1. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, TaqsimaIV – Il-Qorti tal-Ġustizzja ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017(1),
–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017 ( – C8-0321/2018)(2),
–wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017,
–wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-Artikolu314(10) u l-Artikoli317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0098/2019),
2.Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).
2. 龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja,
–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2019),
A.billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,
1.Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2017, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-QĠUE");
2.Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31ta'Diċembru2017 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-QĠUE kienu ħielsa minn żbalji materjali;
3.Jinnota li l-approprjazzjonijiet ammontaw għal EUR399344000 (EUR380002000 fl-2016) u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 98,69% (98,23% fl-2016) fl-2017; jinnota r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit kemm għat-Titolu1 (persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni) kif ukoll għat-Titolu2 (bini, għamara, tagħmir u nefqa operattiva varja) li tammonta għal 98,6% u 99,1% meta mqabbla ma' 98,1% u 98,6% fl-2016;
4.Jinnota li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2016 għall-2017 kienu ta' EUR22240120,22, li minnhom 86,26% (EUR19188159,20) intużaw fl-2017 meta mqabbla ma' 90% fl-2016;
5.Jinnota li l-intitolamenti stabbiliti fis-sena finanzjarja 2017 ammontaw għal EUR51677001 u kienu 3,6% inqas mid-dħul stmat li kien aktar minn EUR53595000,00; jinnota li din id-diskrepanza hija prinċipalment dovuta għan-nomina tardiva ta' 3 imħallfin ġodda minn 19-il imħallef ġdid fil-kuntest tar-riforma tal-QĠUE, li rriżultat fi spejjeż ta' persunal aktar baxxi milli mistenni;
6.Jieħu nota li fl-2017 il-QĠUE allokat EUR850000 għall-ħlas ta' danni, mogħtija mill-Qorti Ġenerali abbażi tan-nuqqas li tingħata deċiżjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli fil-kuntest ta' tliet kawżi magħluqa mill-Qorti Ġenerali fl-2011 u fl-2013;
7.Jinnota li l-QĠUE ssopravvalutat l-impenji tagħha għal linji baġitarji varji li jidħlu fil-Kapitolu14 "Persunal ieħor u servizzi esterni", interalia għall-missjonijiet (linja baġitarja162), wara li ġew impenjati EUR342000 fl-2017 filwaqt li l-pagamenti ammontaw biss għal EUR204795,27, u ssopravvalutat aktar taħriġ (linja baġitarja1612), wara li ġew impenjati EUR1457644,07 filwaqt li l-pagamenti ammontaw biss għal EUR579000,04; jinnota li l-QĠUE naqset it-talba tagħha għal approprjazzjonijiet għal missjonijiet tal-Membri għal EUR 299750 meta fasslet l-estimi tagħha għall-2019 bi tweġiba għall-osservazzjoni tal-Parlament fir-rapport ta' kwittanza tiegħu għas-sena 2016; jistieden lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jiġu evitati diskrepanzi sinifikanti bejn l-impenji u l-pagamenti;
8.Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet finali li jirriżultaw mill-kapitolu relatat ma' laqgħat u konferenzi fl-2017 kienet ta' 81.40% meta mqabbla ma' rata ta' 95.5% fl-2016; jappella lill-QĠUE tkompli taħdem rigward din il-kwistjoni sabiex, tal-anqas, terġa' tintlaħaq l-istess rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet finali għal dak il-kapitolu hekk kif intlaħqet fl-2016;
9.Jinnota li EUR8,72miljun ġew trasferiti għal-linja baġitarja 2001 (kiri/xiri) għall-proġett tal-ħames estensjoni tal-bini tal-QĠUE insegwitu ta' bilanċ pożittiv fil-baġit; jinnota li t-trasferiment tal-approprjazzjonijiet kien soġġett għal notifika lill-awtorità baġitarja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu25(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li, sa issa, il-prepagamenti li saru bi ftehim mal-awtorità baġitarja mill-2007, li jammontaw għal EUR57,3miljun, għamluha possibbli li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt fuq il-baġit tal-ħlasijiet tal-kiri/xiri li għandhom isiru sal-2026;
