Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024
TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 2:PROĊEDURI FIL-KUMITAT
Artikolu 51:Rapporti leġiżlattivi
1.Il-president tal-kumitat li lilu tkun ġiet riferuta proposta għal att legalment vinkolanti għandu jipproponi lill-kumitat il-proċedura li għandha tkun segwita.
2.Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk il-proċedura simplifikata skont l-Artikolu 52 ma tkunx tapplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att legalment vinkolanti minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan abbażi tal-Artikolu 48(4).
3.Ir-rapport tal-kumitat għandu jinkludi:
(a)emendi, jekk ikun hemm, għall-proposta, flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra li għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtur u li m'għandux jittieħed vot fuqhom;
(b)abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, skont l-Artikolu 59(5);
(c)jekk ikun xieraq, nota spjegattiva li tinkludi, fejn meħtieġ, dikjarazzjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-kobor tal-impatt finanzjarju li jista' jkollu r-rapport u l-kompatibbiltà tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali;