MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-teknoloġija blockchain
11.1.2019
Aldo Patriciello
B8-0094/2019
Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-teknoloġija blockchain
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-teknoloġija blockchain tippermetti lil grupp ta' individwi jaqsmu bejniethom riżorsi informatiċi (memorja, CPU, wisa' tal-banda) biex bażi ta' data virtwali, ta' tip pubbliku jew privat, tkun għad-dispożizzjoni tal-komunità ta' utenti;
B. billi teknoloġija bħal din tista' tiġi applikata anki fl-ambitu tal-kummerċ internazzjonali, peress li l-protokolli tagħha jiffaċilitaw l-użu ta' metodi ġodda għall-ipproċessar u għall-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet diġitali;
C. billi l-użu tat-teknoloġija blockchain ikun jiddetermina progress f'termini ta' trasparenza u sigurtà inkwantu, ladarba tiddaħħal, id-data fi blokk ma tistax tiġi modifikata retroattivament (sakemm ma jiġux modifikati blokok sussegwenti bil-kunsens tal-maġġoranza tan-netwerk);
D. billi d-diġitalizzazzjoni tal-kummerċ tkun twassal għal aktar semplifikazzjoni u veloċità għall-impriżi kollha u b'mod partikolari għall-SMEs li jkunu jistgħu jibbenefikaw, b'kostijiet aktar baxxi, mill-vantaġġi offruti mill-kummerċ internazzjonali, fis-suq intern u globali;
E. billi hemm assenza totali ta' regolamentazzjoni u ta' awtorità ta' sorveljanza f'dan l-ambitu, li madankollu għandu problemi li jeħtieġu jiġu solvuti (il-kompatibbiltà mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-dritt li tkun minsi(ja), il-ġestjoni ta' attakki tal-hackers u l-konsum enerġetiku);
1. Jistieden lill-President tiegħu jippromwovi l-implimentazzjoni ta' miżuri adatti rigward it-teknoloġija blockchain u l-użu tagħha.