Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A10-0001/2024

Testi mressqa :

A10-0001/2024

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV19/09/2024-7.4
CRE19/09/2024-7.4

Testi adottati :

P10_TA(2024)0011

Testi adottati
PDF121kWORD42k
Il-Ħamis, 19 ta' Settembru 2024-Strasburgu
Ftehim UE/Stati Uniti tal-Amerka dwar illanċjar ta’ satelliti Galileo mit-territorju tal-Istati Uniti
P10_TA(2024)0011A10-0001/2024

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Settembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka li jistabbilixxi l-proċeduri ta’ sigurtà għall-illanċjar ta’ satelliti Galileo mit-territorju tal-Istati Uniti (07058/2024 – C9-0137/2024 – )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07058/2024),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka li jistabbilixxi proċeduri ta’ sigurtà għall-illanċjar ta’ satelliti Galileo mit-territorju tal-Istati Uniti (07061/2024),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 189 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0137/2024),

–wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4), u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0001/2024),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Novembru 2024Avviż legali-Politika tal-privatezza