Ϸվ

Ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi: l-Istati Uniti u l-Kanada

L-UE, l-Istati Uniti u l-Kanada jikkondividu l-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-libertà ekonomika u politika, u għandhom tħassib komuni fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà. Il-kooperazzjoni mill-qrib u r-relazzjonijiet strateġiċi mal-Istati Uniti u l-Kanada jibqgħu prijorità għall-UE.

Djalogu politiku bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-kooperazzjoni mill-qrib u r-relazzjonijiet strateġiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti huma msejsa fuq storja komuni u ġabra komuni ta’ valuri demokratiċi. Dawn huma kruċjali għas-sigurtà u l-prosperità taż-żewġ sħab. L-UE u l-Istati Uniti jikkooperaw mill-qrib f’għadd ta’ oqsma ta’ politika barranija u kuntesti ġeografiċi, bħalma huma s-sigurtà, il-kooperazzjoni fl-enerġija u fit-teknoloġija, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-Russja, l-Ukrajna, il-Balkani tal-Punent u l-Lvant Nofsani.

L-aktar Summit reċenti bejn l-UE u l-Istati Uniti f’WashingtonDC fl-20 ta’ Ottubru 2023 kien opportunità biex tiġi rieżaminata s-sħubija trans-Atlantika, inkluż l-impenn kondiviż għall-appoġġ tal-Ukrajna. Il-mexxejja enfasizzaw ukoll l-importanza tal-kummerċ u l-investiment u ddiskutew kif għandhom jissolvew il-kwistjonijiet pendenti. Fi tmiem is-summit, il-mexxejja adottaw .

Is-sitt laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija (TTC) bejn l-UE u l-Istati Uniti – stabbilit matul preċedenti bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Ġunju2021 – saret Leuven, fil-Belġju, f’April2024. It-TTC iservi bħala forum għaż-żewġ sħab biex jikkoordinaw l-approċċi tagħhom għal kwistjonijiet kummerċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi globali ewlenin. Fl-10ta’Marzu2023, il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, iffirmaw li tindirizza l-isforzi konġunti biex tintemm il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna u l-kooperazzjoni dwar il-bini ta’ ekonomiji nodfa tal-futur.

Fit-13ta’Diċembru2023, il-Parlament Ewropew adotta l-aktar rakkomandazzjonijiet reċenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, li stiednu liż-żewġ naħat isaħħu l-multilateraliżmu u jaħdmu flimkien fuq objettivi kondiviżi fil-qasam tal-politika barranija, tas-sigurtà, tal-ekonomija u tat-teknoloġiji emerġenti.

Djalogu interparlamentari – il-proċess tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi

Dawn ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-kongress tal-Istati Uniti li tmur lura għall-1972 ġew aġġornati u istituzzjonalizzati bl-istabbiliment tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) fl-1999. Id-djalogu jlaqqa’ lill-Membri tal-Parlament Ewropew mal-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti, f’laqgħat interparlamentari li jsiru darbtejn fis-sena f’alternanza bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti. Il-leġiżlaturi li jattendu dawn il-laqgħat jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin ta’ interess reċiproku, bħalma huma, fost oħrajn, il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika, l-isfidi tal-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża. L-importanza tad-djalogu politiku trans-Atlantiku hija sostanzjali, speċjalment minħabba r-responsabbiltà leġiżlattiva u s-setgħa tal-Kungress li jawtorizza l-intervent tal-Istati Uniti fi kriżijiet globali u jsawwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti fl-istituzzjonijiet ta’ governanza globali. It-88laqgħa interparlamentari bejn l-UE u l-Istati Uniti tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi saret Brussell f’April2024. Fost is-suġġetti diskussi kien hemm is-sigurtà ekonomika trans-Atlantika, it-TTC, iż-żieda fil-kompetizzjoni maċ-Ċina, l-inizjattivi fil-qasam tad-difiża, it-tkabbir tan-NATO, l-appoġġ trans-Atlantiku lill-Ukrajna, il-koordinament tas-sanzjonijiet, inkluża l-possibbiltà li jintużaw l-assi ffriżati Russi, u l-qagħda tat-tfal Ukreni li nħatfu mir-Russja. Fi tmiem il-laqgħa nħarġetdikjarazzjoni konġunta.