10.Jinnota li kważi 75% tal-baġit tal-QĠUE ġie allokat għan-nefqa fuq il-membri u l-persunal (Titolu1), u kważi 25% ġie allokat għan-nefqa fuq l-infrastruttura (Titolu2), b'mod partikolari l-binjiet u t-teknoloġiji tal-informazzjoni; jilqa' l-impenn tal-QĠUE li testendi l-metodoloġija tal-ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni għal partijiet rilevanti tal-baġit tagħha; jistieden lill-QĠUE żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar il-kisbiet relatati mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni;
11.Jisħaq fuq l-introduzzjoni ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandhiex tapplika biss għall-baġit tal-QĠUE kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għad-dipartimenti individwali, l-unitajiet u l-pjanijiet annwali tal-persunal, u ta’ indikaturi rilevanti għat-tfassil tal-istimi tal-istituzzjoni; jappella għaldaqstant lill-QĠUE tintroduċi l-prinċipju ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni b'mod usa' fl-operazzjonijiet tagħha;
12.Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, bil-maqlub tal-kunċetti relatati bħal-leġittimità, ir-reattività, jew it-trasparenza, ir-responsabbiltà – sal-lum – kienet ta' ftit rilevanza fid-definizzjoni tal-awtorità tal-QĠUE;
13.Jilqa' d-deċiżjoni tal-QĠUE li tissemplifika l-proċeduri tagħha sabiex tippubblika r-Rapport ta' Attività Annwali tagħha sal-31ta'Marzu2019 bil-ħsieb li l-proċedura ta' kwittanza tkun ottimizzata u titlesta aktar malajr;
14.Jilqa' l-fatt li l-QĠUE bdiet il-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp ta' Sistema Integrata ta' Ġestjoni tal-Kawżi li ser tissostitwixxi sett ta' applikazzjonijiet żviluppati matul l-aħħar 25sena u li ser tinkludi komponent dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-indikaturi ta' prestazzjoni u l-istrumenti ta' rappurtar;
15.Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema l-QĠUE għandha tikkunsidra l-adozzjoni ta' proċeduri ta' ġestjoni tal-kawżi aktar attivi bbażati fuq approċċ individwali u skadenzi realistiċi, filwaqt li tissorvelja mill-qrib l-użu tal-ħaddiema u tadotta metodi addizzjonali ta' razzjonalizzazzjoni amministrattiva;
16.Jinnota li 4,8% biss tal-baġit totali tal-QĠUE kien iddedikat għall-informazzjoni teknoloġika (IT) u t-telekomunikazzjoni; jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti flussi ta' informazzjoni u ta' dokumentazzjoni mingħajr karti li jiżguraw komunikazzjoni rapida u effiċjenti u jistieden lill-QĠUE tkompli ssegwi l-miżuri meħtieġa biex tikseb dak l-għan; jilqa' f'dan ir-rigward iż-żieda fl-użu tal-applikazzjoni "e-Curia" u jistieden lill-QĠUE tistinka biex fil-futur qrib id-dokumenti proċedurali kollha jitressqu permezz ta' din l-applikazzjoni; jilqa' l-fatt li, sa mill-2016, l-Istati Membri kollha jużaw "e-Curia" u dan juri kif l-għarfien tal-pubbliku dwar l-eżistenza u l-vantaġġi ta' din l-applikazzjoni infirex b'mod effiċjenti;
17.Jinnota li l-għadd totali ta' kawżi mressqa quddiem il-QĠUE fl-2017 (1656 kawża) kien ogħla milli fl-2016 (1604 kawża) u li l-għadd ta' kawżi magħluqa fl-2017 baqa' f'livell għoli (1594 kawża meta mqabbel ma' 1628 kawża fl-2016); jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti naqas minn 16,7-il xahar fl-2016 għal 16,3-il xahar fl-2017; jilqa' t-titjib fl-effiċjenza li wassal għal żieda fl-għadd annwali ta' kawżi magħluqa b'29,6% matul il-perjodu 2010-2017, filwaqt li l-għadd ta' kawżi ġodda żdied b'mod kostanti;
18.Jikkonkludi li l-QĠUE tista' ttejjeb aktar dawn ir-riżultati pożittivi jekk tikkunsidra li tipproċedi lejn ġestjoni tal-kawżi individwali aktar attiva, tuża perjodi ta' żmien immirati u timmonitorja l-użu effikaċi tar-riżorsi umani użati; jisħaq fuq li l-kejl tal-prestazzjoni fuq din il-bażi, minflok ma jintużaw perjodi ta' żmien indikattivi li, bħala medja, iridu jiġu rrispettati, jinforma lill-amministrazzjoni kemm dwar kawżi problematiċi kif ukoll dwar elementi ta' prattika tajba; jissottolinja li din l-informazzjoni tista' tintuża wkoll biex ittejjeb ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni sabiex tissaħħaħ ir-responsabbiltà, u b'hekk jingħata fehim approfondit dwar il-funzjonament xieraq tal-QĠUE u dwar l-użu tar-riżorsi disponibbli tagħha;
