Il-Fond ta’ Koeżjoni
Il-Fond ta’ Koeżjoni twaqqaf fl-1994 u jipprovdi finanzjament lil ġٳپ marbuta mal-qasam tal-ambjent u tan-networks trans-Ewropej fl-Istati Membri li għandhom introjtu nazzjonali gross per capita ta’ inqas minn 90% tal-medja tal-UE.
Il-bażi legali
L-Artikolu177 (’mod partikolari t-tieni paragrafu tiegħu) tat- (TFUE).
L-objettivi
Il-Fond ta’ Koeżjoni twaqqaf bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni Ewropea fl-interessi tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 il-Fond jipprovdi appoġġ lil:
- Investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;
- networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport (TEN-T);
- assistenza teknika.
Għall-ġٳپ li jaqdu l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali tal-UE, il-Fond ta’ Koeżjoni jista’ jikkontribwixxi wkoll f’oqsma marbuta mal-iżvilupp sostenibbli, bħalma huma l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli u – fis-settur tat-trasport, apparti dak tan-networks trans-Ewropej – it-trasport bil-ferrovija, it-trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport bil-baħar, is-sistemi tat-trasport intermodali u l-interoperabbiltà tagħhom, il-ġestjoni tat-traffiku fit-toroq, tat-traffiku marittimu u tat-traffiku tal-ajru, it-trasport urban nadif u t-trasport pubbliku.
Il-Fond ta’ Koeżjoni jiffinanzja ’ bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri. L-Istati Membri jagħżlu liema jiffinanzjaw u jieħdu r-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ kuljum. Ir-regoli dwar kif għandhom jintużaw il-fondi huma stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.
Il-pajjiżi eliġibbli
Il-Fond ta’ Koeżjoni huwa riżervat għal Stati Membri li għandhom introjtu nazzjonali gross (ING) per capita ta’ inqas minn 90% tal-medja tal-UE. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-Fond ta’ Koeżjoni pprovda appoġġ lil 15-ilStat Membru: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċ, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja.
Ir-regoli baġitarji u finanzjarji
Ir-regoli għall-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2021-2027 huma stabbiliti fir- dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Fond jappoġġa ġٳپ taħt l-għan “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”, prinċipalment għal ġٳپ ambjentali u ta’ infrastruttura tat-trasport, inklużi n-networks trans-Ewropej (TEN-T).
Ir-Regolament iżomm il-konċentrazzjoni tematika tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Il-Fond ta’ Koeżjoni se jappoġġa żewġ objettivi speċifiċi: ekonomija aktar ekoloġika, ’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ċirkolari (l-Objettiv ta’ Politika (OP2); u Ewropa aktar konnessa (OP3).
Il-politika ta’ koeżjoni tistabbilixxi lista ta’ attivitajiet li ma jistgħux jiġu appoġġati mill-Fond ta’ Koeżjoni fil-perjodu 2021–2027. Din tinkludi d-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari, infrastruttura tal-ajruporti (ħlief fir-reġjuni ultraperiferiċi) u xi operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart (eż. landfill). Barra minn hekk, il-Fond ta’ Koeżjoni ma jistax jappoġġa investiment f’akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli.
Fil-perjodu 2021-2027, l-Unjoni Ewropea se talloka EUR 42.6 biljun (bil-prezzijiet tal-2018, jiġifieri f’termini tal-valur tal-munita fl-2018) għall-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi EUR 10 biljun għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li huwa programm ta’ finanzjament tal-UE biex jappoġġa l-iżvilupp tal-infrastruttura trans-Ewropea f’oqsma bħat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali. Ir-rata ta’ kofinanzjament tista’ tilħaq massimu ta’ 85% tal-valur tal-ġٳپ.
37% tal-allokazzjonijiet finanzjarji totali tal-Fond ta’ Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-UE.
Allokazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2021-2027 għal kull Stat Membru
Stat Membru | Baġit (f’miljuni ta’ EUR) |
---|---|
Il-Bulgarija | 1467 |
ċ-ĊᲹ | 7389 |
L-Estonja | 952 |
-ҰċᲹ | 3508 |
Il-Kroazja | 1372 |
Ċ | 207 |
Il-Latvja | 1204 |
Il-Litwanja | 1645 |
L-Ungerija | 3015 |
Malta | 192 |
Il-Polonja | 10750 |
Il-Portugall | 3946 |
Ir-Rumanija | 4094 |
Is-Slovenja | 834 |
Is-Slovakkja | 1868 |
Total | 42556* |
* Inkluża l-assistenza teknika (EUR 114-il miljun).
Sors: Kummissjoni Ewropea, prezzijiet tal-2018.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Ir-regolamenti li jistabbilixxu l-politika ta’ koeżjoni l-ġdida għall-perjodu 2021-2027 kienu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u l-Parlament kellu d-drittijiet kollha li jipproponi emendi. Dan ippermetta lill-Parlament iżid il-flessibbiltà tar-regoli proposti u jadattahom aħjar għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri.
Fir-, il-Parlament innota l-COVID-19 bħala l-kawża ewlenija tad-dewmien fin-negozjati tal-politika ta’ koeżjoni, li wassal għal dewmien sussegwenti fl-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv għall-finanzjament 2021-2027. Il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq pjan ta’ kontinġenza biex tindirizza t-tħassib possibbli ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni minħabba l-fatt li l-programm beda tard, filwaqt li beża' li jkun hemm tnaqqis fil-baġit fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Ir-riżoluzzjoni tenfasizza li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 ixekkel il-kapaċità tal-Istati Membri li jirrispondu għall-kriżijiet, inkluża l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok ara s-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Kelly Schwarz