Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura-Lulju 2024
EPUB158kPDF922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I:MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 1:MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 12:Investigazzjonijiet interni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

Ir-regoli komuni mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (1) li jinkludu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju għandhom ikunu applikabbli fil-Parlament, skont id-Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 1999 (2).

(1) Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju ta' l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/1999/531/oj).
(2) Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 1999 rigward it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni b'rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwlaunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi tal-Komunità.
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali-Politika tal-privatezza