Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B8-0165/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B8-0165/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

12.3.2019-()

imressqa skont l-Artikolu123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
8‑0165/2019 (PPE)
8‑0166/2019 (S&D)
B8-0167/2019 (Verts/ALE)
8‑0168/2019 (EFDD)
8‑0169/2019 (ALDE)
8‑0170/2019 (ECR)

José Ignacio Salafranca Sánchez‑Neyra, Cristian Dan Preda, Luis de Grandes Pascual, José Inácio Faria, Gabriel Matof'isem il-Grupp PPE
Elena Valenciano, Ramón Jáuregui Atondo, Francisco Assisf'isem il-Grupp S&D
Charles Tannockf'isem il-Grupp ECR
Javier Nart, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Matthijs van Miltenburg, Hilde Vautmansf'isem il-Grupp ALDE
Molly Scott Catof'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Mireille D’Ornanof'isem il-Grupp EFDD


ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
RC-B8-0165/2019
Testi mressqa :
RC-B8-0165/2019
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tat-18ta'Diċembru2008[1], tas-26ta'Novembru2009[2], tas-16ta'Frar2017[3] u tal-31ta'Mejju2018[4],

–wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali tal-2012,

–wara li kkunsidra d-dokument ta' strateġija għall-pajjiż tal-UE u l-programm indikattiv pluriennali2014-2020 dwar in-Nikaragwa,

–wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Ġunju2004,

–wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar in-Nikaragwa tal-21ta'Jannar2019,

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa tat-2ta'Ottubru2018, tal-15ta'Mejju2018, tat-22ta'April2018 u tal-15ta'Diċembru2018, kif ukoll dik tal-1ta'Marzu2019 dwar l-issoktar tad-djalogu nazzjonali,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2019, adottati fit-18ta'Frar2019,

–wara li kkunsidra r-rapport approvat mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-21ta'Ġunju2018 intitolat "Gross Human Rights Violations in the Context of Social Protests in Nicaragua" (Vjolazzjonijiet Goffi tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kuntest ta' Protesti Soċjali fin-Nikaragwa),

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolazzjonijiet u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest ta' protesti fin-Nikaragwa, mit-18ta'April sat-18ta'Awwissu2018,

–wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti (GIEI) tal-20ta'Diċembru2018 dwar il-ġrajjiet vjolenti li seħħew fin-Nikaragwa bejn it-18ta'April u t-30ta'Mejju2018,

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet tat-22ta'Frar2019 dwar il-kriminalizzazzjoni tad-dissens fin-Nikaragwa,

–wara li kkunsidra l-Artikolu123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kriżi fin-Nikaragwa fil-31ta'Mejju2018, li fiha kkundanna s-sitwazzjoni bil-qawwa; billi, bħala segwitu għal din ir-riżoluzzjoni, delegazzjoni ta' ħdax-ilMPE żaret il-pajjiż mit-23 sas-26ta'Jannar2019 biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-post;

B.billi d-delegazzjoni setgħet issegwi l-programm tagħha stess, u l-Gvern tan-Nikaragwa ta aċċess għall-faċilitajiet kollha mitluba mill-MPE, inklużi żewġ ħabsijiet; billi l-gvern tan-Nikaragwa ta garanziji li ma kienet se ssir ebda ritaljazzjoni kontra dawk li ddenunzjaw is-sitwazzjoni kurrenti; billi d-delegazzjoni rat b'għajnejha l-kampanja ta' fastidju, tiċpis u intimidazzjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li magħhom kellha skambju ta' fehmiet; billi ħafna organizzazzjonijiet irrifjutaw stediniet biex jiltaqgħu mad-delegazzjoni, minħabba intimidazzjoni u theddid min-naħa tal-gvern; billi r-repressjoni kompliet titqawwa mindu d-delegazzjoni żaret il-pajjiż;

C.billi d-delegazzjoni ċaħdet pubblikament il-pożizzjoni uffiċjali tal-gvern li huwa kien safa vittma ta' kolp ta' stat u ta' kampanji ta' diżinformazzjoni mmexxija mill-Istati Uniti; billi r-raġuni ewlenija li kebbset id-dimostrazzjonijiet kienet il-kriżi demokratika, istituzzjonali u politika profonda li affettwat l-istat tad-dritt u rrestrinġiet libertajiet bażiċi, bħal-libertà ta' assoċjazzjoni, dik ta' dimostrazzjoni u dik ta' għaqda, fil-pajjiż tul l-aħħar għaxar snin;

D.billi l-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' dimostrazzjoni, inkluż l-użu tal-innu nazzjonali, qed tiġi ristretta serjament għal ħafna nies; billi għadd sinifikanti ta' priġunieri politiċi qed jinżammu l-ħabs sempliċiment għax ikunu eżerċitaw drittijiethom; billi kien hemm diversi rapporti inkwetanti rigward is-sitwazzjoni tad-detenuti, li sejra għall-agħar u li tinkludi trattament inuman;

E.billi proċedimenti ġudizzjarji kontra dawk id-detenuti jmorru kontra l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari l-garanziji proċedurali u kriminali tad-dritt għal proċess ġust; billi l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet jonqsu wkoll milli jissodisfaw standards internazzjonali b'mod adegwat; billi hemm nuqqas ċar ta' separazzjoni tas-setgħat fin-Nikaragwa;

F.billi d-dritt għall-informazzjoni jinsab f'periklu serju; billi l-ġurnalisti qed jiġu detenuti, eżiljati u mhedda; billi stabbilimenti tal-media awdjoviżiva qed jingħalqu jew qed isiru fihom tiftixiet mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel; billi l-pubblikazzjoni tal-gazzetti hija fil-periklu minħabba n-nuqqas ta' karta u ta' linka, li ġew sekwestrati mill-Gvern tan-Nikaragwa;

G.billi l-Gvern tan-Nikaragwa keċċa mill-pajjiż organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-GIEI u l-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI) li ħadmu għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt u għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali; billi r-repressjoni kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili intensifikat permezz tat-tneħħija tal-istatus legali tagħhom f'pajjiż b'qafas istituzzjonali xejn tajjeb, hekk li l-vittmi tar-repressjoni sfaw ikkastigati doppjament;

H.billi l-libertà akkademika qed tiġi mhedda wkoll; billi kważi 200student universitarju tkeċċew mill-universitajiet talli ħadu sehem f'dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija, aktar libertà u drittijiet tal-bniedem;

I.billi l-iżvilupp u l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jridu jkunu parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inkluż il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali tal-2012; billi dan il-ftehim jinkludi klawżola demokratika, li hija element essenzjali tal-ftehim;

J.billi d-djalogu nazzjonali varat fis-16ta'Mejju2018 bejn il-President Ortega u l-oppożizzjoni u l-gruppi ċiviċi tan-Nikaragwa, bil-medjazzjoni tal-Knisja Kattolika, naqas milli jsib soluzzjoni għall-kriżi; billi, fis-27ta'Frar2019, reġgħu ssoktaw taħditiet esploratorji għal djalogu nazzjonali bejn il-Gvern tan-Nikaragwa u l-Alianza Civica; billi l-Alianza Civica stabbiliet it-tliet objettivi ewlenin tagħha li għandhom jintlaħqu matul in-negozjati kif ġej: il-ħelsien ta' priġunieri politiċi u r-rispett tal-libertajiet individwali, u r-riformi elettorali meħtieġa, li jridu jilħqu l-qofol tagħhom fiż-żamma ta' elezzjonijiet, u l-ġustizzja; billi l-Gvern tan-Nikaragwa ħeles 100priġunier politiku, filwaqt li aċċetta li s-sentenzi ta' ħabs tagħhom jinbidlu f'arrest domiċiljari; billi l-biċċa l-kbira minnhom qed jiġu ffastidjati, u billi l-arresti għadhom isiru; billi għadd kbir ta' priġunieri (aktar minn 600) għadhom il-ħabs; billi djalogu nazzjonali waqaf fl-10ta'Marzu2019, wara li l-Alianza Civica rtirat min-negozjati;

1.Jissottolinja li n-Nikaragwa qed tbati minn ksur serju tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt bħala riżultat tal-ġrajjiet li seħħew f'April u f'Mejju2018; jerġa' jisħaq fuq l-importanza tar-riżoluzzjoni tiegħu adottata fil-31ta'Mejju2018;

2.Jikkundanna l-azzjonijiet repressivi kollha tal-Gvern tan-Nikaragwa; jistqarr li ż-żjara tad-delegazzjoni tiegħu serviet biex tiġi stabbilita stampa vera tas-sitwazzjoni kurrenti; jistqarr ukoll li, f'dawn l-aħħar xhur, u b'mod partikolari wara ż-żjara tiegħu, ir-repressjoni tal-oppożizzjoni u l-limitazzjonijiet imposti fuq il-libertajiet fundamentali kibru; f'dan ir-rigward, jikkundanna r-repressjoni ġeneralizzata u r-restrizzjoni tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' dimostrazzjoni, il-projbizzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili, it-tkeċċija ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mill-pajjiż, l-għeluq ta' stabbilimenti tal-media u l-attakki kontrihom, il-limitazzjonijiet fuq id-dritt għall-informazzjoni, it-tkeċċija ta' studenti mill-universitajiet, kif ukoll id-deterjorament tas-sitwazzjoni fil-ħabsijiet u l-użu ta' trattament inuman;

3.Iqis li tali azzjonijiet mill-Gvern, mill-istituzzjonijiet u mill-organizzazzjonijiet parapolitiċi tiegħu jikkorrispondu għal strateġija ppjanata biex teqred l-oppożizzjoni politika li kienet mexxiet il-protesti s-sena li għaddiet; jemmen li din l-istrateġija qed titħaddem b'mod metodiku, sistematiku u selettiv kontra l-mexxejja kollha, l-NGOs, il-media u l-movimenti soċjali li jfittxu li jesprimu t-talbiet leġittimi tagħhom għal libertà u demokrazija;

4.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskji demokratiċi, politiċi u ekonomiċi enormi li n-nies u l-pajjiż qed jiffaċċjaw, u li sejrin jikbru jekk ma titteħidx azzjoni urġenti, fil-qies tal-konfrontazzjonijiet interni, tal-firda soċjali u tal-majnar ekonomiku tal-lum; jitlob b'urġenza li jsir djalogu intern sinifikanti bil-għan li tinsab soluzzjoni sostenibbli u paċifika li tippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà jkollhom spazju biex joperaw u jesprimu ruħhom b'mod ħieles, u li troddilhom id-drittijiet ċivili tagħhom, bħad-dritt għall-protesta paċifika; itenni li kwalunkwe soluzzjoni għandha tobbliga lil dawk kollha responsabbli għall-vjolazzjonijiet jagħtu kont ta' għemilhom; jitlob lill-partiti politiċi, lill-movimenti soċjali, lill-mexxejja, lill-istudenti u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha biex iżommu u jtennu l-impenn sod tagħhom favur mezzi paċifiċi għar-riżoluzzjoni tal-kriżi; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja u tal-liġi elettorali, u jitlob li l-VP/RGħ taġixxi b'mod konsegwenti; jitlob li l-VP/RGħ u d-Delegazzjoni tal-UE jissorveljaw mill-qrib in-negozjati li qed isiru fil-pajjiż bejn il-gvern u l-Alianza Civica, u jibqgħu jindirizzaw il-problemi umani li jirriżultaw mis-sitwazzjoni li nħolqot fil-pajjiż fir-rigward tal-priġunieri, tal-istudenti, tad-dimostranti, tal-ġurnalisti, eċċ.;

5.Jiddeplora s-sospensjoni tal-MESENI u t-tmiem tal-mandat tal-GIEI tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni, l-arrest u l-intimidazzjoni ta' persuni li jikkooperaw man-NU u ma' korpi internazzjonali oħra;

6.Jitlob li l-Gvern tan-Nikaragwa jimplimenta tliet miżuri urġenti bħala sinjal tar-rieda tajba tiegħu fid-djalogu li għaddej: il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi, il-waqfien immedjat tal-forom kollha ta' repressjoni kontra ċittadini tan-Nikaragwa, inklużi l-fastidju, l-intimidazzjoni, l-ispjunaġġ u l-persekuzzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, u l-eliminazzjoni sussegwenti tar-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertajiet imsemmija qabel, u r-restituzzjoni tal-personalità ġuridika u tal-beni tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u r-ritorn tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-pajjiż;

7.Jirrimarka li, f'dawn il-kundizzjonijiet, il-proċess irid iwassal għall-kanċellament ta' proċeduri legali kontra l-priġunieri politiċi u għal garanziji rigward l-integrità fiżika u morali tagħhom, il-privatezza tagħhom u proċess legali ġust, ir-ritorn ta' dawk li sfaw eżiljati, inklużi ġurnalisti u studenti, id-demilitarizzazzjoni tat-toroq u d-diżarm tal-gruppi paramilitari, u l-istabbiliment ta' pjan direzzjonali ċar għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti li għandhom jiġu organizzati fil-futur qrib, bil-preżenza ta' osservaturi internazzjonali;

8.Jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Istati Membri jimplimentaw, mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni domestika, proċess gradwali ta' sanzjonijiet imfassla apposta u individwali, bħal projbizzjonijiet ta' viża u ffriżar tal-assi, kontra l-Gvern tan-Nikaragwa u kontra dawk l-individwi responsabbli għall-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21ta'Jannar2019, sakemm ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jerġgħu jintraddu u jitħarsu bis-sħiħ fil-pajjiż, kif intalab fid-djalogu; għaldaqstant, u f'dawn iċ-ċirkostanzi, iħeġġeġ li l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, li n-Nikaragwa hija firmatarja tiegħu, tiġi attivata billi n-Nikaragwa tiġi sospiża mill-ftehim;

9.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza