Ϸվ

Rapport - A8-0172/2019Rapport
A8-0172/2019

RAPPORTdwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit2020, TaqsimaIII – Kummissjoni

8.3.2019-(2019/2001())

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Monika Hohlmeier


ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A8-0172/2019
Testi mressqa :
A8-0172/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit2020, TaqsimaIII – Kummissjoni

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012[1] (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament Finanzjarju"),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020[2] (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament dwar il-QFP"),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[3],

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[4],

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019[5] u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,

–wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25ta'Settembru2015, bit-titolu "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", li daħlet fis-seħħ fl-1ta'Jannar2016, u d-dokument ta' riflessjoni bit-titolu "Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030" li ġie ppreżentat reċentement mill-Kummissjoni,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' ...2019 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2020 (00000/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0172/2019),

A.billi n-negozjati dwar il-baġit tal-Unjoni għall-2020 se jsiru b'mod parallel man-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE; billi s-sena2019 se tkun is-seba' sena tal-QFP2014-2020;

B.billi, tul dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ripetutament ikkontradixxa lilu nnifsu, billi ppreżenta prijoritajiet politiċi ġodda għall-UE iżda fl-istess ħin wera li ma kienx lest jipprevedi approprjazzjonijiet ġodda biex jiffinanzjahom; billi l-prijoritajiet politiċi ġodda u l-isfidi futuri għall-UE għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda, u mhux billi jitnaqqas l-ammont tal-approprjazzjonijiet għall-programmi eżistenti;

C.billi lejn tmiem il-perjodu attwali ta' programmazzjoni finanzjarja, l-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali se tirrikjedi riżorsi finanzjarji xierqa u għalhekk se tantiċipa l-pagamenti meħtieġa fl-2020 sabiex tiġi evitata kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP2021-2027;

ġ2020: pont għall-Ewropa futura – Ninvestu fl-innovazzjoni, fl-iżvilupp sostenibbli u fil-protezzjoni u s-sigurtà taċ-ċittadini

1.Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni għall-2020 huwa pont għall-QFP għall-perjodu 2021-2027 u għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' viżjoni komuni u fit-tul dwar il-prijoritajiet politiċi futuri tal-Unjoni u jipprovdi l-ogħla valur miżjud Ewropew; jistenna li, fil-mument tal-adozzjoni tal-baġit2020, jkun involut f'negozjati komprensivi dwar il-QFP mal-Kunsill, wara ftehim politiku fil-Kunsill Ewropew; jemmen li baġit2020 b'saħħtu, responsabbli u li jħares 'il quddiem se jiffaċilita l-ftehim u t-tranżizzjoni lejn il-QFP li jmiss; għandu l-ħsieb għalhekk li jagħmel użu sħiħ mill-flessibbiltà eżistenti u minn dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fir-Regolament dwar il-QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-UE fil-baġit2020, filwaqt li jitqies kif xieraq l-approċċ baġitarju bbażat fuq il-prestazzjoni fil-baġit tal-UE;

2.Iqis, għalhekk, li l-baġit tal-UE għas-sena d-dieħla għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi ċari u jippermetti lill-Unjoni toħloq tkabbir ekonomiku u impjiegi sostenibbli u inklużivi, tkompli tinvesti fil-kapaċitajiet ta' innovazzjoni u riċerka għal soluzzjonijiet futuri, tagħti spinta lill-kompetittività, tiżgura Ewropa sikura, sigura u paċifika, issaħħaħ il-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien għaċ-ċittadini, issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tqawwi lill-Unjoni fil-ġlieda tagħha kontra l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima bil-għan li jintlaħqu l-obbligi tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi, tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, u twettaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

3.Jirrimarka li, peress li l-2020 hija l-aħħar sena tal-QFP attwali, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE, u b'mod partikolari dawk taħt ġestjoni kondiviża fil-politika ta' koeżjoni, fil-politika agrikola komuni u fil-politika komuni tas-sajd, jeħtieġ li tiġi aċċellerata sabiex tikkumpensa għal dewmien preċedenti u tilħaq il-fażi ta' għeluq; jistenna li din tiġi riflessa f'żieda sostanzjali fit-talbiet għal pagament u jantiċipa, għalhekk, qabża 'l fuq fil-livell annwali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2020; jenfasizza l-impenn tal-Parlament li jiżgura l-pagamenti meħtieġa fl-2020 u li jipprevjeni kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP2021-2027, kif seħħ matul il-perjodu kurrenti attwali; jissottolinja l-ħtieġa li jitjiebu kontinwament il-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' korrezzjoni, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa u rapida tal-programmi tal-UE;

