Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0513/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0513/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà

29.10.2018

imressqa skont l-Artikolu133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

8‑0513/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi huwa stmat li l-baġit tal-Parlament jammonta għal EUR1,90biljun fis-sena u dak tal-Unjoni Ewropea għal EUR1100biljun fuq perjodu ta' 7snin[1];

B.billi l-proposta għat-tqassim tal-baġit2021-2027 tikkonsisti mill-allokazzjoni ta' EUR2,2biljun[2] għas-sigurtà interna u EUR100biljun[3] għall-politika tal-viċinat(!);

C.billi, fi kliem ieħor, l-Unjoni Ewropea donnha tagħti prijorità lir-relazzjonijiet tajba mal-Ukrajna, minflok ma tagħtiha lis-sigurtà taċ-ċittadini Franċiżi u Ewropej, minkejja riskju terroristiku omnipreżenti;

D.billi ma aħniex neqsin minn eżempji grotteski, bħalma huma l-EUR200miljun mogħtija lill-Marokk meta l-ġid personali tar-Re tal-Marokk huwa stmat għal USD6biljun;

1.Jitlob lill-Kummissjoni tirrestawra l-bilanċ f'dan it-tqassim tal-fondi b'mod li l-baġit allokat għas-sigurtà interna jkun ogħla;

2.Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-baġits allokati għas-sigurtà jkunu akbar mill-baġits allokati għall-politika tal-viċinat[4].

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Novembru 2018
Avviż legali-Politika tal-privatezza