KAPITOLU 6:PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA
Artikolu 204:Riferiment lura lill-Kumitat
1.Grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jagħmlu talba għal riferiment lura lill-kumitat meta tkun stabbilita l-aġenda jew qabel il-bidu tad-dibattitu.
L-intenzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ mozzjoni li titlob riferiment lura lill-kumitat għandha tiġi notifika tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih..
2.Riferiment lura lill-kumitat jista' wkoll jintalab minn xi grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx qabel jew matul il-votazzjoni. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.
3.Tali mozzjoni tista' ssir darba biss f'kull wieħed mill-istadji proċedurali msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4.Riferiment lura lill-kumitat iġib miegħu s-sospensjoni tal-eżami ta' dak il-punt.
5.Il-Parlament jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-kumitat għandu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu.