Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tas-Serbja
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Jannar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tas-Serbja (08441/2024 – C10-0086/2024 – )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08441/2024),
–wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tas-Serbja (08447/2024),
–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu77(2), il-punti (b) u (d), u l-Artikolu79(2), il-punt (c), u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0086/2024),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4) u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0027/2024),
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Serbja.