TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3:PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 6 –
GĦELUQ TAL-PROĊEDURA
Artikolu 81:Iffirmar u pubblikazzjoni ta' atti adottati
Wara li t-test adottat skont l-Artikolu 209 u l-Anness VIII jkun ġie ffinalizzat u ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu ntemmew kif jixraq, l-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarju Ġenerali.
Wara l-iffirmar tal-att, is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill għandhom jirranġaw għall-pubblikazzjoni tiegħu f’
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.