Il-politika tal-komunikazzjoni
Skedi Informattivi dwar l-UE
02-05-2025
Il-ħtieġa għal komunikazzjoni effettiva għandha bażi legali fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), li tiggarantixxi d-dritt għaċ-ċittadini kollha li jkunu infurmati dwar kwistjonijiet tal-UE. L-istituzzjonijiet tal-UE żviluppaw diversi għodod u servizzi biex jibqgħu f’kuntatt mal-pubbliku u jinfurmaw lill-pubbliku. Minn meta tnediet formalment fl-2012, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ippermettiet liċ-ċittadini jkunu involuti b’mod aktar dirett f’leġiżlazzjoni ġdida u kwistjonijiet tal-UE.
Skedi Informattivi dwar l-UE