Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A10-0036/2025

Testi mressqa :

A10-0036/2025

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV02/04/2025-7.2
CRE02/04/2025-7.2

Testi adottati :

P10_TA(2025)0052

Testi adottati
PDF121kWORD43k
L-Erbgħa, 2 ta' April 2025-Strasburgu
Ftehimiet dwar Mekkaniżmi Finanzjarji għall-perjodu Mejju 2021 - April 2028 (ŻEE: UE-Iżlanda-Liechtenstein-Norveġja; Norveġiż: UE-Norveġja); Protokolli Addizzjonali tal-Ftehim KEE-Norveġja u l-Ftehim KEE-Iżlanda
P10_TA(2025)0052A10-0036/2025

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 - April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 - April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (10005/2024 – C10-0103/2024 – )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10005/2024),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 - April 2028 (10057/2024),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 - April 2028 (10146/2024),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (10149/2024),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (10148/2024),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0103/2024),

–wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4) u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0036/2025),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet u l-protokolli;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein u tar-Renju tan-Norveġja.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' April 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza