Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura-Jannar 2025
EPUB159kPDF854k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII:SESSJONIJIET
KAPITOLU 6:PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 203:Mozzjonijiet ta' proċedura

1.Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:

(a)riferiment lura lill-kumitat (Artikolu 204);

(b)l-għeluq ta' dibattitu (Artikolu 205);

(c)l-aġġornament ta' dibattitu jew votazzjoni (Artikolu 206); jew

(d)is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 207);

għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.

Barra minn dawk li ressqu l-mozzjonijiet, il-Membri li ġejjin biss għandhom jinstemgħu: kelliem wieħed kontra jew l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.

2.Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jeċċedi l-minuta.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza