Ϸվ

L-effiċjenza enerġetika

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-05-2024

Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika għandhom l-għan li tinkiseb provvista enerġetika sostenibbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, jitnaqqsu l-kontijiet ta’ importazzjoni u tkun promossa l-kompetittività Ewropea. Fl-2023, il-koleġiżlaturi ddeċidew li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija finali tal-UE b’tal-inqas 11.7% sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet li saru fl-2020.