Ix-Xlokk tal-Asja
Ix-Xlokk tal-Asja, bħala parti mir-reġjun Indo-Paċifiku usa’, għandu importanza ġeostrateġika vitali għall-UE u qed jiffaċċja sfidi rilevanti għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli.Ir-reġjun Indo-Paċifiku għaddej minn bidla rapida, u bħala post fejn joqogħdu aktar minn 50% tal-popolazzjoni dinjija, qed isir reġjun ġeostrateġiku ewlieni. Żewġ terzi tal-kummerċ dinji tal-kontejners jgħaddi mir-reġjun Indo-Paċifiku u l-mogħdijiet tal-baħar tiegħu huma rotot importanti għall-kummerċ u l-provvisti tal-enerġija. L-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku ġiet adottata f’Settembru2021 biex iżżid l-involviment tal-UE u tibni sħubijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. L-Unjoni qed tadatta l-istrumenti attwali tagħha biex jappoġġjaw l-. Il-, approvata formalment mill-Kunsill f’Marzu2022, tippromwovi arkitettura ta’ sigurtà reġjonali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, inkluż rotot marittimi siguri, bini tal-kapaċità u preżenza navali msaħħa fl-Indo-Paċifiku.
L-UE qed toħloq rabtiet aktar mill-qrib mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u qed tippromwovi l-integrazzjoni reġjonali mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), li tirrappreżenta, b’mod ġenerali, it-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE barra mill-Ewropa (wara ċ-Ċina u l-Istati Uniti). Ir-reġjun għandu tħassib ġeostrateġiku, bħat-tilwima tal-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u l-kwistjoni tat-Tajwan, kif ukoll tħassib ambjentali, speċjalment fis-subreġjun ta’ Mekong. L-UE hija attur ekonomiku b’saħħtu fix-Xlokk tal-Asja u donatur ewlieni ta’ għajnuna għall-iżvilupp, u taħdem biex trawwem il-bini tal-istituzzjonijiet, id-demokrazija, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.
Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi r-reġjun tax-Xlokk tal-Asja. Ara wkoll l-iskedi informattivi dwar l-Asja t’Isfel (5.6.7) u l-Asja tal-Lvant (5.6.8).
Il-bażi legali
- It-TitoluV (azzjoni esterna tal-UE) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
- L-Artikoli206-207 (kummerċ) u l-Artikoli216-219 (ftehimiet internazzjonali) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
- Il-ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni (relazzjonijiet bilaterali).
A. L-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)
L-ewwel summit tal-ASEAN, li sar f’Bali fi Frar tal-1976, ġab flimkien lill-Indoneżja, il-Malażja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja. Il-Brunei, il-Vjetnam, il-Laos, il-Kambodja u l-Myanmar/Burma ssieħbu fl-assoċjazzjoni aktar tard. L-ASEAN issegwi politika stretta ta’ noninterferenza fl-affarijiet interni tal-membri tagħha.
L-UE u l-ASEAN huma sħab ta’ fehmiet simili f’kuntest ġeopolitiku diffiċli, u t-tnejn li huma jemmnu f’multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli. L-ASEAN u l-UE stabbilew relazzjoni b’saħħitha, prinċipalment fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, u bħalissa huma sħab strateġiċi. , u tirrappreżenta madwar 10.2% tal-kummerċ tal-ASEAN. L-ASEAN hija t-tielet l-akbar sieħeb tal-UE barra mill-Ewropa (wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina). L-għan aħħari għadu li jiġi konkluż ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) UE-ASEAN bejn ir-reġjuni.
L- għamlet progress fl-ixprunar tal-kummerċ, b’enfasi fuq inizjattivi ekoloġiċi, it-tranżizzjoni diġitali u l-istabbiliment ta’ ktajjen tal-provvista siguri, ir-rieżami tal-iżviluppi tas-sigurtà reġjonali u globali, kif ukoll l-għoti ta’ aġġornamenti dwar l-Inizjattiva Global Gateway b’kunsiderazzjoni xierqa għall- u l-.
f’Jakarta biex jirrieżamina kwistjonijiet bilaterali, multilaterali u globali, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-, b’89% tal-linji ta’ azzjoni miksuba, filwaqt li laqa’ l-.
fis-Summit Kommemorattiv UE-ASEAN. L-ewwel laqgħa tiegħu saret f’Jakarta f’Ġunju 2023, b’enfasi fuq is-swieq reġjonali tal-enerġija, l-iżvilupp tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tal-enerġija.
Bis-Sħubija Strateġika UE-ASEAN, l-UE għandha l-għan li tkompli tippromwovi d-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet, bħal billi tappoġġja aktar skambji strutturali u tippromwovi assemblea parlamentari konġunta bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Interparlamentari tal-ASEAN (AIPA) biex tipprovdi responsabbiltà demokratika u forum għal skambji multilaterali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet globali. It-tielet Djalogu Interreġjonali bejn il-Parlament u l-AIPA f’Novembru 2023 għamel pass ’il quddiem fl-iżvilupp ulterjuri tad-djalogi u l-kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-kooperazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta’ investiment kif ukoll fl-isfidi tas-sigurtà globali u reġjonali.
Is- iffirmata f’Novembru2020, daħlet fis-seħħ f’Jannar2022. L-RCEP, li tinvolvi l-10stati tal-ASEAN u ħamsa mis-sħab tal-Asja-Paċifiku tal-blokk, hija l-akbar żona ta’ kummerċ ħieles (FTA) fid-dinja, li tkopri aktar minn nofs l-esportazzjonijiet globali u kważi terz tal-prodott domestiku gross (PDG) globali. L-RCEP tkopri l-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi, u biha madwar 90% tal-prodotti huma mistennija li jiġu nnegozjati mingħajr tariffi. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-prodotti diġà huma soġġetti għal dan il-benefiċċju skont il-ftehimiet eżistenti bejn il-membri. It-tnaqqis fit-tariffi pendenti jista’ jieħu sa 20 sena biex jidħol fis-seħħ, filwaqt li setturi sensittivi bħall-agrikoltura huma fil-biċċa l-kbira esklużi mit-tnaqqis fit-tariffi. Il-membri tal-RCEP għandhom jibbenefikaw minn regoli komuni tal-oriġini, mit-tneħħija tal-kwoti tal-esportazzjoni, minn proċeduri doganali simplifikati u minn aċċess transkonfinali eħfef għaż-żoni kummerċjali. Il-materja prima, il-makkinarju, il-vetturi bil-mutur u l-prodotti għall-konsumatur huma oqsma ewlenin ta’ tkabbir.
B. Il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u l-Laqgħa ta’ Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP)
L-ASEM għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika, id-djalogu politiku u l-promozzjoni ta’ rabtiet bejn in-nies bejn l-UE u l-Asja. L-ASEM, li tiġbor flimkien 53 sieħeb minn madwar l-Ewropa u l-Asja, hija l-pjattaforma multilaterali ewlenija li tgħaqqad l-Ewropa u l-Asja b’piż globali sinifikanti – is-sħab tal-ASEM jirrappreżentaw madwar 65% tal-PDG globali, 60% tal-popolazzjoni globali, 75% tat-turiżmu globali u 68% tal-kummerċ globali. Is-sħab jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ azzjoni effettiva u rapida dwar it-tibdil fil-klima, il-kooperazzjoni fis-sigurtà, il-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem.
’Novembru2021, il-Kambodja assumiet ir-rwol li tospita t-13-ilSummit tal-ASEM (ASEM13) u l-11-ilLaqgħa ta’ Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP-11). L-ASEM13 kellu l-għan li jsaħħaħ il-multilateraliżmu għall-kondiviżjoni tat-tkabbir, bl-enfasi fuq l-indirizzar tal-isfidi globali, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u t-terroriżmu, u li jtejjeb is-sistema kummerċjali multilaterali.
C. -ԻDzԱżᲹ
-ԻDzԱżᲹ qed issir sħab dejjem aktar ewlieni għall-UE bħala membru tal-G20, it-tielet l-akbar demokrazija fid-dinja u l-akbar pajjiż b’maġġoranza Musulmana fid-dinja. Il-kooperazzjoni UE-Indoneżja hija bbażata fuq il-. L-aktar biex jiġu diskussi l-isforzi konġunti għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali, li tkopri l-gruppi ta’ ħidma u d-djalogi eżistenti bejn l-UE u l-Indoneżja, u attivitajiet konġunti possibbli biex is-sħubija bejn l-UE u l-Indoneżja tkun tista’ tikkontribwixxi għall-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità fir-reġjun u madwar id-dinja. Is-sitt Djalogu dwar il-Politika tas-Sigurtà sar f’Mejju2023 u s-. -ԻDzԱżᲹ esprimiet interess f’mobbiltà mtejba meta tidħol fl-UE permezz tal-liberalizzazzjoni tal-viża ta’ Schengen għaż-żjarat ta’ negozju u turistiċi tal-Indoneżjani.
-ԻDzԱżᲹ u l-UE affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, filwaqt li ddeploraw l-aggressjoni mir-Russja. Iż-żewġ partijiet qablu li jsegwu sħubija ta’ benefiċċji reċiproċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni fis-sigurtà, inklużi s-sigurtà marittima, l-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. -ԻDzԱżᲹ tħeġġeġ aktar skambji ta’ għarfien u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fis-sigurtà u d-difiża permezz tal-programmi tal-UE li ġejjin: u .
L-UE u l-Indoneżja huma impenjati li jħaffu l-ħidma fuq in- bil-ħsieb li jiġu konklużi t-taħditiet fl-2024. L-, u fl-2022 il-kummerċ totali fil-merkanzija ammonta għal EUR32.6biljun b’surplus ta’ EUR14.5-ilbiljun favur l-Indoneżja.
’Ġunju2021, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) . ’Diċembru2019, l-Indoneżja fetħet kawża quddiem id-WTO kontra l-UE dwar ċerti miżuri li jikkonċernaw iż-żejt tal-palm u l-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel taż-żejt tal-palm, fejn argumentat li r-restrizzjonijiet tal-UE fuq il-bijofjuwils ibbażati fuq iż-żejt tal-palm kienu inġusti u diskriminatorji, u talbet konsultazzjonijiet ta’ tilwim fi ħdan id-WTO. Madankollu, l-invażjoni Russa tal-Ukrajna kkawżat skarsezza globali ta’ żejt li jista’ jittiekel, li jista’ jgħin lill-Indoneżja terġa’ tikseb is-sehem mis-suq taż-żejt tal-palm fl-UE. Irrispettivament mir-riżultati tad-deċiżjoni tad-WTO, l-UE hija ħerqana li tagħti spinta lir-reputazzjoni tagħha u li tiffirma ftehimiet ġodda, anke b’riżultat tal-, peress li jista’ jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet taż-żejt tal-palm min-naħa tal-UE fis-snin li ġejjin. Fi mal-UE rigward l-impożizzjoni mill-UE ta’ dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidi grassi mill-Indoneżja.
biex teleġġi l-President, il-Viċi President, il-kunsilli rappreżentattivi reġjonali u l-leġiżlaturi nazzjonali u sottonazzjonali. Il-kandidati presidenzjali u viċi presidenzjali, Prabowo Subianto u Gibran Rakabuming Raka rispettivament, rebħu bl-ogħla sehem ta’ voti, li jammonta għal 58%.
. Ingħatat ħafna attenzjoni lill-qasma bejn il-pajjiżi tal-G20 dwar il-kwistjoni tad-dritt tar-Russja li jkollha siġġu fuq il-mejda tal-G20. Ir-Russja ġiet mistiedna għas-summit ta’ Bali f’Novembru2022, flimkien mal-Ukrajna. Madankollu, il-President Putin ma attendiex u l-President Zelenskyy attenda permezz ta’ link bil-vidjo. Madankollu, l-Indoneżja ppruvat tillimita l-kritika tal- fil-konfront tar-Russja. Għall-Indoneżja, il-G20 kien primarjament forum ekonomiku li jevita kwalunkwe kwistjoni partikolari oħra.
Fl-2023, l-Indoneżja ippresediet l-ASEAN u l-AIPA. It- u fih ġiet diskussa l-viżjoni ta’ wara l-2025, is-sħubija f’Timor Leste, il-kriżi tal-Myanmar/Burma, il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, il-ħaddiema migranti, il-ħaddiema tas-sajd, is-settur tal-kura tas-saħħa, il-vetturi elettriċi, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-ASEAN u l-pagamenti transfruntiera. Timor Leste pparteċipa għall-ewwel darba bħala osservatur. -ԻDzԱżᲹ ospitat l- bit-tema “Responsive Ϸվ for A Stable and Prosperous ASEAN” (Parlament Risponsiv għal ASEAN Stabbli u Prosperuża). Id-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew (DASE) ipparteċipat bħala osservatur.
’Ottubru2019, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-kodiċi kriminali propost fl-Indoneżja, li fiha esprima tħassib dwar id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-blasfemija u l-adulterju, kif ukoll tħassib li l-kodiċi l-ġdid se jintuża kontra l-minoranzi u jippermetti diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali. Il-kodiċi l-ġdid propost wassal għal dimostrazzjonijiet fil-pajjiż. Il-Parlament laqa’ d-deċiżjoni tal-PresidentWidodo li jipposponi l-adozzjoni tiegħu wara protesti fuq skala kbira li għalihom attendew eluf ta’ persuni madwar l-Indoneżja.
