Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B10-0238/2024Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B10-0238/2024

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar l-appoġġ finanzjarju u organizzattiv għall-Istati Membri biex jirripatrijaw ċittadini Sirjani

13.12.2024

imressqa skont l-Artikolu 149 tar-Regoli ta’ Proċedura

Mary Khan, Marc Jongen, Markus Buchheit, Elisabeth Dieringer, Christine Anderson, Jaroslava Pokorná Jermanová, Siegbert Frank Droese, Maximilian Krah, Zsuzsanna Borvendég, Sarah Knafo, Anja Arndt, René Aust, Arno Bausemer, Petr Bystron

10‑0238/2024

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ finanzjarju u organizzattiv għall-Istati Membri biex jirripatrijaw ċittadini Sirjani

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 149 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi, mill-2013, l-akbar għadd ta’ applikanti għall-ażil fl-UE kienu ċittadini Sirjani;

B.billi għadd sinifikanti ta’ Sirjani fil-Ġermanja semmew lir-reġim ta’ Assad bħala r-raġuni tagħhom għalfejn fittxew l-ażil;

C.billi hemm domanda ċara u dejjem tikber miċ-ċittadini Ewropej biex l-UE timponi politiki aktar stretti fil-qasam tal-migrazzjoni;

D.billi għadd kbir ta’ applikanti għall-ażil ikunu ta’ piżijiet finanzjarji, soċjali u kulturali sinifikanti fuq l-Istati Membri;

1.Jilqa’ l-opportunitajiet ippreżentati mill-iżviluppi attwali fis-Sirja biex tiġi instigata l-ewwel ripatrijazzjoni maġġuri ta’ ċittadini Sirjani mit-territorju tal-UE;

2.Jappella għal appoġġ finanzjarju u organizzattiv adegwat mill-Kummissjoni biex tassisti lill-Istati Membri bir-ripatrijazzjoni tas-Sirjani meta d-dritt ta’ residenza tagħhom ikun skada.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2025
Avviż legali-Politika tal-privatezza