1.Fil-każ ta' voti ndaqs skont l-Artikolu 182(1)(b) jew (d), it-test sħiħ għandu jiġi riferut lura lill-kumitat. Dan għandu japplika għall-votazzjonijiet skont l-Artikoli 3 u 9.
2.Fil-każ ta' voti ndaqs fuq test li jitpoġġa għal votazzjoni maqsuma skont l-Artikolu 185, it-test għandu jitqies li ġie adottat.
3.Fil-każi l-oħra kollha, fejn ikun hemm voti ndaqs, mingħajr preġudizzju għal dawk l-Artikoli li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, it-test jew il-proposta għandhom jitqiesu li ġew miċħuda.
L-Artikolu 189(3) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn ikun hemm vot indaqs fuq abbozz ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 149(4) sabiex ma jkunx hemm intervent fi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan il-vot indaqs ma għandux ifisser l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li skontha l-Parlament għandu jintervjeni f'dawk il-proċeduri. F'każ bħal dan, il-kumitat responsabbli għandu jitqies li ma esprimiex rakkomandazzjoni.
Il-President jista' jivvota, iżda mingħajr ma jkollu vot deċiżiv.