Ϸվ

Rapport - A9-0133/2021Rapport
A9-0133/2021

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARIdwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

21.4.2021-(14308/1/2020 – C9-0113/2021 – )-***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Patryk Jaki

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A9-0133/2021
Testi mressqa :
A9-0133/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

(14308/1/2020 – C9-0113/2021 – )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14308/1/2020 – C9-0113/2021),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12ta'Diċembru2018[2],

wara li kkunsidra l-Artikolu294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0133/2021),

1.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-12ta'Settembru2018 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għal regolament dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Fis-17ta'April2019 il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

In-negozjati interistituzzjonali bdew mal-Parlament elett il-ġdid f'Ottubru2019 bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Dawn ġew konklużi b'suċċess fl-10ta'Diċembru2020. It-test li ntlaħaq ftehim proviżorju dwaru ġie kkonfermat mill-COREPER fis-16ta'Diċembru2020 u ġie approvat mill-Kumitat LIBE fil-11ta'Jannar2021.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fis-16ta'Marzu2021 tirrifletti b'mod sħiħ il-ftehim milħuq fl-istadju bikri tat-tieni qari tan-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur jirrakkomanda li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew mingħajr emendi, sabiex ir-regolament ikun jista' jiġi adottat malajr u jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

Referenzi

14308/1/2020 – C9-0113/2021 –

Data tal-1 qari tal-PE – Numru P

17.4.2019T8-0421/2019

Proposta tal-Kummissjoni

- C8-0405/2018

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta' meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

24.3.2021

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

25.3.2021

Rapporteurs

Data tal-ħatra

Patryk Jaki

4.9.2019

Rapporteurs preċedenti

Daniel Dalton

Eżami fil-kumitat

21.1.2020

1.10.2020

13.4.2021

Data tal-adozzjoni

20.4.2021

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Marcel de Graaff, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Jadwiga Wiśniewska, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Olivier Chastel, Gwendoline Delbos-Corfield, Nathalie Loiseau, Franco Roberti, Miguel Urbán Crespo, Tom Vandenkendelaere, Hilde Vautmans

Data tat-tressiq

21.4.2021


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ECR

Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska

ID

Nicolas Bay, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Laura Ferrara

PPE

Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Lena Düpont, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Tomas Tobé, Tom Vandenkendelaere, Javier Zarzalejos

Renew

Malik Azmani, Olivier Chastel, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Nathalie Loiseau, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Franco Roberti, Birgit Sippel, Bettina Vollath

14

-

ID

Marcel de Graaff

NI

Martin Sonneborn, Milan Uhrík

The Left

Konstantinos Arvanitis, Pernando Barrena Arza, Cornelia Ernst, Miguel Urbán Crespo

Verts/ALE

Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Gwendoline Delbos-Corfield, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+:favur

-:kontra

0:astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' April 2021
Avviż legali-Politika tal-privatezza