1. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017 ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05827/2019 – C8-0102/2019),
–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu209 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu71 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru558/2014 tas-6ta'Mejju2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu12 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru110/2014 tat-30ta'Settembru2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),
–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2019),
2.Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).
2. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017 ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05827/2019 – C8-0102/2019),
–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu209 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu71 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru558/2014 tas-6ta'Mejju2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu12 tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru110/2014 tat-30ta'Settembru2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),
–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2019),
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).
3. 龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017 ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky2 għas-sena finanzjarja2017,
–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2019),
A.billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16ta'Novembru2009;
B.billi l-Impriża Konġunta Clean Sky2 (l-"Impriża Konġunta") stabbilita bir-Regolament (UE) Nru558/2014(1) ħadet post, mis-27ta'Ġunju2014, l-Impriża Konġunta Clean Sky fl-ambitu ta' Orizzont2020;
C.billi l-objettivi prinċipali tal-Impriża Konġunta huma li ttejjeb b'mod sinifikanti l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u li ssaħħaħ il-kompetittività tal-avjazzjoni Ewropea; billi t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta ġie estiż sal-31ta'Diċembru 2024;
D.billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata, tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi u tal-Attivitajiet Trasversali, flimkien mal-membri assoċjati tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;
E.billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għat-tieni fażi tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR1755000000 li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont2020;
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1.Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") stqarret li l-kontijiet annwali tal-2017 tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31ta'Diċembru2017 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31ta'Diċembru2017, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05827/2019 – C8-102/2019), il-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;
2.Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar Clean Sky2 (ir-"Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
3.Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2017 kien jinkludi EUR313429392 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR243503223 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;
4.Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,6% (imqabbla ma' 97,5% fl-2016) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 98,5% (imqabbla ma' 87,9% fl-2016);
Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt l-FP7
5.Jinnota li mill-ammont totali ta' EUR817200000 għall-attivitajiet amministrattivi u operattivi li għandhom jiġu ffinanzjati taħt is-Seba' Programm Kwadru (inklużi EUR800000000 ta' kontribuzzjonijiet fi flus kontanti tal-Unjoni, EUR14900000 ta' kontribuzzjoni ta' flus minn membri privati biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi u EUR2300000 imgħax riċevut fuq il-fondi prefinanzjati tas-Seba' Programm Kwadru), l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu jammontaw għal EUR815200000 (99,75%) u l-pagamenti għal EUR815100000 (99,74%) sal-aħħar tal-2017; jinnota li l-Unjoni kkontribwixxiet EUR800000000 fi flus kontanti; jilqa' l-fatt li Clean Sky kienet l-ewwel Impriża Konġunta Ewropea li temmet b'suċċess il-ProgrammFP7;
6.Jieħu nota li sa tmiem l-2017, il-Bord ta' Tmexxija vvalida kontribuzzjonijiet innatura minn membri oħra ta' EUR594100000, u li l-kontribuzzjonijiet fi flus mill-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi kienu ta' EUR14900000;
Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont2020
7.Jinnota li mill-ammont totali ta' EUR1794200000 għall-attivitajiet amministrattivi u operattivi li għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-Orizzont2020 (inklużi EUR1755000000 ta' kontribuzzjonijiet fi flus kontanti tal-Unjoni, u EUR39000000 ta' kontribuzzjonijiet fi flus kontanti minn membri privati), l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu jammontaw għal EUR1009600000 u l-pagamenti għal EUR493000000;
