Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0137/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0137/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar l-abolizzjoni tal-benefiċċji tal-familja f'każ ta' rabtiet mat-terroriżmu

19.2.2019

imressqa skont l-Artikolu133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8-0137/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abolizzjoni tal-benefiċċji tal-familja f'każ ta' rabtiet mat-terroriżmu

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi, skont il-gazzetta Franċiża Le Figaro[1], żewġt aħwa nisa minn Roubaix kienu jibgħatu l-benefiċċji tal-familja lil ħuhom li hu ġiħadista;

B.billi dan il-każ mhuwiex wieħed iżolat u billi l-Europol diġà wissa b'mod ripetut lill-Istati Membri;

C.billi l-Europol, fir-rapport tiegħu tal-2018 dwar is-sitwazzjoni u x-xejriet tat-terroriżmu fl-Ewropa, jafferma li minbarra d-dħul minn impjieg legali, is-sussidji statali u l-benefiċċji soċjali huma s-sorsi ewlenin ta' dħul tat-terroriżmu[2];

D.billi, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12ta'Diċembru2018 dwar l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-kummissjoni speċjali dwar it-terroriżmu, "il-finanzjament tal-ISIS/Da'esh [...] sar possibbli bil-kompliċità attiva jew passiva ta' ċerti Stati [...]"[3];

E.billi n-nuqqas ta' teħid ta' miżuri jista' jitqies bħala kompliċità passiva;

F.billi, min-naħa l-oħra, il-baġit enormi rappreżentat minn dawn il-benefiċċji tal-familja, ifisser tnaqqis tagħhom għaċ-ċittadini onesti;

G.billi dawn il-benefiċċji jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri;

1.Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri biex jabolixxu l-benefiċċji tal-familja meta jiġi stabbilit li jkun hemm rabta mat-terroriżmu.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Frar 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza