Ϸվ

Rapport - A9-0011/2020Rapport
A9-0011/2020

RAPPORTdwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

27.1.2020-(N9-0005/2020 – C9-0010/2020 – )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Irene Tinagli

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A9-0011/2020
Testi mressqa :
A9-0011/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

(N9-0005/2020 – C9-0010/2020 – )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14ta'Jannar2020 għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0010/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15ta'Lulju2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru1093/2010[1],

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14ta'Marzu2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[2],

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16ta'Jannar2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[3],

wara li kkunsidra l-Artikolu131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0011/2020),

A.billi l-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 jipprevedi li l-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt(b) tal-Artikolu43(1) ta' dak ir-regolament għandhom jinħatru abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;

B.billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

C.billi skont l-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014, fit-13ta'Novembru2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt(b) tal-Artikolu43(1) ta' dak ir-regolament;

D.billi, bi qbil mal-Artikolu56(6) tar-Regolament (UE) Nru806/2014, il-lista mqassra ntbagħtet lill-Parlament mill-Kummissjoni;

E.billi fl-14ta'Jannar2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord u Direttur għall-"Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet" fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, u għaddiet dik il-proposta lill-Parlament;

F.billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014;

G.billi, fit-22ta'Jannar2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jesús Saurina, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;

1.Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Referenzi

N9-0005/2020 – C9-0010/2020 –

Data tal-konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni

14.1.2020

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

Rapporteurs

Data tal-ħatra

Irene Tinagli

14.1.2020

Eżami fil-kumitat

22.1.2020

Data tal-adozzjoni

23.1.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Neena Gill, Valentino Grant, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Dragoş Pîslaru, Luisa Porritt, Antonio Maria Rinaldi, Robert Rowland, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Joachim Schuster, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francesca Donato, Martin Hlaváček, Eugen Jurzyca, Fulvio Martusciello, Bogdan Rzońca, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

César Luena, Cristina Maestre Martín De Almagro, Rob Rooken, Anna Zalewska

Data tat-tressiq

27.1.2020

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2020
Avviż legali-Politika tal-privatezza