Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU VII:SESSJONIJIET
KAPITOLU 7:REKORD PUBBLIKU TAL-PROĊEDURI

Artikolu 204:Rapporti Verbatim (1)

1.Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali uffiċjali.

2.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat dixxiplinarji l-oħra tiegħu, il-President jista' jordna li d-diskorsi ta' Membri li ma jkunx tahom il-kelma jew li jkomplu jitkellmu aktar mill-ħin mogħti lilhom jitħassru mir-rapporti verbatim tad-dibattiti.

3.Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.

4.Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fl-arkivji tal-Parlament.

5.Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru. Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.

(1) L-Artikolu 204 (2), (3) u (5) japplika mutatis mutandis għal kumitati fejn jitfassal rapport verbatim (ara l-Artikolu 216(5)).
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza