Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0132/2019

Testi mressqa :

A8-0132/2019

Dibattiti :

PV26/03/2019-12
CRE26/03/2019-12

Votazzjonijiet :

PV26/03/2019-13.39

Testi adottati :

P8_TA(2019)0280

Testi adottati
PDF151kWORD50k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019-Strasburgu
Kwittanza 2017: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
P8_TA(2019)0280A8-0132/2019
ٱċżDzԾ
ٱċżDzԾ
龱żDZܳDzԾ

1. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05825/2019 – C8-0089/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu1(2) tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu68 tiegħu,

–wara li kkunsidra d-ٱċżDzԾ tal-Kunsill2008/114/KE tat-12ta'Frar2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(5), u b'mod partikolari l-Artikolu8 tagħha,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0132/2019),

1.Jagħti l-kwittanza lill-Aġent Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja2017;

2.Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Aġent Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).

(1) ĠU C434, 30.11.2018, p.188.
(2) ĠU C434, 30.11.2018, p.188.
(3) ĠU L298, 26.10.2012, p.1.
(4) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(5) ĠU L41, 15.2.2008, p.15.


2. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05825/2019 – C8-0089/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu1(2) tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu68 tiegħu,

–wara li kkunsidra d-ٱċżDzԾ tal-Kunsill2008/114/KE tat-12ta'Frar2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(5), u b'mod partikolari l-Artikolu8 tagħha,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0132/2019),

1.Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Aġent Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).

(1) ĠU C434, 30.11.2018, p.188.
(2) ĠU C434, 30.11.2018, p.188.
(3) ĠU L298, 26.10.2012, p.1.
(4) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(5) ĠU L41, 15.2.2008, p.15.


3. 龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0132/2019),

A.billi, skont ir-rapporti finanzjarji tad-dħul u l-infiq tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn 'il quddiem l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja2017 kien ta' EUR123000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 1,6% meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja2017 (minn hawn 'il quddiem "ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja2017 irriżultaw f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 98,88%, rata li tirrappreżenta żieda ta' 4,54% meta mqabbla mal-2016; jinnota bi tħassib, madankollu, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,64%, liema rata tirrappreżenta tnaqqis ta' 11,48% meta mqabbla mal-2016;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.Jilqa' l-fatt li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienet tammonta għal EUR148,09, ċifra li tirrappreżenta 1,44% tal-ammont totali riportat u tnaqqis ta' 2,07% meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.Jinnota mill-Aġenzija li fl-2017 ipproċessat 320tranżazzjoni, inklużi kuntratti, emendi u notifiki, u kompliet tieħu responsabbiltà għall-politika komuni ta' provvista nukleari tal-Unjoni f'konformità mal-mandat statutorju tagħha, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' materjali nukleari; jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija fid-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' provvista;

Politika dwar il-persunal

4.Jinnota li l-Aġenzija kellha 17-il membru tal-persunal fi tmiem l-2017, kollha kemm huma uffiċjali tal-Kummissjoni, mill-25 li huma awtorizzati mit-tabella tal-persunal, l-istess bħal fl-2016;

Kummenti oħra

5.Jinnota li r-Renju Unit issottometta l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, inkluża l-Euratom; jinnota li, mid-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit se jkollu r-responsabbiltà esklużiva li jiżgura l-konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu li jirriżultaw mis-sħubija tiegħu fl-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u minn diversi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali li huwa parti għalihom; josserva b'mod partikolari li r-Renju Unit jeħtieġlu jistabbilixxi r-reġim ta' salvagwardji nukleari tiegħu stess u jinnegozja ftehimiet bilaterali ta' kooperazzjoni nukleari mad-diversi nazzjonijiet li issa huma koperti minn ftehimiet tal-Euratom; jistieden lill-Aġenzija tibqa' attenta u żżomm ruħha aġġornata fil-konfront tas-sitwazzjoni, kif ukoll tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

o
oo

6.Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu2019(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali-Politika tal-privatezza