Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B10-0219/2025Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B10-0219/2025

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar ir-riskju imminenti ta’ repressjoni ulterjuri mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja: theddid mill-Kumitat Investigattiv

2.4.2025-()

imressqa skont l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
10‑0219/2025 (Verts/ALE)
10‑0221/2025 (S&D)
10‑0223/2025 (ECR)
10‑0227/2025 (Renew)
10‑0229/2025 (PPE)

Sebastião Bugalho, Miriam Lexmann, Michael Gahler, Isabel Wiseler‑Lima, Michał Wawrykiewicz, Tomas Tobé, Dariusz Joński, Luděk Niedermayer, Seán Kelly, Vangelis Meimarakis, Andrey Kovatchev, Wouter Beke, Danuše Nerudová, Loránt Vincze, Jessica Polfjärd, Sandra Kalniete, Łukasz Kohut, Antonio López‑Istúriz White, Tomáš Zdechovský, Inese Vaidere
f’isem il-Grupp PPE
Yannis Maniatis, Francisco Assis, Robert Biedroń
f'isem il-Grupp S&D
Adam Bielan, Małgorzata Gosiewska, Mariusz Kamiński, Bogdan Rzońca, Arkadiusz Mularczyk, Jadwiga Wiśniewska, Rihards Kols, Michał Dworczyk, Sebastian Tynkkynen, Maciej Wąsik, Reinis Pozņaks, Ivaylo Valchev, Marlena Maląg, Aurelijus Veryga, Joachim Stanisław Brudziński, Dick Erixon, Charlie Weimers, Beatrice Timgren, Ondřej Krutílek, Veronika Vrecionová, Assita Kanko, Alexandr Vondra, Roberts Zīle
f’isem il-Grupp ECR
Michał Kobosko, Oihane Agirregoitia Martínez, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Dan Barna, Helmut Brandstätter, Olivier Chastel, Veronika Cifrová Ostrihoňová, Engin Eroglu, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Ľubica Karvašová, Ilhan Kyuchyuk, Jan‑Christoph Oetjen, Urmas Paet, Marie‑Agnes Strack‑Zimmermann, Eugen Tomac, Hilde Vautmans, Lucia Yar, Dainius Žalimas
f’isem il-Grupp Renew
Mārtiņš Staķis
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Merja Kyllönen, Jonas Sjöstedt, Hanna Gedin, Per Clausen, Jussi Saramo, Li Andersson


ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
RC-B10-0219/2025
Testi mressqa :
RC-B10-0219/2025
Dibattiti :
Testi adottati :

riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riskju imminenti ta’ repressjoni ulterjuri mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja: theddid mill-Kumitat Investigattiv

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi r-reġim ta’ Lukashenka qed jeskala r-repressjoni interna u tranżnazzjonali biex iżarma l-istrutturi li jirrappreżentaw il-forzi demokratiċi tal-Belarussja;

B.billi esperti tan-NU dan l-aħħar ikkonfermaw arresti u detenzjonijiet arbitrarji, flimkien ma’ tortura jew trattament ħażin u saħansitra rrapportaw provi ta’ delitti kontra l-umanità; billi aktar minn 1200 priġunier politiku, fosthom Viktoryia Kulsha, Volha Mayorava, Alena Hnauk u Andrzej Poczobut, għadhom il-ħabs;

C.billi l-Kumitat Investigattiv Belarussu fetaħ “proċedimenti speċjali” kontra mijiet ta’ Belarussi li ngħaqdu f’dimostrazzjonijiet f’diversi bliet Ewropej jew li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni; billi l-familji tad-dijaspora Belarussa ġew mhedda bil-priġunerija u bil-konfiska tal-assi jekk jipparteċipaw fil-protesti ta’ Jum il-Ħelsien;

D.billi r-reġim ta’ Lukashenka qed jisfrutta l-fatt li ħafna passaporti Belarussi qed jiskadu u dan qed iġiegħel lid-dijaspora tirritorna l-Belarussja;

E.billi l-kooperazzjoni li qed tiżdied tar-reġim Belarussu mas-servizzi tas-sigurtà Russi qed iżżid ir-riskju ta’ repressjoni koordinata, sorveljanza u theddid ibridu fit-territorju tal-UE;

F.billi l-media statali Belarussa tiddomina x-xenarju tal-informazzjoni; billi t-tnaqqis tal-finanzjament min-naħa tal-Istati Uniti qed jaffettwa ħażin ħafna lis-soċjetà ċivili u lill-media ħielsa tal-Belarussja;

1.Jeżiġi li r-reġim ta’ Lukashenka jtemm minnufih ir-repressjoni tiegħu, inkluża s-sorveljanza tal-eżiljati u tad-dimostranti, u jeħles u jirriabilita l-priġunieri politiċi kollha;

2.Jikkundanna bil-qawwa l-espansjoni li għadha għaddejja tar-repressjoni mir-reġim ta’ Lukashenka, li issa qed timmira lill-Belarussi barra mill-pajjiż bi prosekuzzjoni kriminali, sekwestri tal-assi u miżuri oħra mfassla biex isikktu d-dissens;

3.Jappella għall-apoġġ u l-protezzjoni legali fl-UE kollha għall-Belarussi eżiljati billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-ksib ta’ viżi, permessi ta’ residenza u dokumenti ta’ identifikazzjoni proviżorji għal individwi li sfaw apolidi minħabba persekuzzjoni ekstraterritorjali;

4.Itenni li ma jirrikonoxxix lil Lukashenka u jqis li l-persekuzzjoni taċ-ċittadini Belarussi minħabba l-attivitajiet demokratiċi paċifiċi tagħhom barra minn pajjiżhom permezz tal-“proċedimenti speċjali” tal-Kumitat Investigattiv bħala ksur dirett tas-sovranità territorjali tal-Istati Membri; iħeġġeġ, għalhekk, lill-pajjiżi kkonċernati jinjoraw il-mandati ta’ arrest tal-Interpol li jitolbu l-estradizzjoni tal-avversarji politiċi ta’ Lukashenka;

5.Jilqa’ s-sanzjonijiet fuq id-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President u l-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, li ħarġu sentenzi politikament motivati;

6.Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimponu aktar sanzjonijiet daqs dawk imposti fuq ir-Russja, b’mod partikolari fuq l-uffiċjali responsabbli għar-repressjoni tranżnazzjonali;

7.Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ politiku, finanzjarju u tekniku għall-media indipendenti, għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għat-trade unions u għall-inizjattivi tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-Belarussja u barra minnha, inkluż il-monitoraġġ tal-proċessi u ż-żieda tal-viżibbiltà tal-priġunieri politiċi;

8.Jistieden lill-VP/RGħ tuża l-INTCEN u l-EDMO biex jiġu miġġielda l-operazzjonijiet tal-intelligence u d-diżinformazzjoni Belarussi;

9.Iħeġġeġ lill-Qorti Kriminali Internazzjonali tħaffef il-proċedimenti fir-rigward tad-delitti kontra l-umanità mir-reġim ta’ Lukashenka u jeżiġi li l-Istati Membri jerfgħu ir-responsabbiltà permezz ta’ proċedimenti nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali;

10.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi u lill-awtoritajiet Belarussi de facto.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' April 2025
Avviż legali-Politika tal-privatezza