Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024
TITOLU I:MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4:GRUPPI POLITIĊI
Artikolu 36:Membri mhux affiljati
1.Membri mhux affiljati għandhom jiġu provduti b'segretarjat. L-arranġamenti dettaljati dwar il-provvista ta’ segretarjati għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali.
2.Il-Bureau għandu jiddetermina l-istatus u d-drittijiet parlamentari tal-Membri mhux affiljati.
3.Il-Bureau għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-fondi mdaħħla fil-baġit tal-Parlament biex ikopru l-ispejjeż segretarjali u amministrattivi tal-Membri mhux affiljati.