D. Il-Myanmar/Burma
L-UE ilha sieħba attiva fit-tranżizzjoni demokratika tal-Myanmar/Burma u fuq quddiem nett fl-involviment mill-ġdid tal-komunità internazzjonali minn meta l-pajjiż beda jistabbilixxi mill-ġdid id-demokrazija u jinfetaħ għall-bqija tad-dinja fl-2015. Ma hemm l-ebda ftehim qafas formali minħabba għexieren ta’ snin ta’ sanzjonijiet u iżolament internazzjonali.
Il-, miktuba minn gvern militari u adottata b’referendum fl-2008, tirrestrinġi l-azzjonijiet tal-gvern ċivili u tagħti setgħa eċċezzjonali lill-militar, bħal li tassenjalu 25% tas-siġġijiet fil-parlament u l-kontroll fuq il-ministeri ewlenin responsabbli mis-sigurtà u l-amministrazzjoni territorjali. Il-Myanmar/Burma għadu involut fi gwerra ċivili li bdiet fl-1948. ’Ottubru tal-2015 ġie maqbul waqfien mill-ġlied, iżda ħafna gruppi etniċi ribelli għadhom ma ffirmawhx. Wara l-elezzjonijiet tal-2015 kien hemm progress fir-riformi demokratiċi, meta AungSanSuuKyi ħadet il-karigi ta’ konsulent tal-istat, ministru għall-affarijiet barranin u ministru għall-Uffiċċju tal-Presidenza. L-aktar . Il-partit fil-gvern, il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) ta’ AungSanSuuKyi, rebaħ biżżejjed siġġijiet fil-parlament biex jifforma gvern.
Madankollu, fi Frar2021, il-militar ħataf il-poter f’kolp ta’ stat u żamm f’detenzjoni lil AungSanSuuKyi, lill-President UWinMyint u personalitajiet għolja oħra mill-NLD b’reazzjoni għall-allegat frodi elettorali. Il-Kap Ġeneral tal-armata MinAungHlaing inħatar bħala mexxej tal-ġunta militari. Tressqu akkużi kontra AungSanSuuKyi u mexxejja ewlenin oħra tal-NLD. L-avvenimenti wasslu għal protesti favur id-demokrazija, u kunflitti mal-armata wasslu għal imwiet u korrimenti serji. .
L-UE, flimkien ma’ atturi internazzjonali oħra, ħarġet bosta dikjarazzjonijiet dwar il-Myanmar/Burma u imponiet sanzjonijiet fuq il-ġunta u entitajiet li huma proprjetà tal-militar. filwaqt li jappellaw biex jintemm l-istat ta’ emerġenza, jiġi restawrat il-gvern leġittimu u jinħelsu immedjatament dawk detenuti jew arrestati b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. ’April2021, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) ħareġ li saret l-Indoneżja, b’appoġġ għall-Mibgħut Speċjali tal-ASEAN. Madankollu, il-Myanmar/Burmaħareġ stqarrija għall-istampa fejn ċaħad it-talba tal-Mibgħut Speċjali tal-ASEAN biex jiltaqa’ ma’ AungSanSuuKyi. ’Marzu, f’April u f’Ġunju2021, il-Kunsill impona sanzjonijiet fuq l-individwi responsabbli għall-kolp ta’ stat militari u estenda s-sanzjonijiet għall-kumpaniji u l-entitajiet ikkontrollati mill-militar. ’ fuq individwi u kumpaniji assoċjati mal-ġunta militari tal-Myanmar/Burma.
Bħala pajjiż l-anqas żviluppat, il-Myanmar/Burma jibbenefika mill-inizjattiva kummerċjali Kollox Minbarra Armi, fil-qafas tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi. Minkejja l-kolp ta’ stat militari, il-Kummissjoni s’issa qagħdet lura milli tintroduċi restrizzjonijiet kummerċjali minħabba l-konsegwenzi għall-popolazzjoni tal-Myanmar/Burma u l-impatt limitat fuq il-militar. f’għajnuna umanitarja biex tindirizza l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-popolazzjoni, peress li l-kunflitt għadu għaddej fil-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-Myanmar/Burma. Il- huwa bbażat fuq prijoritajiet speċifiċi għall-Myanmar/Burma: il-governanza, l-istat tad-dritt, it-tkabbir sostenibbli, l-assistenza lill-persuni spostati, il-Patt Ekoloġiku u l-aġenda diġitali.
Il-Myanmar/Burma qiegħed ikollu jiffaċċja eskalazzjoni fit-tensjonijiet interkomunali. ’Awwissu2020, tkompliet ir-raba’ laqgħa tal-Konferenza dwar il-Paċi tal-Unjoni jew “il-Konferenza ta’ Panglong tas-Seklu21” biex issolvi l-kunflitti bejn il-militar u l-gruppi etniċi ribelli. Il-militar tilef il-kontroll ta’ partijiet kbar tal-pajjiż u l-gruppi ribelli armati huma b’saħħithom f’ħafna bliet tal-fruntiera. Il-militar tilef proporzjon sinifikanti tal-forzi tiegħu minħabba difetti tal-massa. Ġiet attivata liġi ta’ lieva obbligatorja, li thedded l-irġiel kollha ta’ bejn it-18 u l-35 sena u n-nisa ta’ bejn it-18 u s-27 sena biex iservu sa sentejn taħt kmand militari. Ħafna żgħażagħ qed jaħarbu lejn pajjiżi ġirien.
Il-kundizzjonijiet umanitarji u l-insigurtà tal-ikel marru għall-agħar, u l-ekonomija ddeterjorat b’mod drammatiku. In-NU jbassru li terz tal-popolazzjoni teħtieġ assistenza umanitarja. Bħalissa hemm madwar 2.6 miljun persuna spostati internament fil-Myanmar/Burma. Is-setturi tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni waqgħu, filwaqt li n-nefqa militari żdiedet għal 4.9% tal-PDG fl-2023.
Jeżistu kwistjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-persekuzzjoni tal-persuni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine. Minn Awwissu2017, aktar minn 800000rifuġjat Rohingya ħarbu lejn il-Bangladesh biex jeħilsu mill-persekuzzjoni fil-Myanmar/Burma. ’Awwissu2019, eluf ta’ rifuġjati rrifjutaw tentattivi ta’ ripatrijazzjoni mill-Bangladesh, mill-Myanmar/Burma u min-NU minħabba tħassib dwar is-sigurtà. . Fi u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li stieden lill-ġunta terġa’ tistabbilixxi t-tmexxija ċivili u teħles immedjatament lil dawk kollha detenuti.
, id-diskriminazzjoni li għaddejja kontra l-minoranzi etniċi u l-użu tal-vjolenza mill-ġunta kontra ċ-ċittadini tagħha, kif ukoll l-attakk militari kontra l-professjonisti u l-faċilitajiet mediċi. Il-Parlament ħeġġeġ ukoll lill-Myanmar/Burma jikkoopera mal-Mibgħut Speċjali tal-ASEAN u stieden lill-Kunsill ikompli jimponi sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-kolp ta’ stat militari ta’ Frar2021. , fejn afferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu dwar il-Myanmar/Burma. , fejn appella għar-riintegrazzjoni immedjata tagħhom u għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha.
