Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2017

Testi mressqa :

A8-0154/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV05/04/2017-9.15

Testi adottati :

P8_TA(2017)0117

Testi adottati
PDF335kWORD50k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017-Strasburgu
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall
P8_TA(2017)0117A8-0154/2017
龱żDZܳDzԾ
Anness

龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall ( – C8-0022/2017 – )

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( – C8-0022/2017),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2012/2002 tal-11ta'Novembru2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu10 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt11 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0154/2017),

1.Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni ma’ ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

2.Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L311, 14.11.2002, p.3.
(2) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(3) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/741.)

Avviż legali-Politika tal-privatezza