Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B10-0066/2025

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV23/01/2025-8.2
CRE23/01/2025-8.2

Testi adottati :

P10_TA(2025)0004

Testi adottati
PDF127kWORD44k
Il-Ħamis, 23 ta' Jannar 2025-Strasburgu
Ir-repressjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, u t-teħid ta’ ċittadini tal-UE bħala ostaġġi
P10_TA(2025)0004RC-B10-0066/2025

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Jannar 2025 dwar ir-repressjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, u t-teħid ta’ ċittadini tal-UE bħala ostaġġi ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,

–wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran marret għall-agħar b’mod sinifikanti, b’żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet, inklużi dawk fuq aktar minn 900 individwu fl-2024 biss, li ħafna minnhom kienu nisa, dissidenti politiċi u individwi konnessi mal-protesti imqanqla mill-qtil ta’ Jina Mahsa Amini;

B.billi l-attivisti Kurdi, l-assistent soċjali Pakhshan Azizi u l-promotur tad-drittijiet tan-nisa Verisheh (Wrisha) Moradi, li ġġieldu kontra l-ISIS fil-Kurdistan, ġew ikkundannati għall-mewt minħabba “ribelljoni armata kontra l-Istat”; billi dawn ġew miċħuda proċess ġust u kienu soġġetti għal tortura u reklużjoni;

C.billi f’Jannar 2025 il-Qorti Suprema tal-Iran ikkonfermat piena tal-mewt kontra Pakhshan Azizi u oħrajn;

D.billi għexieren ta’ ċittadini innoċenti tal-UE ġew detenuti b’mod arbitrarju fl-Iran, mingħajr aċċess għal proċessi ġusti, bħala parti minn strateġija usa’ tal-Iran ta’ diplomazija tal-ostaġġi;

1.Jiddenunzja r-repressjoni bla rażan tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim Iranjan, b’mod partikolari l-mira fuq l-attivisti nisa; jikkundanna bil-qawwa l-piena tal-mewt kontra Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi; jesiġi li l-Iran jeħles immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-priġunieri politiċi kollha li jinsabu l-ħabs b’mod inġust, inklużi Pakhshan Azizi, Wrisha Moradi u mill-anqas 56 priġunier politiku ieħor ikkundannat għall-mewt;

2.Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt u jappella lill-Gvern Iranjan biex jintroduċi moratorju immedjat fuqha u jneħħiha;

3.Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Iranjani u jesprimi l-appoġġ sħiħ u s-solidarjetà tiegħu mal-Iranjani magħqudin fil-moviment “Mara, Ħajja, Libertà”;

4.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu immedjatament, jirripatrijaw b’mod sikur u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra ċ-ċittadini tal-UE, inklużi Olivier Grondeau, Cécile Kohler, Jacques Paris u Ahmadreza Djalali; jikkundanna bil-qawwa l-użu mill-Iran tad-diplomazija tal-ostaġġi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwettqu sforzi diplomatiċi konġunti u jaħdmu b’mod kollettiv biex jiġu meħlusa;

5.Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta’ Jamshid Sharmahd; iħeġġeġ lir-reġim Iżlamiku fl-Iran biex jipprovdi d-dettalji taċ-ċirkostanzi tal-mewt tiegħu u biex il-fdalijiet tiegħu jiġu rritornati immedjatament lill-familja tiegħu;

6.Jikkundanna s-soppressjoni sistemika mir-reġim Iranjan tal-movimenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-persekuzzjoni tal-minoranzi, inklużi l-Kurdi, l-Baluchis, l-Insara, li qed iħabbtu wiċċhom mal-persekuzzjoni wara li jikkonvertu, kif ukoll il-Baha’is, li kollha kemm huma qed iħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni etnika u reliġjuża, arrest u ksur tad-drittijiet fundamentali li għandhom l-għan li jssikktu d-dissens;

7.Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiddeżinjaw il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika u biex jestendi s-sanzjonijiet tal-UE għal dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Mexxej Suprem Ali Khamenei, il-President Masoud Pezeshkian, il-Kap Ġudizzjarju Gholam-Hossein Mohseni-Eje’ i, il-Prosekutur Ġenerali Mohammad Movahedi-Azad u l-Imħallef Iman Afshari;

8.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jipprovdu lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u lill-missjoni ta’ tiftix tal-fatti tan-NU aċċess sħiħ u mingħajr xkiel sabiex iwettqu l-mandati tagħhom; jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw bis-sħiħ il-missjoni u jappoġġjaw it-tiġdid tal-mandat tagħha;

9.Itenni l-appell tiegħu għal aktar appoġġ finanzjarju għas-soċjetà ċivili Iranjana;

10.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Assemblea Konsultattiva Iżlamika u lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Marzu 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza