1.Meta jirriżulta mill-proċedura fl-Artikolu 48 jew fl-Artikolu 55 li kwistjoni taqa’ taħt il-kompetenza ta’ aktar minn tliet kumitati, mingħajr ma tipprevali l-kompetenza ta’ kumitat minnhom, il-Konferenza tal-Presidenti tista’ bħala l-aħħar għażla, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tipproponi lill-Parlament t-twaqqif ta’ kumitat leġiżlattiv temporanju biex jittratta proposta speċifika għal att legalment vinkolanti jew dokument strateġiku preleġiżlattiv. Ir-rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tindika l-kumitati responsabbli għall-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni.
2.Il-kompożizzjoni numerika ta’ kumitat leġiżlattiv temporanju għandha tiġi deċiża mill-Parlament, abbażi ta’ proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Il-mandat tiegħu għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu sal-adozzjoni tal-att legalment vinkolanti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ attivitajiet ta’ skrutinju. Fil-każ ta’ dokument strateġiku preleġiżlattiv, il-mandat tiegħu għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu sal-adozzjoni tar-rapport fil-plenarja.
Il-membri ta’ kumitat leġiżlattiv temporanju għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u l-
Membri mhux affiljati, fil-prinċipju minn fost il-membri tal-kumitati involuti. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi jekk għandux jinħatar rapporteur wieħed jew aktar fl-istess ħin li ssir il-proposta biex jiġi stabbilit il-kumitat.
3.Kumitati oħra ma għandhomx ikunu awtorizzati jagħtu opinjonijiet lill-kumitat leġiżlattiv temporanju skont l-Artikolu 57.
4.Il-kumitati leġiżlattiv temporanju ma għandux ikollu d-dritt li jagħti opinjonijiet lil kumitati oħra.