Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Lulju 2022
EPUB152kPDF797k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I:MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU1:MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu13:Osservaturi

1.Meta jkun ġie ffirmat trattat dwar l-adeżjoni ta' xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista', wara li jkun kiseb il-qbil tal-Konferenza tal-Presidenti, jistieden lill-parlament tal-Istat aderenti biex, jaħtar minn fost il-membri tiegħu stess, numru ta' osservaturi daqs in-numru ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew li għandhom jiġu allokati lil dak l-Istat mal-adeżjoni.

2.Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Parlament sakemm jidħol fis-seħħ it-trattat ta' adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-kumitati u l-gruppi politiċi. M'għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament, u lanqas li jirrappreżentaw lill-Parlament esternament. Il-parteċipazzjoni tagħhom m'għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Parlament.

3.It-trattament tagħhom għandu jkun assimilat ma' dak ta' Membru tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2022Avviż legali-Politika tal-privatezza