It-tnaqqis tal-ħela tal-ikel: X’inhuma l-azzjonijiet tal-UE?
Il-ħela tal-ikel tibqa’ wieħed mill-ostakli ewlenin għall-kisba ta’ ekonomija ċirkolari. Tgħallem aktar dwar is-soluzzjonijiet proposti mill-Parlament.
Filwaqt li huwa stmat li madwar 10 % tal-ikel disponibbli għall-konsumaturi tal-UE jaf jinħela, hemm aktar minn 37 miljun persuna fl-UE li ma jistgħux jaffordjaw ikla ta’ kwalità kull jumejn.
It-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u t-telf tal-ikel huma tnejn mill-objettivi ewlenin tal-UE biex tinkiseb ekonomija ċirkolari sal-2050.
Kawżi tal-ħela tal-ikel
L-ippjanar insuffiċjenti għax-xiri u l-ikel, il-frott u l-ħaxix “ikrah”, ix-xiri impulsiv bħala riżultat tal-promozzjonijiet fil-ħwienet, id-daqs tal-imballaġġ mhux xieraq huma biss uħud mir-raġunijiet għall-ħela tal-ikel fid-djar, li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-ħela tal-ikel.
Il-porzjonijiet standardizzati u l-istima eċċessiva tal-għadd ta’ klijenti huma fost ir-raġunijiet għall-ħela tal-ikel fir-ristoranti u s-servizzi tal-ikel.
Skont , it-tikkettar tad-data fuq l-ikel, bħal “use by” u “best before”, huwa wkoll waħda mir-raġunijiet għall-ħela tal-ikel. Li wieħed jifhem aħjar it-tikketti jista’ potenzjalment jgħin biex titnaqqas il-ħela tal-ikel b’10 %.
Għaliex it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel huwa importanti?
It-tnaqqis tal-ħela tal-ikel huwa meħtieġ għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan jammonta għal madwar 16 % tal-gassijiet b’effett ta’ serra kollha mis-sistema tal-ikel tal-UE. il-produzzjoni u t-trasport tal-ikel, li aktar tard jinħela, jammontaw għal 8 % tal-emissjonijiet globali b’effett ta’ serra. Billi jnaqqsu l-ħela tal-ikel, id-djar u l-kumpaniji jistgħu jiffrankaw il-flus.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel
L-għanijiet tal- jinkludu li t-tikkettar tad-data jkun aktar ċar u li jitwaqqaf l-użu ħażin tagħhom biex titnaqqas il-ħela tal-ikel. Skont din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tinvestiga wkoll it-telf tal-ikel tul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel.
Id-donazzjoni tal-ikel hija mod ieħor kif titnaqqas il-ħela tal-ikel bla bżonn. ġew adottati fl-2017 bl-għan li jiffaċilitaw l-irkupru u r-ridistribuzzjoni ta’ ikel sikur u li jista’ jittiekel lil dawk fil-bżonn.
Barra minn hekk, fl-2019 ġiet adottata sabiex titkejjel il-ħela tal-ikel f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel. Il-metodoloġija komuni tiffaċilita l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-ħela tal-ikel madwar l-UE.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart
Il-Kummissjoni ressqet proposta għar-reviżjoni tad- f’Lulju 2023 biex isir aktar xogħol biex jitnaqqas l-iskart tal-ikel u tat-tessuti. Fost il-bidliet, hija tipproponi miri vinkolanti għat-tnaqqis tal-iskart fil-livell nazzjonali sa tmiem l-2030. 10 % tal-iskart għandu jitnaqqas fl-ipproċessar u l-manifattura tal-ikel, u 30 % fil-bejgħ fil-ħwienet, fir-ristoranti, fis-servizzi tal-ikel u fid-djar.
F’Marzu 2024, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni. Il-Parlament irid inaqqas l-iskart fl-ipproċessar u l-manifattura tal-ikel b’mill-inqas 20 % u fil-bejgħ fil-ħwienet, fir-ristoranti, fis-servizzi tal-ikel u fid-djar b’mill-inqas 40 %. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk għandhomx jiġu introdotti miri ogħla (30 % u 50 % rispettivament) għall-2035.
“Il-Parlament ħareġ b’soluzzjonijiet immirati biex titnaqqas il-ħela tal-ikel, bħall-promozzjoni ta’ frott u ħaxix ‘ikrah’, l-għassa fuq il-prattiki inġusti tas-suq, il-kjarifika tat-tikkettar tad-data u d-donazzjoni ta’ ikel mhux mibjugħ iżda konsumabbli,” qalet Anna Zalewska (ECR, il-Polonja), ir-rapporteur inkarigata mit-tmexxija tal-leġiżlazzjoni fil-Parlament.
Il-passi li jmiss
In-negozjati mal-Kunsill ser isiru mill-Parlament li jmiss, li ser jiġi elett fl-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 fost l-Ewropa. F’Malta se jsiru fit-8 ta’ Ġunju 2024.
Aqra aktar dwar l-azzjonijiet tal-UE dwar l-iskart
- Ġestjoni sostenibbli tal-iskart: dak li qed tagħmel l-UE
-
Kif jista’ jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ fl-UE? (infografika)
- L-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ fl-UE: fatti u ċifri
- L-iskart-e fl-UE: fatti u ċifri (infografika)