Ϸվ

-DZżDzԾ, it-tkabbir u l-impjiegi

-DZżDzԾ, it-tkabbir u l-impjiegi

Il-politiki strutturali huma mfassla biex irawmu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE billi jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-iżvilupp sostenibbli, u billi jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE. -DZżDzԾ, l-agrikoltura, is-sajd u t-trasport huma oqsma li fihom l-Unjoni għandha vuċi. Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE huwa li tnaqqas id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp bejn ir-reġjuni tagħha. Il-politika agrikola komuni għandha l-għan li tiżgura standard ġust ta' għajxien għall-bdiewa u tiżgura li l-prodotti jkunu disponibbli bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi, filwaqt li tappoġġja prattiki sostenibbli. Il-politika komuni tas-sajd hija mfassla b'mod li tiżgura sajd u akkwakultura sostenibbli, u li tiggarantixxi introjtu u impjiegi stabbli għall-produtturi kollha, billi tuża miżuri tas-suq u finanzjarji biex tappoġġja dawn l-objettivi. Flimkien mal-ftuħ tas-swieq tat-trasport u l-ħolqien tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, il-mobilità sostenibbli hija sfida mill-akbar fil-preżent. It-turiżmu, il-kultura, l-edukazzjoni u l-isport huma wkoll oqsma li fihom l-Unjoni għandha rwol attiv.