4.Jirrimarka l-importanza ta' aġenziji deċentralizzati li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE u b'hekk jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE, bħal dawk relatati mal-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-ġestjoni tal-flussi attwali tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati; jistenna li n-negozjati dwar il-baġit2020 jwasslu għal finanzjament operattiv u amministrattiv xieraq tal-aġenziji tal-UE, filwaqt li jippermettilhom iwettqu l-kompiti dejjem akbar tagħhom u jagħtu l-aħjar riżultati possibbli; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-2018 kienet l-aħħar sena tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal b'5% u tal-hekk imsejħa "riżerva ta' riallokazzjoni"; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jżommu lura milli jagħmlu aktar tnaqqis fir-riżorsi tal-aġenziji fil-baġit2020;

Innovazzjoni u riċerka għal soluzzjonijiet futuri: appoġġ għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv sabiex tiġi antiċipata l-bidla u tingħata spinta lill-kompetittività

5.Jissottolinja l-importanza tal-pretensjoni tal-Ewropa li hija l-mexxejja f'teknoloġiji ewlenin f'oqsma bħall-ispazju, il-kura tas-saħħa, l-ambjent, l-agrikoltura, is-sikurezza u t-trasport; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jkomplu jipprovdu soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kompetittività tal-Ewropa, u jfakkar, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti tar-riċerka fundamentali; jenfasizza li t-tranżizzjoni minn Orizzont2020 għal Orizzont Ewropa għandha tkun mingħajr intoppi bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà għan-negozji, il-faċilitajiet ta' riċerka u l-akkademiċi; jinsab allarmat min-nuqqas sustanzjali ta' finanzjament għal Orizzont2020 matul il-perjodu kollu, li jirriżulta f'rata ta' suċċess baxxa għal applikazzjonijiet eċċellenti; biħsiebu, għalhekk, jiżgura l-akbar allokazzjoni annwali possibbli għal Orizzont2020 fil-baġit tas-sena d-dieħla, billi jagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà eżistenti tar-Regolament QFP u r-Regolament Finanzjarju; jenfasizza madankollu, l-importanza tal-approfondiment tas-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

6. Jenfasizza l-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku li jirriżulta mit-trasformazzjoni teknoloġika tal-Ewropa u jitlob li l-baġit tal-UE jwettaq il-kontribut xieraq fl-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u fil-promozzjoni tal-ħiliet u tal-intraprenditorija diġitali; jissottolinja l-importanza li jsir investiment addizzjonali f'kapaċitajiet diġitali, inkluż il-computing ta' prestazzjoni għolja tal-UE, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà; jenfasizza li l-Programm Ewropa Diġitali huwa mistenni li jiżgura allokazzjoni ferm ogħla fil-QFP2021-2027 u, għalhekk, biħsiebu jżid il-finanzjament f'dan il-qasam fil-baġit tas-sena d-dieħla;

7. Jenfasizza s-suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fl-iskattar ta' investimenti addizzjonali fl-UE bil-għan li tintlaħaq mira ta' investiment ta' mill-inqas EUR500 biljun sal-2020, wara l-estensjoni tad-durata tagħha; jirrimarka, madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bil-għan li titjieb aktar l-implimentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-addizzjonalità tal-proġetti magħżula; ifakkar li l-fond ta' garanzija tal-FEIS kien iffinanzjat parzjalment permezz ta' riallokazzjonijiet minn Orizzont2020 u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u jikkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li ilha stabbilita li inizjattivi ġodda għandhom ikunu ffinanzjati kompletament b'finanzjament ġdid;

8.Jinsab konvint bis-sħiħ li t-titjib tal-ġustizzja u l-għoti ta' opportunitajiet indaqs fi ħdan l-ekonomija soċjali tas-suq Ewropea huma prerekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni; biħsiebu jiżgura finanzjament suffiċjenti għall-programmi bħall-COSME u t-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-suċċess ta' negozji ġodda u SMEs, li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u l-ixpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni soċjali; jissottolinja l-livell għoli ta' implimentazzjoni ta' dawn il-programmi, u jirrimarka dwar il-kapaċità tagħhom li jassorbu saħansitra aktar minn hekk;

Sikurezza, sigurtà u paċi għaċ-ċittadini Ewropej

9.Iqis li l-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u tas-sigurtà interna bl-appoġġ ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msaħħa, u l-Europol, Unjoni Ewropea mingħajr fruntieri interni u l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen u l-libertà ta' moviment fi ħdan l-UE, huma marbutin inseparabbilment u huma ta' benefiċċju reċiproku; jenfasizza fl-istess ħin l-importanza ta' investimenti sodi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna, bil-għan li, fost affarijiet oħra, jissaħħu l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni u r-rispons ġudizzarju għat-theddid kriminali transkonfinali u għall-promozzjoni ta' skambju ta' informazzjoni, bl-appoġġ imsaħħaħ għall-Eurojust u għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; iqis li huwa obbligu li jiġu żgurati finanzjament, persunal u taħriġ adegwati għall-persunal tal-aġenziji kollha li joperaw fil-qasam tas-sigurtà, il-ġustizzja u l-kontroll tal-fruntiera huwa insuffiċjenti fid-dawl taż-żieda konsiderevoli fir-responsabbiltajiet tagħhom, l-importanza tal-kooperazzjoni bejniethom, il-ħtieġa u għal innovazzjonijiet u l-adattament teknoloġiċi u r-rwol vitali tagħhom fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri;

10. Jenfasizza fl-istess ħin, ir-responsabbiltà umanitarja tal-UE fil-politika ta' migrazzjoni u jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex jiġu żviluppati u implimentati prattiki komuni tal-asil fl-Istati Membri; iqis li huwa obbligu li jiġu żgurati finanzjament, persunal u taħriġ tal-persunal adegwati għall-aġenziji kollha li joperaw fil-qasam tal-migrazzjoni, l-asil u d-drittijiet tal-bniedem, b'riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu r-rwol tagħhom kif xieraq;

11. Jilqa' bi pjaċir l-impenn tal-Istati Membri għal aġenda tad-difiża mġedda tal-UE u r-rieda tagħhom għal aktar kooperazzjoni dwar id-difiża Ewropea; jenfasizza l-importanza tal-varar tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP), bħala l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jitlob żieda ulterjuri fil-baġit tad-difiża tal-Unjoni, li għandu jiġi ffinanzjat b'mod esklussiv minn approprjazzjonijiet ġodda, sabiex jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea;

12.Jappoġġja bis-sħiħ it-tisħiħ tal-isforzi tal-UE li tindirizza t-theddid dejjem akbar għas-sigurtà bħar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti fl-Ewropa u fil-pajjiżi tal-viċinat kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' tali programmi fil-livell tal-UE;

13.Jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija kruċjali għall-prosperità u s-sigurtà tal-Unjoni, kif ukoll għall-privatezza taċ-ċittadini tagħha, li l-attakki ċibernetiċi, il-kriminalità ċibernetika u l-manipulazzjoni qed jheddu s-soċjetajiet miftuħa, u li l-ispjunaġġ ekonomiku qed ixekkel il-funzjonament tas-suq uniku diġitali u qed jipperikola l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej; jitlob riżorsi finanzjarji adegwati biex l-aġenziji rilevanti kollha jiġu mgħammra b'fondi adegwati biex ikopru l-kompiti operattivi u amministrattivi tagħhom ħalli jgħinu jiżguraw sistemi ta' netwerks u ta' informazzjoni, jibnu reżiljenza ċibernetika b'saħħitha, u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità; jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni strateġika bejn l-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u l-Europol;

14. Ifakkar li l-paċi u l-istabbiltà huma valuri fundamentali li huma appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-kontribut sinifikanti li l-Unjoni għamlet għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-gżira tal-Irlanda, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ muri għall-ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-finanzjament għall-programmi PEACE u INTERREG; jissottolinja l-importanza li jinżamm il-finanzjament għal dawn il-programmi wara l-Brexit;

