Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura-Jannar 2025
EPUB159kPDF854k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 6:PROĊEDURI BAĠITARJI

Artikolu 97:Konċiljazzjoni baġitarja

1.Il-President għandu jlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f'laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta' membri indaqs bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill.

3.Kull sena, qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, il-gruppi politiċi għandhom jaħtru il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista' jiddelega dan l-irwol lil Viċi President li għandu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-president tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

4.Għandu japplika l-Artikolu 78(2), (4), (5), (7) u (8).

5.Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta' seduta tal-Parlament li issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta' dak il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun disponibbli għall-Membri kollha. Għandu japplika l-Artikolu 79(2) u (3).

6.Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha ssir b'sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt għandu jitqies li huwa approvat ħlief jekk jiġi miċħud mill-maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

7.Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista' jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi kollha jew uħud minnhom tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma skont il-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-votazzjoni fuq il-konferma għandha titqiegħed fuq l-aġenda ta' seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill taċ-ċaħda tat-test konġunt.

L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati mill-maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u minn tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza