Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea (13484/2019 – C9-0178/2019 – )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13484/2019),
–wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (13483/2019),
–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu43, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0178/2019),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u(4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0180/2020),
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Senegal.