E. Il-Filippini
Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Filippini ġie ffirmat fl-2011 u daħal fis-seħħ f’Marzu2018. L- u stabbilixxa sottokumitati speċjalizzati bl-għan li r-relazzjoni bilaterali tiżdied għal livell ogħla. Barra minn hekk, f’Awwissu2021, il-Filippini ħadu r-rwol ta’ koordinatur tal-ASEAN għar-relazzjonijiet ta’ djalogu mal-UE sal-2024.
biex tagħmel rieżami tal-kooperazzjoni bilaterali li għaddejja fl-ambitu tal-FSK. Dwar il-kwistjoni tal-iżviluppi tas-sigurtà reġjonali, bħat-tilwima dwar il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, iż-żewġ partijiet qablu dwar il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi u inklużivi għall-kunflitti, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU. Iż-żewġ delegazzjonijiet iddiskutew l-adozzjoni tar-riżoluzzjonijiet rilevanti fis-Sessjoni Speċjali ta’ Emerġenza tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-Ukrajna u fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, li kkundannaw l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. u rrieżamina l-kooperazzjoni bilaterali, reġjonali u multilaterali li għaddejja bħalissa. L-UE hija donatur sinifikanti għall-Filippini, billi pprovdiet EUR325miljun għall-perjodu 2014-2020, u l-oqsma ta’ prijorità kienu l-istat tad-dritt u t-tkabbir inklużiv. Il- tal-UE għall-Filippini jkompli l-kooperazzjoni globali tal-UE.
Il-kummerċ bilaterali UE-Filippini fil-merkanzija fl-2022 ammonta għal EUR18.4biljun u l-UE tikklassifika bħala r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Filippini, li jissarraf f’7.9% tal-kummerċ totali tal-pajjiż. In-negozjati dwar FTA UE-Filippini tnedew f’Diċembru2015 u l-ewwel ċiklu sar f’Mejju2016. , bl-aspetti kummerċjali tal-akkwist pubbliku, il-proprjetà intellettwali, il-kompetizzjoni u s-sostenibbiltà fil-qalba tiegħu.
’Mejju2016, Rodrigo Duterte rebaħ l-elezzjoni presidenzjali u adotta miżuri kontroversjali kontra t-traffikar tad-drogi b’ordnijiet ta’ “spara biex toqtol” li wasslu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Duterte biddel id-direzzjoni tal-politika barranija tal-Filippini billi bena alleanza ġdida mar-Russja u ċ-Ċina, minkejja l-kontroversja dwar il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar peress li l-Filippini huwa wieħed mill-istati pretendenti tal-ASEAN f’din il-kontroversja.
, fejn Ferdinand “Bongbong” Marcos ġie elett President u Sara Duterte, bint il-kap li għadu kif temm il-kariga, ġiet eletta Viċi President. Għall-kuntrarju ta’ Duterte, Marcos beħsiebu jsegwi diplomazija aktar ibbilanċjata bejn Beijing u Washington.
li tikkundanna bil-qawwa l-eluf ta’ każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-gwerra tal-President Rodrigo Duterte kontra d-drogi. għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tas-Senatur Filippina Leila De Lima, li kienet waħda milli l-aktar li kkritikat lill-ex President Duterte bil-qawwa.
F. Il-Vjetnam
Ir-relazzjonijiet UE-Vjetnam huma bbażati fuq il-. Ġie allokat total ta’ EUR400miljun għall-perjodu2014-2020, b’enfasi fuq il-governanza tajba, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, speċjalment fid-Delta ta’ Mekong. Il- jindirizza kwistjonijiet kruċjali u oqsma fundamentali għall-pajjiż.
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għaż-żewġ ftehimiet fi Frar2020 u l-FTA daħal fis-seħħ f’Awwissu2020. L-FTA jinvolvi l-eliminazzjoni immedjata ta’ 65% tat-tariffi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Vjetnam u 71% tad-dazji fuq l-importazzjonijiet mill-Vjetnam. Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) isegwi l-implimentazzjoni tal-FTA.
Il-Vjetnam huwa wieħed mill-aktar eżempji ta’ pajjiż li għamel suċċess fit-tranżizzjoni minn sistema ekonomika komunista li ma rnexxietx għal ekonomija miftuħa u orjentata lejn is-suq. Huwa wieħed mill-pajjiżi li qed jikbru bl-aktar rata mgħaġġla fl-ASEAN. , bi flussi kummerċjali totali li jammontaw għal EUR 64.2 biljun. L-UE hija waħda mill-akbar investituri barranin fil-Vjetnam, speċjalment fis-settur tal-ipproċessar u tal-manifattura industrijali.
biex tiġi stabbilita bażi legali għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-UE ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet.
Is-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam qed tiddeterjora, u kien hemm żieda fir-repressjonijiet kontra dawk li ma jaqblux u fl-għadd ta’ arresti għal attivitajiet “antistatali”. Il-Vjetnam huwa stat komunista b’partit wieħed mingħajr ebda libertà politika. għall-15-ilAssemblea Nazzjonali u l-Kunsilli tal-Poplu fil-livell lokali. Il-Partit Komunista Vjetnamiż (VCP) rebaħ l-elezzjonijiet u żamm kontroll sħiħ fuq il-media u l-proċess elettorali, filwaqt li l-ebda aġenzija indipendenti ma ssorveljat il-proċess elettorali. Il-proċess elettorali kollu kemm hu kkontrollat mill-istat elimina 64 minn 75kandidat awtonominati u ra żewġ kandidati indipendenti arrestati.
dwar il-Vjetnam li tappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti kollha, u li tikkundanna l-abbuż ta’ dispożizzjonijiet legali ripressivi li jirrestrinġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Ir-riżoluzzjoni appellat ukoll lill-gvern biex jippermetti lill-mezzi tal-media indipendenti jiffunzjonaw u appellat għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-kap tal-Partit Komunista tal-Vjetnam Nguyễn Phú Trọng, li ilu fil-kariga għal aktar minn għaxar snin, żviluppa politika stretta kontra l-korruzzjoni. ’Ġunju2022, il-ministru tas-saħħa tal-pajjiż, Nguyễn Thanh Long, u s-Sindku ta’ Hanoi, Chu Ngọc Anh, tkeċċew u ġew arrestati fuq allegazzjonijiet ta’ frodi ta’ EUR169miljun li jinvolvu kits għall-ittestjar tal-COVID-19. Ġew arrestati wkoll uffiċjali għolja oħrajn. Skont , u l-kampanja tiegħu kontra l-korruzzjoni qed tkompli tiġi mxekkla mir-restrizzjoni kontinwa ta’ vuċijiet kritiċi.
G. It-Tajlandja
L-UE u t-Tajlandja lestew in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni f’Marzu2013, iżda dan twaqqaf wara l-kolp ta’ stat militari fl-2014. ’Settembru2022, l-UE u t-Tajlandja ffinalizzaw it-test tal-FSK, u għalqu l-proċess tan-negozjati. Il-FSK isaħħaħ id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni f’firxa ta’ oqsma ta’ politika, inkluż l-ambjent, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-trasport, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-kummerċ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll il-migrazzjoni u l-kultura.
u t-Tajlandja hija s-26l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE madwar id-dinja. Fl-2022, il-kummerċ bilaterali fil-merkanzija ammonta għal EUR42.1biljun. It-Tajlandja hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet importanti għall-investimenti Ewropej fi ħdan l-ASEAN, b’EUR 19.8-ilbiljun ta’ stokks endoġeni. In-negozjati tal-FTA tkomplew f’Awwissu2021, wara l-kollass tat-taħditiet fl-2014, b’segwitu tal-kolp ta’ stat militari. , bis-sostenibbiltà fil-qalba tiegħu. L-ewwel ċiklu ta’ negozjati sar f’Settembru 2023 fi Brussell, u t-tieni ċiklu sar f’Jannar 2024 f’Bangkok.
Mill-2014, il-militar rażżan l-oppożizzjoni billi impona l-liġi marzjali, filwaqt li kien hemm rapporti ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Il-partit favur il-militar rebaħ l-elezzjoni ġenerali f’Marzu2019, fost allegazzjonijiet ta’ manipulazzjoni. PrayuthChan-ocha, Prim Ministru mill-2014 sal-2019 taħt il-Kunsill Nazzjonali għall-Paċi u l-Ordni (NCPO), reġa’ nħatar Prim Ministru f’Ġunju2019. Minkejja li t-tmexxija tal-ġunta uffiċjalment spiċċat f’Lulju2019, il-militar għad għandu influwenza fuq il-gvern. Il- mill-kariga talli allegatament kien qabeż il-limiti tal-mandat tiegħu. Madankollu, id-deċiżjoni finali tal-Qorti Kostituzzjonali f’Settembru 2022 iddeċidiet li l-Prim Ministru Prayuth Chan-ocha ma kienx eżawrixxa l-limitu tat-terminu ta’ tmien snin fil-kariga.
Ir-Re MahaVajiralongkorn ġie inkurunat f’Mejju2019. Il-protesti Tajlandiżi kontra l-gvern tal-militar inkludew talbiet għar-riforma tal-monarkija Tajlandiża. Fi Frar2020, l-ewwel mewġa ta’ protesti bdiet b’reazzjoni għad-, partit tal-oppożizzjoni popolari fost iż-żgħażagħ, li kiseb it-tielet l-akbar għadd ta’ siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti wara l-elezzjonijiet f’Marzu2019. Il-Gvern Tajlandiż iddikjara stat ta’ emerġenza f’Ottubru2020, u b’hekk irriżerva d-dritt li jimponi curfew u l-liġi marzjali. ’Settembru 2021, il-Gvern Tajlandiż estenda l-istat ta’ emerġenza, li, flimkien man-numru dejjem jikber ta’ prosekuzzjonijiet tal-lèse-majesté kontra d-dimostranti, naqqas ir-ritmu tal-protesti. Madankollu, il-moviment immexxi mill-istudenti jkompli jimmobilizza perjodikament.
. Il-Partit riformist Move Forward rebaħ l-aktar siġġijiet, iżda wara n-negozjati ġie eskluż mill-gvern. Bosta leġiżlaturi konservattivi mblukkaw lill-kap tal-partit Pita Limjaroenrat milli jsir Prim Ministru fl-ewwel votazzjoni parlamentari f’Lulju 2023. Srettha Thavisin tal-Partit Pheu Thai sar il-Prim Ministru l-ġdid, li mexxa koalizzjoni fil-gvern ma’ partiti appoġġjati mill-militar, l-avversarji tal-passat ta’ Pheu Thai.
’Jannar2020 f’Kuala Lumpur, it-Tajlandja uffiċjalment nediet proċess ta’ paċi ma’ gruppi ribelli fil-provinċji tan-Nofsinhar b’maġġoranza Musulmana. In-negozjati saru b’medjazzjoni mill-Malażja. Minkejja d-dikjarazzjoni ta’ waqfien mill-ġlied f’’April2020, xorta kien hemm xi attakki bil-bombi fl-2021 u fl-2022.
’Settembru2021, il-Parlament Tajlandiż ta l-approvazzjoni inizjali tiegħu għal abbozz ta’ liġi dwar il-prevenzjoni u t-trażżin tat-tortura u l-għajbien furzat,wara li dewwem l-introduzzjoni ta’ dan l-abbozz ta’ liġi għal 14-ilsena wara l-iffirmar mit-Tajlandja, fl-2007, tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani u Degradanti Oħra. Il-Parlament adotta diversi riżoluzzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-ħaddiema migranti u d-drittijiet tal-ħaddiema fit-Tajlandja.
’Ġunju 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE-Tajlandja, li takkumpanja l-approvazzjoni tiegħu għall-FSK UE-Tajlandja ffirmat matul is-Summit UE-ASEAN fi Brussell f’Diċembru 2022. Il-Parlament laqa’ l-konklużjoni tal-FSK bħala ftehim komprensiv u modern li jgħin biex ikun hemm rispons aħjar għall-isfidi attwali. Il-Parlament appella wkoll għal vjaġġar mingħajr viża lejn it-Tajlandja għaċ-ċittadini kollha tal-UE u kien favur ħidma lejn reġim mingħajr viża għall-ivvjaġġar lejn l-UE għaċ-ċittadini Tajlandiżi.
H. Il-Kambodja
Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Kambodja jmorru lura għall-. L-UE hija l-akbar donatur tal-pajjiż, billi allokat EUR410miljun għall-perjodu2014-2020, għat-titjib tal-governanza u tal-istat tad-dritt, kif ukoll għat-Tribunal tal-Khmer Rouge. jipprevedi madwar EUR500miljun f’għajnuna għall-Kambodja biex jgħin lill-pajjiż jagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku tiegħu.
fil-merkanzija ammonta għal EUR6.3biljun. L-UE hija l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Kambodja, u tirrappreżenta 9% tal-kummerċ totali tal-pajjiż.
Snin ta’ gwerra ċivili għamlu lill-Kambodja wieħed mill-ifqar stati fix-Xlokk tal-Asja. Wara l-Ftehimiet ta’ Paċi ta’ Pariġi tal-1991, fl-1993 il-Kambodja adottat kostituzzjoni li ħejjiet il-pedamenti għal stat demokratiku liberali b’diversi partiti. HunSen u l-Partit Popolari tal-Kambodja (CPP) tiegħu rebħu l-elezzjoni ġenerali f’Lulju2018, iżda l-oppożizzjoni sostniet li l-proċess elettorali la kien ħieles u lanqas ġust. L-ex kap tal-oppożizzjoni tal-Partit ta’ Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja (Cambodia National Rescue Party – CNRP), KemSokha, ġie arrestat f’Settembru2017 filwaqt li l-ex kap tas-CNRP Sam Rainsy ilu f’eżilju impost minnu nnifsu mill-2015. Is-CNRP ġie xolt f’Novembru2017. ’Marzu2021, Qorti Muniċipali ta’ Phnom Penh ikkundannat lil SamRainsy għal 25sena ħabs fuq allegat komplott biex iwaqqa’ l-Gvern tal-Prim Ministru Hun Sen. Hija pprojbitu wkoll milli jivvota jew milli jikkontesta elezzjoni.
Fi Frar2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira parti mill-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Kambodja taħt l-iskema kummerċjali Kollox Minbarra Armi minħabba l-ksur serju u sistematiku tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. L-ekonomija tal-Kambodja tiddependi fuq l-għajnuna internazzjonali u fuq l-esportazzjonijiet tal-ħwejjeġ u hija sensittiva ħafna għall-kostijiet tax-xogħol. L-irtirar tal-preferenzi tariffarji, u s-sostituzzjoni tagħhom b’tariffi standard tal-UE, jaffettwa prinċipalment il-prodotti tal-ħwejjeġ u taż-żraben u jammonta għal madwar għoxrin fil-mija tal-esportazzjonijiet annwali tal-Kambodja lejn l-UE, jew EUR 1 biljun.
għall-Assemblea Nazzjonali.Is-CPP fil-gvern, affiljat mal-awtokrata għal żmien twil, Hun Sen, rebaħ 120 siġġu minn 125 fl-Assemblea Nazzjonali. L-unika oppożizzjoni sinifikanti, il-Partit Candlelight, ġie skwalifikat mit-tellieqa fuq teknikalità, u kull min jibbojkottja l-istħarriġ kien mhedded b’penali. Ir-rebħa tas-CPP wittiet it-triq biex il-Prim Ministru Hun Sen ħabbar li kien se jirtira u jgħaddi t-tmexxija lil ibnu Hun Manet, li sar Prim Ministru f’Awwissu 2023.
Fi Frar2022, il-gvern ippospona d-dħul fis-seħħ ta’ “gateway tal-internet nazzjonali” kontroversjali, li kienet se tgħaddi t-traffiku kollu tal-internet fil-pajjiż minn firewall tat-tip Ċiniż. Għall-posponiment, il-gvern waħħal fid-dewmien relatat mal-pandemija u ċaħad li kien influwenzat minn kritika ħarxa minn avukati tal-libertà tal-kelma.
’ li tistieden lill-Gvern tal-Kambodja jtemm il-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ KemSokha. ’li tappella biex jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontra KemSokha.
fil-Kambodja u r-ripressjoni mwettqa taħt l-iskuża tal-protezzjoni mill-COVID-19. Huwa appella lill-forzi tas-sigurtà biex iżommu lura minn forza żejda u bla bżonn kontra dimostranti paċifiċi u biex iwaqqfu kull forma ta’ fastidju, inkluż il-fastidju ġudizzjarju.
Qorti tal-Kambodja kkundannat 20politiku u attivist tal-oppożizzjoni fi proċess bħala “persekuzzjoni”. Dawk ikkundannati fis-sentenza ta’ Marzu2022 jinkludu l-kapijiet tal-oppożizzjoni eżiljati Sam Rainsy, Eng Chai Eang, Mu Sochua u oħrajn. . Il-Parlament adotta .
, li appella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tiegħu u l-uffiċjali u l-attivisti kollha tal-oppożizzjoni kkundannati jew detenuti fuq akkużi politikament motivati.
I. Singapore
L-UE u Singapore jikkooperaw mill-qrib ħafna fl-oqsma tan-negozju, tax-xjenza u tat-teknoloġija. Fi Frar2019, l-UE u Singapore rratifikaw tliet ftehimiet ta’ “ġenerazzjoni ġdida”: il-, il- u l-. L-FTA ma’ Singapore daħal fis-seħħ f’Novembru2019. Dawn il-ftehimiet huma mfassla biex jagħtu spinta lir-rabtiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali u biex inaqqsu b’mod sinifikanti d-dazji doganali. L-ostakli tekniċi u nontariffarji għall-kummerċ fil-merkanzija qegħdin jitneħħew f’firxa kbira ta’ setturi.
fl-2022 u t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fil-merkanzija. Fl-2022, il-kummerċ UE-Singapore fil-merkanzija laħaq it-EUR52.4biljun. L-esportazzjonijiet tal-UE lejn Singapore ammontaw għal EUR31.7biljun, filwaqt li l-importazzjonijiet minn Singapore ammontaw għal EUR20.7biljun. Singapore kklassifika globalment bħala t-22 l-akbar sieħeb kummerċjali ta’ prodotti tal-UE fl-2022. Fl-2022, il-kummerċ UE-Singapore fil-merkanzija ammonta għal EUR57.5biljun. Fl-2022, l-istokks ta’ IDB tal-UE f’Singapore laħqu EUR263.3biljun. Singapore huwa destinazzjoni ewlenija għall-investimenti Ewropej fl-Asja, u huwa t-tieni l-akbar investitur Asjatiku fl-UE.
Fil-bidu ta’ Diċembru 2021, l-UE u Singapore kellhom taħditiet dwar it-tisħiħ tal-kummerċ diġitali bilaterali, inkluż l-avvanz ta’ sħubija diġitali komprensiva bejn l-UE u Singapore u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-governanza tad-data. biex tinbena l-fiduċja tal-konsumatur, jiġu żgurati l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għan-negozji, u jitneħħa u jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ diġitali.
. LeeHsienLoong, tal-Partit ta’ Azzjoni Popolari (PAP), rebaħ 83 mit-93siġġu fil-Parlament, filwaqt li l-akbar grupp tal-oppożizzjoni, il-Partit tal-Ħaddiema, kellu l-aħjar riżultat tiegħu s’issa u rebaħ 10siġġijiet. Il-PAP qatt ma tilef elezzjoni u ilu mill-1959 imexxi l-Istat-Belt. Il-Prim Ministru LeeHsienLoong ilu li stqarr li se jgħaddi l-poter qabel ma jagħlaq 70sena fl-2022. ’April2021, id-Deputat Prim Ministru HengSweeKeat, li nħatar bħala s-suċċessur ta’ LeeHsienLoong, ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jwarrab. Lawrence Wong sar il-kap il-ġdid tal-PAP fil-gvern u konsegwentement il-viċi Prim Ministru. Huwa ssostitwixxa lil Lee Hsien Loong bħala Prim Ministru f’Mejju 2024.
, u Tharman Shanmugaratnam ġie elett bħala d-disa’ kap ta’ stat tal-pajjiż.
’Ottubru2021, il-, bil-għan li jindirizza l-indħil barrani fil-politika domestika. Filwaqt li jappoġġja l-ħidma tas-soċjetà ċivili, il-Parlament Ewropew appella għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt.
laqqa’ flimkien varjetà ta’ partijiet ikkonċernati biex jiddiskutu modi kif jiġu ffaċilitati l-investimenti ekoloġiċi u sostenibbli fix-Xlokk tal-Asja.
J. Il-Brunei Darussalam
Is-Sultan tal-Brunei Darussalam, HassanalBolkiah, ilu jmexxi l-istat mill-1967, iżda huwa l-Prinċep BillahBolkiah li jassumi r-responsabbiltajiet. Il-liberalizzazzjoni politika ma teżistix. ’April2019, ġie stabbilit kodiċi penali ġdid biex jiġi inkorporat approċċ ibbażat fuq ix-Xarija, li jimponi forom ġodda ta’ kastigi li jinkludu l-mewt bit-tħaġġir għar-relazzjonijiet omosesswali u għall-adulterju, u l-amputazzjoni tad-dirgħajn u r-riġlejn f’każ ta’ serq. Wara protesti internazzjonali, il-Brunei estenda l-moratorju fuq il-piena tal-mewt.
L-UE qiegħda ttejjeb b’mod attiv ir-relazzjonijiet tagħha mal-Brunei, iżda ma jeżisti l-ebda ftehim qafas. Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE-Brunei jinsab fil-proċess li jiġi nnegozjat u se jkopri firxa ta’ oqsma politiċi u ekonomiċi. Il-kummerċ bejn l-UE u l-Brunei huwa prinċipalment fil-makkinarju, il-vetturi bil-mutur u s-sustanzi kimiċi.
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Brunei huma ttrattati prinċipalment permezz tal-ASEAN, li l-Brunei assuma r-rwol ta’ president tagħha fl-2021 bit-tema “We Care, We Prepare, We Prosper” (Nieħdu Ħsieb, Inħejju, Nipprosperixxu). ’Awwissu2021, il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Brunei ErywanYusof inħatar Mibgħut Speċjali tal-ASEAN għall-Myanmar/Burma biex jaġixxi bħala medjatur mal-ġunta tal-Myanmar/Burma.
Fl-2022, it-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u l-pretendenti tax-Xlokk tal-Asja fit-tilwim territorjali tal-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar żdiedu. Għalkemm il-Brunei s’issa kien sieket, huwa għamel l-ewwel dikjarazzjoni unilaterali tiegħu dwar il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar f’Lulju2022, bħala pajjiż bi pretensjonijiet konkorrenti. Madankollu, il-politika tal-Brunei tevita approċċ konfrontazzjonali maċ-Ċina dwar it-tilwima dwar il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, b’biża’ li ssir ħsara lir-rabtiet ekonomiċi bilaterali.
Is-Sultan tal-Brunei Darussalam ħabbar bidla bikrija tal-ministri f’Ġunju2022. Is-Sultan żamm il-kariga ta’ Prim Ministru, flimkien mal-portafolli tad-difiża, tal-affarijiet barranin, u tal-finanzi u tal-ekonomija. Għall-ewwel darba, mara nħatret bħala ministru (għall-edukazzjoni).
. Hija organizzat seminar dwar it-tibdil fil-klima bit-tema “Building Regional Capacity for Climate Change Adaptation and Mitigation” (Nibnu l-Kapaċità Reġjonali għall-Adattament u l-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima).
Il-Parlament . Huwa tenna l-kundanna tiegħu għall-piena tal-mewt u ssottolinja li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Penali tax-Xarija jiksru l-obbligi tal-Brunei skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem.
K. Il-Laos
. Il-Laos jinsab fit-triq it-tajba biex joħroġ mill-istatus ta’ pajjiż l-anqas żviluppat sal-2026, u d-disa’ Pjan Nazzjonali ta’ Żvilupp Soċjoekonomiku tiegħu għall-2021-2025 jallinja mal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, bl-għan li jippromwovi tkabbir sostenibbli, ekoloġiku u inklużiv. L-UE hija impenjata li tappoġġja lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos fil-ħidma lejn żvilupp sostenibbli u inklużiv.
’Ottubru2021, il-pajjiż nieda l-ewwel pjattaforma nazzjonali tiegħu għat-tagħlim u l-apprendiment diġitali, bis-saħħa tal-appoġġ tal-UE, il-UNICEF u s-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni, biex jiffaċilita t-tagħlim mill-bogħod għall-istudenti u l-għalliema matul il-pandemija tal-COVID-19. jipprevedi allokazzjoni indikattiva totali ta’ EUR83miljun għall-ewwel fażi ta’ 2021-2024.
(wara t-Tajlandja, iċ-Ċina u l-Vjetnam), u tirrappreżenta 4.2% tal-kummerċ totali tal-pajjiż. Il-kummerċ totali bejn l-UE u l-Laos ammonta għal EUR533miljun fl-2022. Minkejja r-riformi ekonomiċi, il-pajjiż għadu fqir u jiddependi fuq l-għajnuna internazzjonali. Bħala pajjiż l-anqas żviluppat, il-Laos jibbenefika mill-iskema kummerċjali Kollox Minbarra Armi.
Il-Laos huwa stat b’partit wieħed. Il-Partit Rivoluzzjonarju tal-Poplu tal-Laos (LPRP), li ilu fil-poter minn tmiem il-gwerra ċivili fl-1975, imexxi l-pajjiż b’id tal-ħadid, u ma jħalli lil ebda oppożizzjoni tiqaflu. Fi Frar2021, il-Laos kellu elezzjonijiet parlamentari għad-disa’ Assemblea Nazzjonali tiegħu, magħmula minn 164siġġu, li 158 minnhom marru għand l-LPRP fil-gvern u sitta ttieħdu minn kandidati indipendenti. ’Marzu2021, matul il-ftuħ tal-Assemblea Nazzjonali, il-Laos tella’ lill-President tiegħu, ThonglounSisoulith, is-Segretarju Ġenerali tal-LPRP fil-gvern, li qabel kien serva bħala Prim Ministru minn April2016.
Il-Laos qiegħed japprofondixxi r-relazzjonijiet tiegħu maċ-Ċina u mal-ASEAN, filwaqt li qiegħed jipprova jattira investiment akbar. Ir-riformi ekonomiċi wasslu għal tkabbir ekonomiku sostnut ta’ aktar minn 7% mill-2014. Il-pandemija tal-COVID-19 ġabet magħha sfidi ġodda għal din l-aġenda u affettwat b’mod gravi t-tkabbir ekonomiku.
L-UE tiddedika importanza partikolari għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-qagħda diffiċli tan-nies spostati minħabba l-bini ta’ digi enormi fuq ix-xmara Mekong. Fil-bidu ta’ Diċembru2021, bi spiża ta’ kważi terz tal-PDG annwali tal-Laos, infetħet linja ferrovjarja ġdida ta’ 414-ilkilometru li tgħaqqad liċ-Ċina mal-belt kapitali Vientiane bħala parti mill-Inizjattiva “Belt and Road” ta’ Beijing.
Fil-Konferenzi tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol f’Ġinevra, l-UE appellat lil-Laos biex jindirizza l-kwistjoni tal-isfruttament sesswali tat-tfal. ’Lulju2022, l-UE qajmet tħassib dwar in-nuqqas ta’ progress fl-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li ilu għaddej fil-Laos u ħeġġet lill-awtoritajiet jikkonformaw mal-obbligi tal-pajjiż fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem skont il-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH) u l-organizzazzjoni membru tiegħu, il-Moviment tal-Laos. Iż-żewġ organizzazzjonijiet ħarġu dokument informattiv u analitiku li jipprovdi sinteżi tal-iżviluppi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Laos. .
Il-Parlament tenna t-talba tiegħu lill-Gvern tal-Laos biex itemm il-fastidju u l-arrest arbitrarju u d-detenzjoni ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti indipendenti u attivisti soċjali, u biex jirrispetta d-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni u d-drittijiet tal-minoranzi, filwaqt li fakkar lil-Laos fl-obbligi internazzjonali tiegħu skont it-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem li rratifika.
L. -ѲżᲹ
Bħala l-qofol tan-negozjati li bdew fl-2015, l- matul is-Summit UE-ASEAN fi Brussell. Il-FSK jipprovdi qafas ġenerali li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kummerċ u l-investiment, il-finanzi u l-enerġija.
’April2012, wara seba’ ċikli ta’ negozjati, in-negozjati ta’ FTA UE-Malażja ġew sospiżi fuq talba tal-Malażja. ’Marzu 2017, l-UE u l-Malażja ddiskutew l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda u qablu dwarhom fil-prinċipju. Bħalissa qed jiġu nnegozjati żewġ ftehimiet, FTA u ftehim ta’ sħubija volontarja fir-rigward tal-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali. L-ekonomija emerġenti tal-Malażja toffri lill-UE opportunitajiet attraenti għall-kummerċ. Il-kummerċ bejn l-UE u l-Malażja qed jespandi, u kiber b’aktar minn 50% mill-2010. L-UE hija r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Malażja, filwaqt li l-Malażja hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fi ħdan l-ASEAN (wara Singapore u l-Vjetnam). L-importazzjonijiet tal-UE mill-Malażja żdiedu gradwalment, u laħqu l-EUR35.5biljun fl-2022, filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Malażja kienu ta’ EUR14.7-ilbiljun. Is-surplus kummerċjali ġenerali tal-Malażja mal-UE kiber b’mod kostanti matul is-snin, u laħaq l-EUR20.8biljun fl-2022. Il-kummerċ bilaterali bejn l-UE u l-Malażja huwa ddominat minn prodotti industrijali, li jammontaw għal aktar minn 90% tal-kummerċ. B’riżultat tal-politiki ta’ liberalizzazzjoni tal-Malażja u l-prospetti għal FTA, l-investiment tal-UE fil-Malażja żdied għal EUR28.7biljun fl-2021.
’Marzu2019, il-Kummissjoni ħabbret li l-użu taż-żejt tal-palm fil-fjuwil tat-trasport għandu jitneħħa gradwalment abbażi tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li tistabbilixxi mira ta’ bijoenerġija sostenibbli ta’ 32%. Kemm l-Indoneżja kif ukoll il-Malażja pprotestaw u ressqu ilmenti mad-WTO. ’Jannar2021, il-Malażja, it-tieni l-akbar produttur taż-żejt tal-palm fid-dinja, segwiet l-eżempju tal-Indoneżja billi ressqet ilment mad-WTO dwar ir-regoli tal-UE dwar il-bijofjuwils. ’Ottubru2021, il-Kunsill adotta . Għall-ewwel darba, il-Malażja ġiet miżjuda mal-lista griża tal-AnnessII. Għalkemm iż-żejt tal-palm huwa meqjus bħala kwistjoni ewlenija fit-taħditiet tal-FTA bejn l-UE u l-Malażja, huwa jammonta għal inqas minn 5% tal-importazzjonijiet tal-UE mill-Malażja. Madankollu, l-invażjoni Russa tal-Ukrajna kkawżat skarsezza globali ta’ żejt li jista’ jittiekel, li jista’ jgħin lill-Malażja terġa’ tikseb is-sehem mis-suq taż-żejt tal-palm fl-UE. Id-domanda tal-UE għaż-żejt globali li jittiekel hija mistennija li tiżdied fl-2024 minħabba provvisti stretti taż-żejt tal-ġirasol u taż-żejt tas-sojja. ’ peress li bord ġudikanti ċaħad ilment Malażjan kontra deċiżjoni tal-UE li l-bijodiżil magħmul miż-żejt tal-palm għandu jieqaf jgħodd bħala bijofjuwil rinnovabbli.
’ fuq fittings tal-azzar inossidabbli miċ-Ċina u mit-Tajwan għal ħames snin oħra, u estendiet il-miżuri għall-Malażja peress li l-kumpaniji fil-pajjiż kienu qed jimportaw il-partijiet ewlenin meħtieġa għall-produzzjoni ta’ fittings tal-azzar inossidabbli miċ-Ċina.
’Ġunju2022, il-Gvern Malażjan ħabbar li kien se jabolixxi l-piena tal-mewt obbligatorja tiegħu. Dan huwa pass ’il quddiem u deċiżjoni eżemplari fir-reġjun. L-UE ħeġġet lill-awtoritajiet tal-pajjiż jieħdu passi konkreti biex jgħaddu l-ftehim malajr f’liġi. ’, li ntrebħu mill-koalizzjoni mmexxija mill-kap tal-oppożizzjoni Anwar Ibrahim, segwiti minn koalizzjoni li tinkludi l-partit Iżlamiku tal-pajjiż.
għal mandat ta’ ħames snin, bħala parti mis-sistema ta’ monarkija rotazzjonali tal-Malażja. Sultan Ibrahim huwa s-Sultan tal-Istat ta’ Johor tal-Malażja.
Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, il-Parlament ikkundanna l-piena tal-mewt, in-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQA+ u t-trażżin tal-iskuntentizza pubblika, kif ukoll in-nuqqas ta’ espressjoni paċifika, inklużi dibattiti pubbliċi.
’Ġunju 2023, , li takkumpanja l-approvazzjoni tiegħu għall-FSK, fejn iddikjara li dan jipprovdi qafas legali sod għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bilaterali u għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ta’ interess reġjonali u globali, bħall-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali, it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għan-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-korruzzjoni.
Samuel Cantell / Jorge Soutullo