Ϸվ

Lil hinn mill-pandemija: il-potenzjal ta' politika ambizzjuża dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Mad-Daqqa t’Għajn 28-02-2022

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa ta' din is-sena, għal darb'oħra, se jsir fid-dell tal-pandemija tal-coronavirus, li kixfet u aggravat l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri. Biex ifakkar l-okkażjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) tal-Parlament qed jospita laqgħa mal-parlamenti nazzjonali fit-3 ta' Marzu 2022, biex jesplora l-potenzjal ta' politiki ta' rkupru sensittivi għall-ġeneru, li jiffokaw fuq kwistjonijiet relatati ma' xulxin dwar ix-xogħol ta' kura mhux imħallas, it-telexogħol u l-benesseri.