Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU VII:SESSJONIJIET
KAPITOLU 3:REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 173:Stqarrijiet personali

1.Membru li jitlob li jagħmel stqarrija personali għandu jinstema' fit-tmiem tad-diskussjoni fuq il-punt tal-aġenda li jkun qed jiġi eżaminat jew meta l-minuti tas-seduta li għaliha tirreferi t-talba għal permess biex jitkellem jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni.

Il-Membru kkonċernat ma jistax jitkellem dwar affarijiet sostanzjali imma għandu jillimita l- osservazzjonijiet tiegħu sabiex jirribatti kummenti li jkunu saru dwar il-persuna tiegħu matul id- dibattitu jew opinjonijiet li jkunu ġew attribwiti lilu, jew sabiex jikkoreġi osservazzjonijiet li hu stess ikun għamel.

2.Ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor, ebda stqarrija personali m'għandha ddum aktar minn tliet minuti.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza