RAPPORTdwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
27.1.2020-(N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Irene Tinagli
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
(N9-0006/2020 - C9-0011/2020 – )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14ta'Jannar2020 għall-ħatra ta' JandeCarpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0011/2020),
–wara li kkunsidra l-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15ta'Lulju2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru1093/2010[1],
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14ta'Marzu2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[2],
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16ta'Jannar2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[3],
–wara li kkunsidra l-Artikolu131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0010/2020),
A.billi l-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 jipprevedi li l-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinħatar fuq il-bażi tal- mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni bankarja;
B.billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;
C.billi skont l-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014, fit-13ta'Novembru2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;
D.billi, bi qbil mal-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament;
E.billi fl-14ta'Jannar2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil JandeCarpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;
F.billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014;
G.billi, fit-22ta'Jannar2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jan de Carpentier, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;
1.Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni |
|||
Referenzi |
N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – |
|||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
14.1.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Irene Tinagli 14.1.2020 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.1.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
23.1.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 11 5 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Neena Gill, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Antonio Maria Rinaldi, Robert Rowland, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Joachim Schuster, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Francesca Donato, Martin Hlaváček, Eugen Jurzyca, Fulvio Martusciello, Bogdan Rzońca, Julie Ward |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
César Luena, Cristina Maestre Martín De Almagro, Rob Rooken, Anna Zalewska |
|||
Data tat-tressiq |
27.1.2020 |
- [1] ĠU L225, 30.7.2014, p.1.
- [2] Testi adottati, P8_TA(2019)0211.
- [3] Testi adottati, P9_TA(2020)0017.