Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0183/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0183/2020

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONIbiex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28ta'Mejju2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2016/101 tas-26ta'Ottubru2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu105(14) tar-Regolament (UE) Nru575/2013

10.6.2020-(C(2020)03428 - )

imressqa skont l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Membru responsabbli: Irene Tinagli

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
B9-0183/2020
Testi mressqa :
B9-0183/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

9‑0183/2020

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28ta'Mejju2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2016/101 tas-26ta'Ottubru2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu105(14) tar-Regolament (UE) Nru575/2013

(C(2020)03428 - )

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)03428),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-29ta'Mejju2020 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tad-9ta'Ġunju2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26ta'Ġunju2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru648/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikolu105(14) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu13 tar-Regolament (UE) Nru1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24ta'Novembru2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni2009/78/KE[2],

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA/RTS/2020/04) fit-22ta'April2020 skont l-Artikolu105(14) tar-Regolament (UE) Nru575/2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

A.billi l-att delegat jemenda temporanjament il-qafas bankarju prudenzjali b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19; b'mod partikolari biex jiġu mmitigati l-impatti tal-volatilità estrema tas-swieq fuq il-qafas tal-valwazzjoni prudenti, l-att delegat iżid il-fattur ta' aggregazzjoni użat biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni addizzjonali ("AVA") skont l-"approċċ bażiku" minn 50% għal 66% sal-31ta'Diċembru2020 biex jippermetti lill-istituzzjonijiet jiffaċċjaw il-volatilità estrema attwali tas-swieq; dan inaqqas l-ammont totali tal-AVA, u b'hekk jitnaqqas l-ammont li jitnaqqas mill-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni (CETI) tal-istituzzjonijiet;

B.billi dan l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li jkun hemm għajnuna ta' kapital rapida għall-istituzzjonijiet matul dan it-trimestru li ninsabu fih u sa tmiem is-sena;

1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ġunju 2020
Avviż legali-Politika tal-privatezza