19.Jirrikonoxxi l-isforzi tal-QĠUE biex ittejjeb l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-kawżi, wara r-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri fl-analiżi tagħha tal-prestazzjoni tal-QĠUE fil-ġestjoni tal-kawżi(1); jilqa' l-fatt li l-QĠUE żviluppat skedi ta' żmien u għodod ta' monitoraġġ li huma mfassla għal ċerti tipi ta' proċedimenti; jinnota li t-tul tal-proċedimenti huwa fattur wieħed fost l-oħrajn li għandu jiġi kkunsidrat fl-evalwazzjoni ta' sistema ta' qorti; jistieden lill-QĠUE tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tagħha billi ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, filwaqt li ma tikkompromettix il-kwalità, l-effiċjenza u l-indipendenza tas-sentenzi tagħha;
20.Jinnota li l-QĠUE għandha tiggarantixxi ġustizzja ta' kwalità impekkabbli, fi żmien raġonevoli, filwaqt li bħala istituzzjoni tal-Unjoni, trid tiżgura wkoll li tuża l-fondi pubbliċi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha bl-aktar mod effiċjenti u effikaċi possibbli, u skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
21.Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet mill-QĠUE fis-segwitu tagħha għall-kwittanza tal-2016 li l-vaganzi ġudizzjarji ma jikkorrispondux għal perjodu ta' interruzzjoni tal-attività ġudizzjarja; jinnota li l-imħallfin u l-uffiċċji tagħhom iqisu ‘ġimgħat bojod’ bħala żmien privileġġjat biex jaħdmu fuq il-kawżi tagħhom stess, jiġifieri l-kawżi li għalihom huma mħallfin rapporteur;
22.Jilqa' l-inizjattiva li jinħoloq "Netwerk Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea" li jinkludi l-Qrati Kostituzzjonali u l-Qrati Supremi tal-Istati Membri biex tiġi promossa l-każistika tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-Istati Membri;
23.Jilqa' l-kisbiet li saru mill-QĠUE f'termini ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni biex iżżid il-viżibilità u l-impatt medjatiku tagħha, inkluża żieda tal-preżenza tagħha fil-midja soċjali u l-organizzazzjoni ta' seminars ta' informazzjoni għall-ġurnalisti; jinkoraġġixxi lill-QĠUE tkompli tistinka biex tagħmel l-aħjar użu minn diversi mezzi ta' komunikazzjoni biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħidma tagħha fost iċ-ċittadini;
24.Jinnota li t-tnaqqis ta' 5% fl-għadd tal-membri tal-persunal tul il-perjodu 2013-2017 inkiseb f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet finanzjarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja tajba(2) b'kontribut globali ta' 98post; jinnota li sadanittant, inħolqu 130 post ġdid minħabba ż-żieda fl-għadd ta' mħallfin u l-avukati ġenerali kif ukoll seba' postijiet ġodda għall-miżuri ta' sigurtà, 63 post ġdid għall-adeżjoni tal-Kroazja u disgħa għat-traduzzjoni għall-Irlandiż;
25.Jinnota li t-tnaqqis fil-persunal ipoġġi pressjoni sinifikanti fuq xi servizzi ta' appoġġ; jinsab imħasseb, b'mod partikolari, li s-servizzi lingwistiċi rrinunzjaw għal 64 post, li jirrappreżentaw madwar 60% tat-tnaqqis totali; jinnota li t-tneħħija tal-postijiet affettwat il-kapaċità interna tal-produzzjoni lingwistika u wasslet għal żieda fil-kollaborazzjoni ma' tradutturi indipendenti;
26.Jilqa' l-kooperazzjoni interistituzzjonali dwar ir-riallokazzjoni ta' interpreti ta' konferenzi awżiljarji li kellha tiġi kkanċellata fil-kuntest ta' bidliet fl-approċċ tal-QĠUE għal interpretazzjoni f'konferenzi;
27.Jilqa' r-rata għolja ta' okkupazzjoni ta' postijiet fis-servizzi kollha (kważi 98%); jinnota, madankollu, li l-livell baxx tas-salarji bażiċi għall-gradi tal-bidu u l-opportunitajiet limitati ta' żvilupp fil-karriera fil-Lussemburgu, minħabba n-numru baxx ta' istituzzjonijiet li jinsabu hemm, għandhom impatt dirett fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-QĠUE; jilqa' l-ħolqien ta' task force interistituzzjonali f'Novembru2017 li fformula 24rakkomandazzjoni dwar prospetti aħjar ta' karriera u flessibbiltà ta' reklutaġġ, kundizzjonijiet aħjar ta' akkoljenza u ta' akkomodazzjoni fil-pajjiż, integrazzjoni aħjar tal-persunal tal-istituzzjoni fil-komunità lokali u komunikazzjoni aqwa;
