Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (14308/1/2020 – C9-0113/2021 – )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14308/1/2020 – C9-0113/2021),
–wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12ta'Diċembru2018(2),
–wara li kkunsidra l-Artikolu294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0133/2021),
1.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2.Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4.Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.