min-naħa tar-reġim fl-elezzjonijiet joħolqu theddida sinifikanti għad-demokraziji Ewropej;
Q.billi l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-UE dwar l-affarijiet barranin tinsab f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali iżda l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li timmonitorja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;
R.billi fit-12ta'Ġunju2020, l-awtoritajiet ta' Cabo Verde arrestaw lil Alex Saab, negozjant li kien implikat f'diversi skemi ta' korruzzjoni li jinvolvu r-reġim ta' Maduro u issa qed jistenna deċiżjoni ġudizzjarja u possibbilment estradizzjoni; billi l-każ ta' Saab juri kemm il-korruzzjoni nfirxet fil-Venezwela waqt li l-pajjiż jinsab f'nofs kriżi umanitarja mingħajr preċedent; billi l-pajjiż ġie kklassifikat fil-137post minn 180 fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni għall-2019 ta' Transparency International;
S.billi l-għadd ta' priġunieri politiċi żdied minn mindu beda l-inkwiet ċivili tal-massa fl-2014, u bħalissa hemm aktar minn 430priġunier politiku; billi 11-ilEwropew huma rrappurtati wkoll li qed jinżammu f'detenzjoni fil-Venezwela; billi bosta każijiet ta' tortura mir-reġim huma attwalment taħt eżami preliminari mill-QKI għal delitti kontra l-umanità; billi r-repressjoni, id-detenzjonijiet arbitrarji u t-tortura żdiedu matul il-kriżi tal-COVID-19; billi r-rapport tat-2ta'Lulju2020 tal-Kummissarju Għoli Bachelet dwar il-Venezwela ddokumenta aktar minn 1300każ ta' qtil extraġudizzjarju mill-forzi tas-sigurtà bejn l-1ta'Jannar u l-31ta'Mejju2020;
T.billi r-reġim ta' Maduro ma tax informazzjoni trasparenti, ma aċċettax assistenza umanitarja internazzjonali u ma tax prijorità lill-ħtiġijiet u lid-drittijiet tal-partijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni; billi fl-1ta'Ġunju2020, ġie konkluż ftehim bejn il-Ministeru tal-Enerġija tal-Poplu għas-Saħħa u t-tim konsultattiv tal-Assemblea Nazzjonali għall-COVID-19 li jippermetti li tingħata għajnuna umanitarja lill-Venezwela apolitikament permezz tal-Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa (PAHO) minkejja li matul is-snin, ir-reġim irrifjuta kwalunkwe forma ta' għajnuna umanitarja;
U.billi, sa mill-2016, ir-reġim ta' Maduro appoġġja l-estrazzjoni illegali tad-deheb artiġjanali fl-Amazzonja Venezwelana sabiex jiġu ffinanzjati gruppi armati irregolari; billi d-deheb ġie esportat klandestinament b'mezzi irregolari biex jinbiegħ u jiġi skambjat b'mod illeċitu barra mill-pajjiż; billi dan l-hekk imsejjaħ deheb tad-demm huwa estratt u sfruttat għad-detriment tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent f'kundizzjonijiet illegali u kriminali li jheddu serjament it-tnejn li huma;
V.billi huma meħtieġa azzjonijiet effikaċi biex titwaqqaf it-theddida ta' sigurtà għar-reġjun usa' li nħolqot permezz tar-rabtiet bejn ir-reġim dittatorjali ta' Maduro, gruppi terroristiċi u gruppi armati organizzati li jwettqu l-attivitajiet kriminali tagħhom fil-Venezwela;
1.Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-gravità tal-emerġenza umanitarja, li hija theddida kbira għal ħajjet il-Venezwelani; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Venezwelani kollha mġiegħla jaħarbu minn pajjiżhom minħabba n-nuqqas ta' kundizzjonijiet tal-għajxien l-aktar bażiċi, bħall-aċċess għall-ikel, l-ilma tax-xorb, is-servizzi tas-saħħa u l-mediċini;
2.Jiġbed l-attenzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni li sejra għall-agħar u li nfirxet fir-reġjun kollu, jiġifieri fil-Kolombja, fil-Perù, fl-Ekwador, fil-Bolivja, fiċ-Ċilì, fil-Brażil, fil-Panama u fl-Arġentina, kif ukoll f'xi Stati Membri tal-UE u fil-Karibew, u jenfasizza ċ-ċirkostanzi estremament diffiċli li huma aggravati aktar mill-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19; ifaħħar l-isforzi tal-pajjiżi ġirien u s-solidarjetà li wrew; jitlob lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikomplu jikkooperaw ma' dawn il-pajjiżi u t-territorji, mhux biss billi joffru assistenza umanitarja iżda wkoll billi joffru aktar riżorsi u permezz tal-politika tal-iżvilupp;
3.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Venezwela jirrikonoxxu l-kriżi umanitarja li għaddejja, ma jħalluhiex tkompli tiddeterjora u jippromwovu soluzzjonijiet politiċi u ekonomiċi biex jiżguraw is-sikurezza taċ-ċivili kollha u l-istabbiltà għall-pajjiż u għar-reġjun; jieħu nota tal-ftehim milħuq bejn il-Venezwela u l-PAHO dwar il-ġlieda kontra l-COVID-19;
4.Jappella għal azzjoni urġenti biex jiġi evitat l-aggravar tal-kriżi umanitarja u tas-saħħa pubblika, u b'mod partikolari li jerġa' jitfaċċa mard bħall-ħosba, il-malarja, id-difterite u l-marda tal-ilsien u d-dwiefer; jappella għall-implimentazzjoni rapida ta' miżura fuq żmien qasir kontra l-malnutrizzjoni fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, bħan-nisa, it-tfal u l-morda;
5.Jilqa' b'sodisfazzjon il-wegħdiet u l-isforzi tal-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi b'turija ta' solidarjetà mar-rifuġjati u l-migranti tal-Venezwela; jitlob, f'dan il-kuntest, li titnaqqas il-burokrazija u li jkun hemm qafas semplifikat li jkun jista' jiżgura li l-wegħdiet jaslu għand dawk li jinsabu fi bżonn iddisprat mill-aktar fis possibbli;
6.Jirrifjuta bil-qawwa l-ksur tal-funzjonament demokratiku, kostituzzjonali u trasparenti tal-Assemblea Nazzjonali, kif ukoll l-atti intimidatorji, il-vjolenza u d-deċiżjonijiet arbitrarji kontra l-membri tagħha; jiddenunzja l-ħatra mhux demokratika ta' membri ġodda fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali Elettorali u t-tneħħija tal-bordijiet tad-diretturi tal-partiti kontra r-rieda tal-membri tagħhom;
7.Itenni r-rikonoxximent tiegħu li, bħala riżultat tal-votazzjoni trasparenti u demokratika tal-Assemblea Nazzjonali, Juan Guaidó huwa l-President leġittimu tal-Assemblea Nazzjonali u l-president adinterim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela f'konformità mal-Artikolu233 tal-Kostituzzjoni Venezwelana;
8.Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Assemblea Nazzjonali, li hija l-uniku organu demokratiku elett b'mod leġittimu tal-Venezwela, u li s-setgħat tagħha jeħtieġ li jiġu rispettati, inklużi l-prerogattivi u s-sikurezza tal-membri tagħha; jinsisti li soluzzjoni politika paċifika tista' tintlaħaq biss jekk jiġu rispettati għalkollox il-prerogattivi kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali;
9.Ifakkar li r-rispett tal-istituzzjonijiet u tal-prinċipji demokratiċi u tad-difiża tal-istat tad-dritt huma kundizzjonijiet essenzjali biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Venezwela għall-ġid tal-poplu tagħha; jitlob b'urġenza, għaldaqstant, li jinħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi liberi, trasparenti u kredibbli, ibbażati fuq kalendarju fiss, kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha, it-trasparenza u l-preżenza ta' osservaturi internazzjonali kredibbli bħala l-unika soluzzjoni biex tintemm il-kriżi, u b'hekk tiġi eskluża kull vjolenza jew azzjoni militari;
10.Jappella lill-UE u lil atturi internazzjonali oħra biex, flimkien ma' atturi internazzjonali oħra, jimmobilizzaw rispons mill-komunità internazzjonali li jikkontribwixxi għar-ritorn urġenti tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela;
11.Ifakkar li l-Istati Membri huma ġuridikament marbuta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill2017/2074 biex jimplimentaw il-miżuri restrittivi li jinsabu fiha, b'mod partikolari l-prevenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi, milli jidħlu fit-territorji tagħhom jew jgħaddu minnhom, kif ukoll obbligu li jinnotifikaw immedjatament lill-Kunsill bil-miktub dwar kwalunkwe eżenzjoni li jkunu taw;
12.Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29ta'Ġunju2020 li jinkludi 11-iluffiċjal Venezwelan fil-lista ta' individwi suġġetti għal sanzjonijiet li mhumiex għad-dannu tal-popolazzjoni tal-Venezwela, u jitlob li dik il-lista tissaħħaħ u tikber jekk is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija tkompli tiddeterjora; iqis li l-awtoritajiet tal-UE jeħtiġilhom jillimitaw il-movimenti tal-individwi mniżżla f'dik il-lista, kif ukoll tal-eqreb familjari tagħhom, u jiffriżaw l-assi u l-viżi tagħhom; jappella wkoll għal projbizzjoni immedjata fuq il-kummerċ u ċ-ċirkolazzjoni tad-deheb tad-demm illegali mill-Venezwela;
13.Jiddispjaċih ferm għat-theddid ta' Maduro li jkeċċi minn Caracas lill-ambaxxatur tal-UE bħala forma ta' rappreżalji għas-sanzjonijiet imposti fuq il-11-iluffiċjal Venezwelan responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tad-dikjarazzjoni inizjali tal-VP/RGħ li tħabbar ir-reċiproċità u jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw ukoll li jaġixxu skont il-prinċipju ta' reċiproċità jekk din is-sitwazzjoni terġa' tinqala', jiġifieri billi jiġu revokati l-kredenzjali tal-Ambaxxaturi ta' Maduro fl-UE; itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu lir-rappreżentanti politiċi maħtura minn Juan Guaidó;
14.Jiddenunzja l-korruzzjoni bla rażan li saret parti integrali tar-reġim ta' Maduro; jiddenunzja l-użu tal-finanzjament politiku min-naħa tar-reġim ta' Maduro bħala għodda ta' ndħil barrani; jikkundanna bil-qawwa u jiddeplora l-każijiet ta' korruzzjoni, inklużi dawk taħt investigazzjoni ġudizzjarja fl-Istati Membri;
15.Jitlob li jiġu liberati immedjatament il-priġunieri politiċi kollha u li jintemmu t-tortura, il-maltrattament u l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-avversarji politiċi, tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dimostranti paċifiċi, u li jitħallew jirritornaw dawk kollha li kienu inġustament imġiegħla jeżiljaw ruħhom;
16.Jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjonijiet tal-QKI dwar d-delitti numerużi u l-atti ta' repressjoni mwettqa mir-reġim Venezwelan; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-inizjattiva tal-Istati Partijiet tal-QKI biex jiftħu investigazzjoni tad-delitti kontra l-umanità kommessi mill-gvern defacto ta' Maduro, ħalli dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom;
17.Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti tar-Renju Unit tat-2ta'Lulju2020, li tirrikonoxxi b'mod inekwivoku l-leġittimità demokratika tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fil-persuna tal-President tagħha, Juan Guaidó, billi tagħtih aċċess legali għar-riżervi tad-deheb tar-Repubblika;
18.Jitlob li tintbagħat fil-pajjiż missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni sabiex tivvaluta s-sitwazzjoni;
19.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President adinterim leġittimu tar-Repubblika u tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.
- [1] Testi adottati, P9_TA(2020)0013.
- [2] ĠU L205I, 29.6.2020, p.6.