28.Jirrimarka li allokazzjoni aktar flessibbli tar-ééԻ岹 eżistenti jista' jkollha impatt pożittiv fuq l-effikaċja globali tal-Qorti;
29.Jinnota ż-żieda żgħira fl-għadd ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali, li kienet 36% fl-2017 meta mqabbla ma' 35% fl-2016; jistieden lill-QĠUE tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn is-sessi f'pożizzjonijiet maniġerjali u superjuri; jilqa' l-proġett pilota għall-iżvilupp ta' ħiliet maniġerjali u ta' ġestjoni mmirati b'mod partikolari biex jinkoraġġixxu lin-nisa japplikaw għal karigi maniġerjali; jinkoraġġixxi lill-QĠUE tippromwovi miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata indirizzati lill-persunal tal-ġeneri kollha;
30.Jilqa' l-informazzjoni pprovduta lill-persunal kollu fid-dħul tas-servizz li hija wkoll disponibbli fuq il-vademecum tal-persunal dwar l-arranġamenti eżistenti flessibbli tax-xogħol; jilqa' t-trasparenza tal-QĠUE f'termini ta' każijiet ta' burn-out tal-persunal u jħeġġeġ lill-QĠUE tivvaluta d-distribuzzjoni tal-ammont ta' xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni u tivverifika l-qbil bejn il-kompiti u r-riżorsi;
31.Jinnota li proċedura dixxiplinari, miftuħa fl-2016, sabiex jiġi investigat ilment ta' fastidju, ingħalqet fl-2017; jilqa' l-ħatra tan-netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali li jistgħu jiġu kkuntattjati għal parir jew assistenza fil-każ ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali; jinkoraġġixxi lill-QĠUE timmonitorja mill-qrib l-effiċjenza tal-politika tagħha f'dan ir-rigward, tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol u trawwem kultura ta' tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju;
32.Itenni li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri d-distribuzzjoni ta' persunal skont in-nazzjonalità abbażi tas-sehem tal-popolazzjoni ta' Stat Membru partikolari bħala proporzjon tal-popolazzjoni globali tal-Unjoni, b'mod partikolari f'pożizzjonijiet maniġerjali, għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib; itenni t-tħassib tiegħu li 15 biss minn 56kap ta' unità tal-QĠUE u 2 minn 13-il Direttur tagħha kienu minn Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni minn Mejju2004; jinnota wkoll li 31% tal-persunal tal-QĠUE jiġu minn dawk l-Istati Membri; jinkoraġġixxi lill-QĠUE tiżviluppa politika biex ittejjeb l-iżbilanċ ġeografiku u tirrapporta lura għand l-awtorità tal-kwittanza;
33.Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' traineeships remunerati mill-QĠUE minn 57 fl-2016 għal 82 fl-2017; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-QĠUE talbet ammont addizzjonali ta' EUR550000 fil-baġit tal-2019; jiddispjaċih, madankollu, mill-fatt li 215 trainee assenjat lill-uffiċċju ta' Membru fl-2017 kienu għadhom ma tħallsux; jistieden lill-QĠUE tiggarantixxi allokazzjoni xierqa għat-trainees kollha, sabiex jiġi pprovdut rimborż suffiċjenti għall-isforzi tat-trainees u biex ma tiġix rinforzata d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ekonomiċi;
34.Jinnota li l-membri tal-QĠUE jistgħu jużaw karozzi uffiċjali barra mill-qadi ta' dmirijiethom u li l-ispejjeż għal dan l-użu jsir kollu kemm hu mill-utent; jinnota li l-kost medju għal kull membru għall-użu tal-karozzi barra mill-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom ammonta għal EUR440 fl-2017, li ġew irkuprati għalkollox mill-emolumenti tal-membri;
35.Jinnota li x-xufiera saqu lejn il-pajjiżi ta' oriġini tal-membri tal-QĠUE mingħajr ma kellhom il-membru abbord 26darba u li 53lejl ġew rimborżati lis-sewwieqa fir-rigward ta' dawn il-vjaġġi; jinnota, barra minn hekk, li kienu skedati 22 titjira, ħames vjaġġi bil-ferrovija u vjaġġ bil-vapur wieħed għas-sewwieqa sabiex iwettqu missjonijiet uffiċjali ma' membru fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu; jenfasizza li xufier għandu jakkumpanja lill-membri fil-pajjiż ta' oriġini biss f'każijiet debitament ġustifikati;
36.Jinnota li ġiet ippubblikata lista ta' attivitajiet esterni tal-QĠUE fuq is-sit web tal-QĠUE; jiddispjaċih dwar il-fatt li din il-lista mhijiex speċifika dwar l-għan, id-data, il-post u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-avvenimenti elenkati u dwar jekk dawn tħallsux mill-QĠUE jew minn parti terza; jistieden lill-QĠUE tkompli tippubblika lista ta' attivitajiet esterni tal-membri tagħha u tkun aktar speċifika dwar l-aspetti msemmija hawn fuq;
37.Itenni t-talba tiegħu lill-QĠUE biex tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-membri kollha tagħha fuq is-sit web; jinnota li bijografiji qosra ta' kull membru huma ppubblikati fuq is-sit web, li madankollu ma fihomx informazzjoni dwar is-sħubija ma' xi organizzazzjoni oħra; jinnota li l-membri huma meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom lill-President tal-Qorti li huma membri tagħha meta jibdew dmirijiethom skont il-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdida għall-membri; jistieden lill-QĠUE tippubblika dawk id-dikjarazzjonijiet fuq is-sit web tagħha;
38.Jilqa' r-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri li daħlet fis-seħħ fl-1ta'Jannar2017 u li tipprevedi regoli ġodda biex jiġu evitati każijiet ta' kunflitt ta' interessi u biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-membri;
39.Jinnota li l-amministrazzjoni tal-QĠUE qiegħda tħejji regoli ġodda dwar il-fenomenu hekk imsejjaħ "revolving doors" għal membri tal-persunal; itenni t-talba tiegħu lill-QĠUE biex tistabbilixxi u timplimenta malajr obbligi stretti f'dan ir-rigward;
40.Jitlob lill-QĠUE tistabbilixxi regoli ċari u robusti għal sponsors li jiggarantixxu trattament ugwali tal-avvenimenti wara li nnotat li l-QĠUE ċaħdet li wettqet attivitajiet li bihom kienet sponsor, minkejja li l-QĠUE pprovdiet 12-ilinterpretu, bi spiża ta' EUR10859,05, għat-18-il Kungress tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Liġi Ewropea (FIDE), li sar f'Mejju2018 fil-Portugall;
41.Jinnota li fl-2017 ma ġie rrapportat ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jilqa' l-adozzjoni ta' regoli interni ġodda dwar il-protezzjoni tal-informaturi fl-2017; jistieden lill-QĠUE tiżgura li l-persunal kollu jkun infurmat b'mod xieraq dwar id-drittijiet tiegħu, bħal matul it-taħriġ inizjali mal-wasla tal-persunal il-ġdid;
42.Jilqa' l-impenn tal-QĠUE fir-rigward tal-miri ambjentali ambizzjużi, b'mod partikolari fid-dawl tal-proġett ta' bini tagħha li għaddej bħalissa, u jinkoraġġixxi lill-QĠUE tilħaq dawn l-objettivi fil-ħin; jilqa' l-fatt li fl-2017 il-QĠUE marret oltre mill-objettiv li jitnaqqsu l-offerti li għandhom impatt ambjentali sinifikanti; jilqa', barra minn hekk, il-ħolqien tal-"Helpdesk Interistituzzjonali għall-GPP" (Akkwist Pubbliku Ekoloġiku); jinkoraġġixxi lill-QĠUE tkompli ttejjeb il-ġestjoni tal-iskart tagħha, iżżid l-effiċjenza enerġetika tagħha u tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha;
43.Jinnota li l-membri Brittaniċi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali mhux ser ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ; jinnota li l-volum ta' litigazzjoni jista' jiżdied fit-terminu qasir u medju fid-dawl tal-problemi legali li jistgħu jinħolqu mill-ftehim ta' ħruġ u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi tar-Renju Unit;
44.Jinnota li membru preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa attwalment impjegat mill-QĠUE bħala konsulent speċjali, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet relatati mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jinnota li l-ħatra tiegħu saret skont l-Artikolu123 (2) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra;
45.Jinnota li l-QĠUE kellha 63 membru Brittaniku tal-persunal fl-2017, fosthom 36uffiċjal, 24aġent temporanju u tliet aġenti kuntrattwali; jilqa' l-intenzjoni tal-QĠUE li ssegwi approċċ ta' każ b'każ meta tiddeċiedi dwar l-estensjoni ta' kuntratti għal aġenti kuntrattwali u temporanji Brittaniċi wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jistieden lill-QĠUE tiżviluppa malajr strateġija koerenti biex tipprovdi ċertezza għall-persuni kkonċernati.
Ir-Rapport Speċjali Nru14/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta' kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.