15.Jemmen, b'referenza għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25ta'Ottubru2018 dwar l-użu ta' data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data[6], li l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, b'mod partikolari it-traċċar u l-iżvelar ta' diżinformazzjoni u kwalunkwe tip ieħor ta' interferenza barranija hija prijorità biex jiġu żgurati elezzjonijiet ġusti u demokratiċi, b'mod partikolari fis-sena tal-elezzjonijiet Ewropej; jitlob riżorsi finanzjarji addizzjonali biex jittejjeb l-użu sistematiku ta' għodod ta' komunikazzjoni strateġiċi li jippermettu rispons koordinat b'saħħtu tal-UE; jappoġġja l-linji gwida li stabbiliet il-Kummissjoni dwar kif għandhom jintużaw ir-regoli eżistenti tal-UE biex jiġi indirizzat l-użu tad-data personali bil-għan li ċ-ċittadini jkunu fil-mira fuq il-midja soċjali matul il-perjodi tal-elezzjoni u tiġi ggarantita l-ġustizzja tal-proċess elettorali;

16. Jinsab imħasseb li mhux biżżejjed ċittadini Ewropej għandhom l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea taħdem għalihom u tipprovdilhom benefiċċji sostanzjali; jitlob għalhekk riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Kummissjoni biex tinvesti f'għodod, bħall-inizjattivi riċenti tal-Parlament "X'qed tagħmel għalija l-Ewropa" u l-"Applikazzjoni taċ-Ċittadini" biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-ħidma tal-Unjoni u jenfasizza l-isforzi mwettqa għall-promozzjoni tal-paċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni; iqis li tali għodod għandhom jinxterdu aħjar fil-livell nazzjonali;

17.Jirrimarka li l-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd huma l-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea, li għandhom l-għan li jiżguraw provvista tal-ikel sikura u ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini Ewropej, il-funzjonament xieraq tas-suq uniku agrikolu, is-sostenibbiltà tar-reġjuni rurali għal bosta snin u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; ifakkar li dawn il-politiki jikkontribwixxu għall-vijabbiltà u għall-istabbiltà tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-produtturi madwar l-Ewropa biex ikunu jistgħu jilqgħu għall-volatilità mhux mistennija tas-suq u jiżguraw provvisti tal-ikel sikuri u ta' kwalità għolja; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-agrikoltura fuq skala żgħira u lis-sajd fuq skala żgħira;

Tisħiħ tas-solidarjetà u fehim reċiproku

18.Jitlob riżorsi finanzjarji addizzjonali biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għal Erasmus+, il-programm primarju għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluża l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa, filwaqt li titqies ukoll id-dimensjoni esterna tiegħu; jissottolinja li hemm bżonn ta' riżorsi adegwati biex jiġi "demokratizzat" il-programm, billi l-finanzjament tiegħu jkun aċċessibbli għal kulħadd u li jaħdem lejn il-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi bħala mezz biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifakkar li l-Parlament talab li l-pakkett finanzjarju għal dan il-programm jiġi triplikat fil-QFP li jmiss; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni, l-apprendistati, il-kultura u r-riċerka;

19.Ifakkar li, fi żmien meta qed jitqajmu dubji dwar il-proġett Ewropew, huwa essenzjali li jiġi mġedded impenn b'saħħtu għall-Ewropa permezz tal-kultura, l-għarfien, il-ħolqien u l-innovazzjoni; jemmen għalhekk li l-programmi Ewropa Kreattiva u MEDIA għandhom jiġu appoġġjati fil-livell xieraq;

20.Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ tirrikjedi sforzi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jinħolqu opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-impatt pożittiv tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li kienet appoġġjat madwar 1,7miljun żagħżugħ u żagħżugħa sa tmiem l-2017; jilqa' bi pjaċir il-fatt li, fuq talba qawwija tal-Parlament, ir-riżultat tan-negozjati dwar il-baġit2019 kien li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tinġieb għal ammont totali ta' EUR350miljun fl-2019; jistenna li l-abbozz tal-baġit2020 jixhed ambizzjoni akbar għal dan il-programm biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn il-programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fil-QFP li jmiss; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u li tittejjeb aktar l-effiċjenza tiegħu, bil-għan li jiġi żgurat li jġib aktar valur miżjud Ewropew għall-politiki nazzjonali dwar l-impjiegi;

