TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3:PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 1 - L-EWWEL QARI
Artikolu 63:Ftehim fl-ewwel qari
Fejn, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikun għarraf lill-Parlament li jkun approva l-pożizzjoni tal-Parlament, il-President, wara l-finalizzazzjoni skont l-Artikolu 209, għandu jħabbar fil-Parlament li l-att leġiżlattiv ikun ġie adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament.