Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B10-0219/2024Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B10-0219/2024

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar il-11-il sena mill-okkupazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea okkupata, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov

18.12.2024-()

imressqa skont l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
10‑0219/2024 (Verts/ALE)
10‑0229/2024 (Renew)
10‑0232/2024 (S&D)
10‑0233/2024 (PPE)
10‑0235/2024 (ECR)

Sebastião Bugalho, Michael Gahler, Tomáš Zdechovský, David McAllister, Željana Zovko, Andrey Kovatchev, Isabel Wiseler‑Lima, Mirosława Nykiel, Luděk Niedermayer, Vangelis Meimarakis, Sandra Kalniete, Jan Farský, Danuše Nerudová, Ingeborg TerLaak, Wouter Beke, Jessica Polfjärd, Matej Tonin, Inese Vaidere
f’isem il-Grupp PPE
Yannis Maniatis, Francisco Assis, Raphaël Glucksmann, Thijs Reuten, Pina Picierno
f’isem il-Grupp S&D
Adam Bielan, Rihards Kols, Mariusz Kamiński, Reinis Pozņaks, Aurelijus Veryga, Assita Kanko, Maciej Wąsik, Sebastian Tynkkynen, Małgorzata Gosiewska, Joachim Stanisław Brudziński, Charlie Weimers, Roberts Zīle, Michał Dworczyk, Arkadiusz Mularczyk, Alexandr Vondra
f’isem il-Grupp ECR
Bernard Guetta, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Dan Barna, Helmut Brandstätter, Veronika Cifrová Ostrihoňová, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Ľubica Karvašová, Michał Kobosko, Nathalie Loiseau, Jan‑Christoph Oetjen, Urmas Paet, Marie‑Agnes Strack‑Zimmermann, Hilde Vautmans, Lucia Yar, Dainius Žalimas
f’isem il-Grupp Renew
Sergey Lagodinsky, Markéta Gregorová
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Hanna Gedin, Jonas Sjöstedt, Li Andersson, Merja Kyllönen, Jussi Saramo

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
RC-B10-0219/2024
Testi mressqa :
RC-B10-0219/2024
Dibattiti :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-11-il sena mill-okkupazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea okkupata, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi sa minn Frar 2014, il-Krimea ġiet okkupata b’mod temporanju, u annessa illegalment, mir-Russja, wara referendum illegali u internazzjonalment mhux rikonoxxut;

B.billi l-persuni mill-Krimea għadhom qed iġarrbu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, lieva illegali għall-armata Russa, passaportizzazzjoni u Russifikazzjoni furzati, detenzjonijiet arbitrarji, ta’ spiss abbażi ta’ akkużi ta’ terroriżmu foloz, għajbien furzat, tortura, qtil ekstraġudizzjarju, in-nuqqas tal-libertà tal-opinjoni, tal-assemblea, tal-assoċjazzjoni u tar-reliġjon;

C.billi l-awtoritajiet okkupanti Russi qed jimmiraw b’mod partikolari lit-Tatari tal-Krimea, lill-Ukreni etniċi u lill-minoranzi etniċi, u rrisistemaw sa 800000 Russu biex b’hekk infurzaw bidla fil-kompożizzjoni demografika tal-Krimea fuq linji etniċi b’mod neokolonjali, li jikkostitwixxi delitt tal-gwerra skont id-dritt internazzjonali;

D.billi hemm aktar minn 200 priġunier politiku mill-Krimea fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni Russi, fosthom 133 Tatar tal-Krimea u 67 priġunier politiku bi problemi ta’ saħħa gravi li jeħtieġu assistenza;

E.billi l-ġurnalista u difensur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Krimea Iryna Danylovych ġiet maħtufa fl-2022, ġiet akkużata li kellha splussivi fil-pussess tagħha u ġiet ikkundannata għal 6 snin u 11-il xahar ħabs; billi l-attivist f’NGO Tofik Abdulhaziiev ġie arrestat fl-2019 u ġie kkundannat għal 12-il sena f’ħabs b’sigurtà massima fuq akkużi foloz, u sa mill-2023 qed jinżamm f’ħabs xi 2700km bogħod mill-Krimea; billi l-ġurnalist ċittadin Amet Suleymanov ġie kkundannat għal 12-il sena ħabs fl-2021;

F.billi ħafna persuni mill-Krimea għadhom qed jiġu persegwitati, fosthom: Emil Kurbedinov, Server Mustafayev, Emir-Usein Kuku, Lutfiye Zudiyeva, Kulamet Ibraimov, Abdureshit Dzhepparov, Edem Semedlyaev, Rustem Kyamilev, Oleksandr Sizikov, Halyna Dovhopola, Ruslan Abdurakhmanov, Rustem Huhuryk u Lilia Hemedzhy;

1.Itenni l-kundanna tiegħu tal-okkupazzjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mir-Russja;

2.Jikkundanna l-immirar kontinwu mir-Russja tal-Ukreni etniċi u l-persekuzzjoni sistematika tat-Tatari tal-Krimea indiġeni, bl-għan li teradika l-identità, il-patrimonju u l-kultura tagħhom, aġir li, għat-Tatari tal-Krimea, jevoka d-deportazzjonijiet ġenoċidali tal-1944; iqis li l-futur tal-Krimea huwa marbut mar-rikonoxximent tagħha bħala l-art twelid storika tat-Tatari tal-Krimea;

3.Jikkundanna l-persekuzzjoni tal-ġurnalisti, tal-attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-deportazzjoni taċ-ċivili fosthom priġunieri politiċi mill-Krimea lejn istituzzjonijiet penitenzjarji madwar ir-Russja, kontra d-dritt internazzjonali;

4.Jitlob ir-rilaxx immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov u ta’ priġunieri politiċi oħrajn; jappella biex tingħata kura medika immedjatament; jiddenunzja l-infurzar ta’ verdetti kontra individwi morda serjament, li jikkostitwixxi ksur sfaċċat tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u lin-NU jistabbilixxu fejn jinsabu d-detenuti ċivili mill-Krimea;

5.Jistieden lill-komunità internazzjonali tkompli bil-politika tagħha tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea; jappoġġja l-isforzi għat-tmiem tal-okkupazzjoni tagħha, bħall-Pjattaforma tal-Krimea; jappella għat-tisħiħ tas-sanzjonijiet kontra individwi u entitajiet ġuridiċi involuti fl-annessjoni illegali;

6.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE u lill-awtoritajiet Russi u Ukreni.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Diċembru 2024
Avviż legali-Politika tal-privatezza