21.Jemmen li l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa trid tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet sostenibbli fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u ħalli jkun hemm inklużjoni aħjar tal-persuni b'diżabbiltà, u għat-tibdil demografiku strutturali fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji għall-programmi rilevanti tal-UE li jgħinu biex il-popolazzjonijiet li qed jixjieħu fl-Ewropa jingħataw appoġġ adegwat f'termini ta' aċċess għall-mobbiltà, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi;

22.Ifakkar fil-ħtieġa għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu tajjeb mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) permezz ta' programmi nazzjonali; jitlob ibbaġitjar xieraq għal dan il-fond fl-2020 sabiex jiġu appoġġjati l-akkoljenza ta' persuni li jfittxu l-asil fl-Istati Membri, l-istrateġiji ta' ritorn effettivi, il-programmi ta' risistemazzjoni, il-politiki tal-migrazzjoni legali u l-promozzjoni ta' integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini minn pajjiżi terzi; iqis li l-appoġġ tal-bliet u l-muniċipalitajiet fis-sistema Ewropea tal-asil għandu jissaħħaħ;

23. Ifakkar li s-soluzzjoni ta' natura dejjiema għall-fenomenu attwali tal-migrazzjoni tinsab fl-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li minnhom joriġinaw il-flussi tal-migrazzjoni; jitlob li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp jingħataw riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jappoġġjaw din il-prijorità u jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri ta' sħubijiet sostenibbli u ta' benefiċċju reċiproku, pereżempju mal-pajjiżi Afrikani; f'dan il-kuntest, jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA), l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), jiġu fornuti b'appoġġ finanzjarju suffiċjenti u kontinwu; jitlob appoġġ finanzjarju u organizzattiv imsaħħaħ għall-programmi li jikkontribwixxu għall-iskambji bejn l-UE u l-pajjiżi sħab f'oqsma bħat-taħriġ professjonali, il-ħolqien ta' negozji ġodda, l-appoġġ għall-SMEs, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni, u għall-politiki relatati mal-ilma nadif, it-trattament tal-ilma mormi u r-rimi tal-iskart;

24. Jemmen li d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneri hija intollerabbli u inkompatibbli mal-valuri tal-UE; jirrimarka li r-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet għall-programm Daphne u għal fondi oħra mmirati lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, b'mod allarmanti, hija baxxa, u għandha l-ħsieb li tiżgura aktar finanzjament għall-programm; barra minn hekk, iqis l-integrazzjoni tal-ġeneri bħala strateġija effettiva biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jitlob li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata fil-politiki rilevanti tal-UE u l-programmi ta' nfiq; jistenna lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli qafas għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni;

25.Itenni l-importanza tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien, tiffavorixxi l-proċessi ta' paċi, u tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u soċjali u l-kooperazzjoni transkonfinali sostenibbli; jirrimarka li r-relazzjonijiet b'saħħithom bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent huma essenzjali għall-istabbilizzazzjoni taż-żona u għall-proċess ta' qabel l-adeżjoni tagħhom; ifakkar li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jrid ikun imfassal apposta biex jissaħħu l-kapaċità tal-pajjiżi li jkomplu jwettqu r-riformi legali, politiċi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa, b'mod partikolari jtejbu l-funzjonament xieraq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll jappoġġjaw l-istabbiltà u r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt;

Nindirizzaw l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima

26.Jenfasizza li l-baġit2020 għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima fit-tpaċija tal-akkumulazzjoni eżistenti u biex l-UE tissodisfa l-impenji tagħha; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tkun minn ta' quddiem fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' karbonju u b'livell newtrali ta' emissjonijiet ta' karbonju, iżda jiddispjaċih li l-Unjoni qed tonqos milli tilħaq l-għanijiet tagħha dwar il-klima, b'mod partikolari fir-rigward li 20% tal-infiq tal-Unjoni jsir wieħed relatat mal-klima fl-2014-2020; iqis, għalhekk, li żieda sinifikanti fl-infiq relatat mal-klima hija essenzjali ħalli jsir progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u tal-Ftehim ta' Pariġi; jemmen li l-integrazzjoni tal-klima fis-setturi kollha tal-politika tal-Unjoni għandha tkompli tiġi promossa u ottimizzata u għandha tiġi introdotta protezzjoni għall-klima u għas-sostenibbiltà, fejn applikabbli; jitlob li r-riżorsi finanzjarji jiżdiedu għall-programmi kollha rilevanti tal-Unjoni bil-għan li jiġu appoġġjati proġetti b'valur miżjud Ewropew li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-effiċjenza fir-riżorsi, il-promozzjoni tal-ekonomija ambjentali u nadifa u l-konservazzjoni tan-natura, b'enfasi partikolari fuq il-bijodiversità, il-ħabitats u l-ispeċijiet fil-periklu;

27.Jenfasizza li, bil-għan li jkun hemm approċċ koerenti u effettiv għat-trattament tat-tibdil fil-klima, l-UE għandha tara li r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi jkunu kundizzjoni fi ftehimiet kummerċjali futuri; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3ta'Lulju2018 dwar id-diplomazija dwar il-klima[7] u fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni għal valutazzjoni komprensiva tal-konsistenza bejn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti u mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi; iqis li f'każ li dawn l-impenji ma jiġux issodisfati minn sieħeb tal-UE, il-Kummissjoni tista' timponi sospensjoni temporanja tal-impenji tal-UE relatati mal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-konfront ta' dawk is-sħab;

Kwistjonijiet pendenti għall-proċedura2020

28.Jistenna li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'Marzu2019 ma jkollux impatt dirett fuq il-baġit2020, peress li r-Renju Unit se jikkontribwixxi għal u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, tivvaluta u tħejji għax-xenarji kollha possibbli biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-Unjoni u tiżgura pjan ta' kontinġenza, tiddefinixxi impenji ċari u tiddeskrivi l-mekkaniżmi, u tipproteġi l-baġit tal-UE fl-eventwalità li r-Renju Unit ma jikkontribwixxix, jew ma jipparteċipax fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2020;

29.Ifakkar li, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rinfurzar tal-Intestatura1a permezz ta' baġit emendatorju li nħareġ fil-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit2019, il-Kummissjoni se tippreżenta baġit emendatorju li jżid il-livelli tal-approprjazzjonijiet għall-programmi Erasmus+ u H2020 ladarba jitlesta l-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2020 fir-rebbiegħa tal-2019 sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jipproċessawh malajr;

30.Jissottolinja li l-Artikolu15(3) tar-Regolament Finanzjarju jippermetti li jerġgħu jsiru disponibbli l-ammonti diżimpenjati li saru b'riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka korrispondenti fil-proċedura baġitarja annwali, u ma jistipulax aktar prekundizzjonijiet fl-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta speċifikament dwar l-ammonti diżimpenjati għall-programmi ta' riċerka u tipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji kollha rilevanti li jikkonċernaw dan l-Artikolu; jitlob lill-presidenza tal-Kunsill tikkjarifika jekk dan l-Artikolu issa huwiex mifhum għalkollox mill-Istati Membri kollha; jitlob, fi kwalunkwe każ, li din id-dispożizzjoni u l-proċedura korrispondenti jiġu attivati fil-kuntest tal-proċedura baġitarja tal-2020, ibda mill-inklużjoni tagħha fl-abbozz ta' baġit;

31.Jemmen li, bħala l-fergħa tal-awtorità baġitarja li hija eletta direttament miċ-ċittadini, il-Parlament għandu jaqdi r-rwol politiku tiegħu u jressaq proposti għal Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji li jesprimu l-viżjoni politika tiegħu għall-ġejjieni; jimpenja ruħu, f'dan il-kuntest, li jipproponi pakkett ta' Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' kull wieħed mill-kumitati tiegħu sabiex jinstab bilanċ ġust bejn ir-rieda politika u l-fattibilità teknika, kif ivvalutata mill-Kummissjoni Ewropea;

°

°°

32.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

7.3.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Verónica Lope Fontagné, Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Pavel Poc, Nils Torvalds, Marie-Pierre Vieu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Christophe Hansen, Barbara Kudrycka, Fernando Ruas, Tom Vandenkendelaere

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Nils Torvalds

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Christophe Hansen, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Verónica Lope Fontagné, Andrey Novakov, Fernando Ruas, Patricija Šulin, Tom Vandenkendelaere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti

7

-

ECR

Bernd Kölmel, Stanisław Ożóg

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

GUE/NGL

Lynn Boylan, Marie-Pierre Vieu

2

0

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand

Tifsira tas-simboli użati:

+:favur

-:kontra

0:astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza