Ϸվ

Rapport - A10-0077/2025Rapport
A10-0077/2025

RAPPORTdwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron

25.4.2025-()

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Pascale Piera

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A10-0077/2025
Testi mressqa :
A10-0077/2025
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, riċevuta permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Awwissu 2024 mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja, li biha ressaq it-talba tat-23 ta’ Lulju 2024 tal-Prosekutur Ġenerali ta’ Munich, b’rabta mal-proċediment ta’ investigazzjoni pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Munich, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-16 ta’ Settembru 2024,

wara li sema’ lil Petr Bystron fit-13 ta’ Frar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u wara li kkunsidra d-dokumenti mressqa minnu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023[1],

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0077/2025),

A.billi l-Prosekutur Ġenerali ta’ Munich talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Petr Bystron, Membru tal-Parlament Ewropew, b’rabta mal-akkużi mressqa kontrih fis-sens tal-Artikolu 108e, il-paragrafu 1, tal-Artikolu 261, il-paragrafu 1, il-punt 2, tal-Artikolu 261, il-paragrafu 7, tal-Artikolu 263, il-paragrafu 1 u tal-Artikolu 263, il-paragrafu 3, il-punt 1 tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż, tal-Artikolu 370(1) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa Ġermaniż u tal-Artikolu 53 tal-imsemmi Kodiċi Kriminali, relatati mal-allegati reati ta’ mill-inqas sitt reati ta’ korruzzjoni passiva, ħasil tal-flus u frodi, u mill-inqas ħames reati ta’ evażjoni tat-taxxa;

B.billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tindika li, minn mument mhux determinat fl-2020, Petr Bystron seta’, possibbilment, fost affarijiet oħra, irċieva pagamenti fi flus kontanti bl-idejn jew irċieva trasferimenti fi kriptovaluta mill-operatur tas-sit web pro-Russu “Voice of Europe” bi skambju tal-impenn tiegħu li jintervjeni u jivvota, bħala Membru tal-Parlament Nazzjonali, fl-interess tal-Gvern Russu; billi Petr Bystron allegatament iddepożita ammonti konsiderevoli f’ATM fis-17 u l-20 ta’ Marzu 2023 f’kont li jappartjeni lill-kumpanija li tagħha huwa l-uniku azzjonist u amministratur; billi, fl-20 ta’ Marzu 2023, huwa reġa’ rtira l-istess ammont f’karti ta’ EUR200 minn distributur tal-istess bank; billi, bi tweġiba għal talba mill-bank, Petr Bystron ma pprovda l-ebda spjegazzjoni dwar ir-raġuni għal dawn il-movimenti suspettużi; billi, mill-allegat tixħim riċevut fi flus kontanti, Petr Bystron iddepożita wkoll diversi somom f’Lulju 2021, f’April 2022, f’Settembru 2022, kif ukoll f’Ġunju u f’Lulju 2023; billi Petr Bystron allegatament ipprova jaħbi l-oriġini tal-flus kontanti; billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku għandu rekords tat-tranżazzjonijiet tal-kontijiet kollha ta’ Petr Bystron u tal-imsemmija kumpanija, li tagħha huwa l-uniku azzjonist u amministratur, mill-2020 ’il quddiem; billi dan kien għamilha possibbli li jiġu identifikati pagamenti ulterjuri fi flus kontanti u li jiġi konkluż li kien hemm allegat tixħim riċevut qabel;

C.billi f’diversi deliberazzjonijiet tal-Parlament Nazzjonali, li Petr Bystron kien membru tiegħu fiż-żmien tal-fatti allegati, dwar kwistjonijiet relatati mar-Russja, huwa, mill-2022, ivvota b’mod manifest l-aktar favorevoli għall-interessi tal-Gvern Russu u ta mill-inqas żewġ diskorsi lill-Bundestag Ġermaniż li fihom iddefenda pożizzjoni favur ir-Russja;

D.billi Petr Bystron, li kien intitolat, skont il-Liġi Ġermaniża dwar il-Membri Parlamentari, għal indennizz fiss intiż b’mod partikolari għar-reklutaġġ ta’ persunal, allegatament daħal, f’Ottubru 2021, f’kuntratt ta’ impjieg mal-avukat tiegħu u, barra minn hekk, qabel ma’ ħames emendi għall-kuntratt, li kull wieħed minnhom emenda l-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa u s-salarju ta’ kull xahar; billi l-indennizz fiss jista’ jintuża biss jekk l-għan maħsub jew l-attivitajiet ikkonċernati jkollhom konnessjoni suffiċjenti mat-twettiq tal-mandat; billi x-xogħol imwettaq fil-qafas ta’ dan il-kuntratt ma kienx relatat mat-twettiq tal-mandat parlamentari jew ma’ jekk ix-xogħol mistenni kienx ġie ipprovdut, iżda r-remunerazzjoni allegatament tħallset billi l-membru tal-persunal kompetenti ġie mqarraq; billi dan il-ħlas kien jikkostitwixxi dannu għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja stmat li jammonta għal EUR97400,00;

E.billi, matul is-snin finanzjarji 2017 sa 2021, Petr Bystron, permezz tal-konsulent tat-taxxa tal-kumpanija li tagħha huwa l-uniku azzjonist u amministratur, issottometta dikjarazzjonijiet tal-VAT skorretti lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Munich, li fihom nefqa ta’ natura privata li ma għandha l-ebda rabta mal-attività kummerċjali tal-imsemmija kumpanija; billi, bħala riżultat ta’ din l-informazzjoni skorretta fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT, saret rifużjoni mhux dovuta tal-VAT li tammonta għal EUR9949,17;

F.billi PetrBystron ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 fil-Ġermanja u ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegati reati;

G.billi l-allegati reati u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Petr Bystron fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.billi l-Artikolu9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tal-Protokoll Nru7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament ta’ dak l-istat;

I.billi l-Artikolu46, il-paragrafi2, 3 u 4 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi li:

“(2) Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew inkella jiġi arrestat għal reat kastigabbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx in flagrante delicto jew inkella l-għada tat-twettiq tar-reat.

(3) L-awtorizzazzjoni tal-Bundestag hija barra minn hekk meħtieġa wkoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna ta’ Membru Parlamentari jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru Parlamentari fis-sens tal-Artikolu18.

(4) Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment fis-sens tal-Artikolu18 kontra Membru Parlamentari, kwalunkwe detenzjoni u kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;

J.billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;

K.billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

L.billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

M.billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”[2];

1.Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Petr Bystron;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Petr Bystron.


ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Ir-rapporteur tiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li ma rċeviet l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.4.2025

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Tobiasz Bocheński, José Cepeda, Ton Diepeveen, Mary Khan, Ilhan Kyuchyuk, Lukas Mandl, Mario Mantovani, Pascale Piera, René Repasi, Krzysztof Śmiszek, Dominik Tarczyński, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Dainius Žalimas

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

David Cormand, Angelika Niebler, Arash Saeidi, Jana Toom

Membri skont l-Artikolu 216(7) tar-Regoli ta’ Proċedura preżenti għall-votazzjoni finali

Andi Cristea, Esther Herranz García, Dariusz Joński, Marit Maij, Jorge Martín Frías

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Mejju 2025
Avviż legali-Politika tal-privatezza