8.Jinnota li fi tmiem l-2017, il-bord ta' tmexxija kien ivvalida EUR54000000 f'kontribuzzjonijiet innatura u ġew irrappurtati EUR211600000 oħra; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż amministrattivi kienu ta' EUR9500000;
Sejħiet għal proposti
9.Jinnota li, fl-2017, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 263proposta eliġibbli (minn total ta' 265) u għażlet 73proposta biex jiġu ffinanzjati;
10.Jilqa' l-għeluq b'suċċess tal-programm Clean Sky, fl-2017, bit-twettiq ta' total ta' 28dimostrant sinifikanti (ittestjati fuq l-art u bl-ajru) filwaqt li ntgħażlu s-Sħab Ewlenin kollha tiegħu u kiseb iż-żieda tas-Sħab fil-programm, biex b'hekk it-total tela' għal 497parteċipant;
11.Jinnota b'sodisfazzjon li s-sejħa finali għal Sħab Ewlenin irnexxielha tilħaq il-komplementarjetà sħiħa ta' 245membru privat tal-programm (inklużi l-affiljati parteċipanti tagħhom) li 192 minnhom intgħażlu permezz tas-sejħiet għal Sħab Ewlenin;
Prestazzjoni
12.Jilqa' l-fatt li n-nuqqas ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti ma għadux problema fl-ambitu tal-programm Orizzont2020; jiddispjaċih li l-informazzjoni dwar it-tielet ġabra ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għadha mhijiex disponibbli minħabba n-natura tal-proġetti; jieħu nota tal-fatt li l-esperti jappellaw għal aktar attività ta' monitoraġġ u analiżi, billi ssir distinzjoni ċara bejn l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li fil-fatt inkisbu fi tmiem kull sena u l-indikaturi previsti;
13.Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) għadu taħt il-5%, u b'hekk jindika struttura organizzattiva simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;
14.Jilqa' l-valur interim tal-2016 tal-effett ta' ingranaġġ ta' 1.55 li jaqbeż l-mira tal-effett ta' ingranaġġ fuq il-perjodu2014-2020 kollu kemm hu;
15.Jilqa' l-fatt li s-sejħiet għal proposti kollha ġew ippubblikati u ngħalqu skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi u li r-riżultati rigward "żmien għall-għotja" u "żmien għall-ħlas" baqgħu ferm taħt il-miri definiti;
Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji
16.Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll exante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, awditi expost għand benefiċjarji ta' għotjiet għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru u fir-rigward tat-talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti ta' Orizzont2020, hija l-Kummissjoni li għandha r-responsabbiltà tal-awditi expost;
17.Jinnota li r-rata ta' żball residwu għall-awditi expost li ġew irrapportati mill-Impriża Konġunta kienet ta' 1,40% għall-proġetti tas-Seba' Programm Qafas u 1,6% għall-proġetti ta' Orizzont2020, li huwa meqjus taħt il-livell ta' materjalità;
Strateġija kontra l-frodi
18.Josserva li, fl-2017, l-Impriża Konġunta ddeċidiet li tiffoka fuq miżuri għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' finanzjament doppju, bħala riżultat tal-eżitu ta' valutazzjoni tar-riskju kontra l-frodi wara stħarriġ tal-persunal speċifiku;
Awditu intern
19.Josserva li twettqu l-Evalwazzjoni Finali tal-Kummissjoni dwar l-Impriża Konġunta għall-perjodu bejn l-2008 u l-2016 u l-Evalwazzjoni Interim dwar l-Impriża Konġunta li topera taħt Orizzont2020, li tkopri l-perjodu mill-2014 sal-2016, u li l-Bord approva Pjan ta' Azzjoni biex jiġu implimentati xi rakkomandazzjonijiet li għalihom diġà nbdew diversi azzjonijiet;
20.Jinnota li fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) iffinalizza awditu tal-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-Attivitajiet Konġunti; jinnota li l-awditu identifika żewġ kwistjonijiet "importanti ħafna", fil-qasam tal-kejl tal-kisba tal-objettivi strateġiċi u l-impatt tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta; jinnota b'dispjaċir li l-IAS ma ħariġx rapport ta' awditjar intern għall-2017 dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftiehma li jirriżultaw mill-awditi u l-valutazzjonijiet tar-riskju tas-snin preċedenti;
Kummenti oħra
21.Jilqa' t-twaqqif ta' grupp ta' ħidma fl-2017 dwar is-sinerġiji bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali u l-Impriża Konġunta, li għandu l-għan li jidentifika oqsma ta' kooperazzjoni u jikkontribwixxi għall-pjan ta' azzjoni u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta dwar is-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u r-Reġjuni.
22.Jilqa' t-tisħiħ li sar fl-2017 tal-istrateġija diġitali tal-Impriża Konġunta fuq is-sit web tagħha u l-mezzi tal-midja soċjali u attivitajiet oħra li wasslu għal viżibbiltà msaħħa ta' Clean Sky2, u jilqa' wkoll koordinazzjoni aktar b'saħħitha mal-partijiet ikkonċernati tagħha;
Riżorsi umani
23.Jinnota li fil-31ta'Diċembru2017, l-Impriża Konġunta kellha 39post tax-xogħol mimlija; jinnota li fl-2017 l-Impriża Konġunta nediet il-proċedura ta' reklutaġġ ta' żewġpostijiet.