Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU VIII:KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1:KUMITATI

Artikolu 213:Bureaux tal-kumitati

1.Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 209, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi President u f'Viċi Presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' Viċi Presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li l-membri tal-bureau jkunu kollha irġiel jew kollha nisa jew li l-membri kollha tal-bureau joriġinaw mill-istess Stat Membru.

2.Meta n-numru ta' nominazzjonijiet ikun jaqbel man-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, l-elezzjoni għandha ssir b'akklamazzjoni. Madankollu, jekk ikun hemm aktar minn nomina waħda f'votazzjoni partikolari, jew għadd ta' Membri jew grupp politiku jew ġruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli fil-kumitat ikunu rrikjedew votazzjoni, l-elezzjoni għandha ssir permezz ta' votazzjoni sigrieta.

Jekk ikun hemm kandidat wieħed biss, l-elezzjoni għandha tintrebaħ b'maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa favur u kontra.

Jekk ikun hemm iżjed minn kandidat wieħed, il-kandidat li jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa fl-ewwel votazzjoni għandu jkun elett. Fit-tieni votazzjoni, il-kandidat li jġib l-ogħla numru ta' voti għandu jkun elett. Fil-każ ta' voti ndaqs, l-aktar membru anzjan għandu jkun elett.

3.L-Artikoli li ġejjin dwar l-Uffiċjali tal-Parlament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati: l-Artikolu 14 (President proviżorju), l-Artikolu 15 (Nomini u dispożizzjonijiet ġenerali), l-Artikolu 16 (Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ, l-Artikolu 19 (Tul tal-Kariga ta' Uffiċjali) u l-Artikolu 20 (Postijiet vakanti).

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza