Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024
TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3:PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 4 - KONĊILJAZZJONI U T-TIELET QARI
Artikolu 78:Test konġunt
1.Meta jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titqiegħed fl-aġenda ta' seduta tal-Parlament li għandha ssir fi żmien sitt ġimgħat jew, jekk ikun hemm estensjoni, fi żmien tmien ġimgħat mid-data tal-approvazzjoni tat-test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.
2.Il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jagħmel stqarrija dwar it-test konġunt, u din għandu jkollha anness magħha rapport.
3.L-ebda emenda għat-test konġunt ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda.
4.Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. It-test konġunt għandu jkun approvat jekk iġib il-maġġoranza tal-voti mitfugħa.
5.Meta ma jintlaħaq ebda ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jagħmlu stqarrija. Dik l-istqarrija għandha tiġi segwita b'dibattitu.
6.Waqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiġi wara t-tieni qari, ma jistax ikun hemm riferiment lura lill-kumitat.
7.L-Artikoli 51, 52 u 56 m'għandhomx japplikaw waqt it-tielet qari.