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti

L-UE u l-Istati Uniti huma l-akbar fid-dinja. Fl-2022, l-Istati Uniti kienu l-akbar ekonomija fid-dinja, u kienu jirrappreżentaw 25% tal-PDG globali u 8% tal-esportazzjoni ta’ merkanzija fid-dinja.

L-UE qed taħdem mal-Istati Uniti biex issolvi l-ostakli kummerċjali bilaterali, inklużi dawk li rriżultaw matul l-amministrazzjoni ta’ Trump, b’mod partikolari permezz tat-TTC. Permezz tal-avveniment inawgurali tat-TTC f’Settembru2021, l-Istati Uniti u l-UE daħlu f’sensiela ta’ djalogi speċifiċi intiżi sabiex jindirizzaw ir-responsabbiltà tal-pjattaformi online u l-kumpaniji tat-teknoloġija kbar, inkluż l-intelliġenza artifiċjali u l-fluss ta’ data, biex jikkollaboraw fuq it-tassazzjoni ekwa u d-distorsjonijiet tas-suq u jiżviluppaw approċċ komuni għall-protezzjoni tat-teknoloġiji kritiċi. Id-Djalogu dwar l-Inċentivi tal-Enerġija Nadifa tnieda f’Marzu 2023 biex jikkoordina l-programmi ta’ inċentivi tal-UE u tal-Istati Uniti. Dan għandu l-għan li permezz tiegħu, il-programmi jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku u se jsir ukoll parti mit-TTC.

Minn Ottubru 2022, Task Force bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni kienet qed taħdem ukoll biex tidentifika l-isfidi fl-allinjament tal-approċċi għat-tisħiħ u l-iżgurar tal-ktajjen tal-provvista, il-manifattura u l-innovazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. B’riżultat ta’ dan, bdew negozjati dwar ftehim immirat dwar il-minerali kritiċi ħalli l-minerali kritiċi rilevanti estratti jew ipproċessati fl-UE jkunu jistgħu jgħoddu għar-rekwiżiti għall-kreditu tat-taxxa tal-vetturi nodfa skont l-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Istati Uniti.

Dwar intopp ieħor li nqala’ bl-impożizzjoni ta’ dazji doganali mill-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet tal-azzar u tal-aluminju skont it-Taqsima232 tat-Trade Expansion Act (l-importazzjonijiet li jheddu s-sigurtà nazzjonali), l-UE u l-Istati Uniti laħqu qbil dwar it-tneħħija temporanja tad-dazji doganali previsti mit-Taqsima232 fuq il-volumi li għaddew tal-esportazzjonijiet tal-azzar u tal-aluminju tal-UE. Iż-żewġ blokki qablu wkoll li jfittxu arranġament li jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-azzar u tal-aluminju kif ukoll li jindirizzaw il-kwistjoni tal-kapaċità żejda ta’ dawn l-industriji kkawżata mill-prattiki mhux tas-suq ta’ ċerti ekonomiji. Fis-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti ta’ Ottubru2023, iż-żewġ naħat iddikjaraw li kien sar progress sostanzjali biex jiġu identifikati s-sorsi ta’ kapaċità żejda mhux tas-suq u li huma jistennew bil-ħerqa li jkompli jsir progress matul ix-xahrejn ta’ wara.

Fl-2022 l-Istati Uniti kienu l-ewwel destinazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-UE, u assorbew 19.8% tal-esportazzjonijiet totali ta’ prodotti tal-UE (apparagun mad-9% taċ-Ċina). Rigward l-importazzjonijiet tal-UE, 11.9% minnhom ġejjin mill-Istati Uniti, fatt li jpoġġihom fit-tieni post fost is-sħab tal-Unjoni f’dan ir-rigward. Fl-2023, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Istati Uniti naqsu b’1.3%, u laħqu l-EUR502.372 biljun, wara li kienu laħqu l-livell rekord ta’ EUR509.4 biljun fl-2022. L-importazzjonijiet tal-Istati Uniti niżlu bi 3.6%, u laħqu l-EUR346.254biljun fl-2023, wara li kienu laħqu l-livell rekord ta’ EUR358,7biljun fl-2022. Is-surplus kummerċjali tal-UE mal-Istati Uniti żdied b’EUR6,6biljun, u laħaq il-EUR156.118-ilbiljun fl-2023 (ċifra li xorta hija aktar baxxa mis-surplus rekord ta’ EUR165.962biljun tal-2021).

L-Istati Uniti huma s-sieħeb ewlieni tal-UE għall-kummerċ internazzjonali fis-servizzi. Meqjusin flimkien, l-ekonomiji taż-żewġ territorji jirrappreżentaw aktar minn 40% tal-PDG dinji u aktar minn 40% tal-kummerċ internazzjonali ta’ prodotti u servizzi. Madankollu, mill-2016, il-bilanċ kummerċjali nbidel f’defiċit kummerċjali għall-UE fis-settur tas-servizzi, li ammonta għal EUR96.9biljun fl-2022.

L-UE u l-Istati Uniti huma l-akbar investituri ta’ xulxin, u l-investimenti totali tal-Istati Uniti fl-UE huma tliet darbiet ogħla milli fir-reġjun Asja-Paċifiku kollu. L-investimenti tal-UE fl-Istati Uniti huma madwar 10darbiet ogħla mill-investimenti tal-UE fl-Indja u fiċ-Ċina flimkien. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, kien hemm ċerti intoppi, bi flussi ta’ investiment negattivi kemm mill-Istati Uniti lejn l-UE kif ukoll mill-UE lejn l-Istati Uniti fl-2018 u mill-Istati Uniti lejn l-UE fl-2021 u fl-2022. Dan irriżulta f’riekwilibriju tal-bilanċ tal-istokkijiet ta’ investiment dirett barrani (FDI) tal-UE, li fl-2022 ammonta għal surplus tal-UE ta’ EUR203.33biljun meta mqabbel mas-surplus tal-UE ta’ EUR33.771biljun fl-2021. L-estimi jindikaw li l-kumpaniji tal-UE u tal-Istati Uniti li joperaw fit-territorju ta’ xulxin jagħtu impjieg għal aktar minn 14-ilmiljun persuna.

Id-djalogu politiku bejn l-UE u l-Kanada

Il-Kanada hija wieħed mill-eqdem u l-eqreb sħab tal-UE. Il-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Kanada, ibbażata fuq valuri komuni, storja twila ta’ kooperazzjoni mill-qrib u rabtiet interpersonali b’saħħithom, issaħħet b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar ftit snin.

Ir-relazzjonijiet bilaterali bdew fis-snin ħamsin tas-seklu għoxrin fuq bażi ekonomika u minn dak iż-żmien evolvew fi sħubija strateġika stretta. L-UE u l-Kanada jikkollaboraw mill-qrib fuq sfidi globali bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-ambjent, is-sigurtà tal-enerġija u l-istabbiltà reġjonali u jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib fl-ambitu tal-G7 u tal-G20.

L-UE u l-Kanada wieġbu b’mod deċiżiv għall-aggressjoni militari mhux provokata u brutali tar-Russja kontra l-Ukrajna permezz ta’ sanzjonijiet ikkoordinati u billi pprovdew appoġġ komprensiv lill-Ukrajna – sigurtà, finanzjaru, materjali, u umanitarju.

Il-Kanada kkontribwiet biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija tal-UE u biex tinġieb fi tmiemha d-dipendenza tal-UE mill-enerġija Russa, u l-UE żvolġiet rwol fundamentali biex tiżgura provvista kostanti u stabbli ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 lill-Kanada. Fl-istadji bikrija tat-tnedija tat-tilqim, il-biċċa l-kbira tal-vaċċini distribwiti fil-Kanada ġew minn pjanti bbażati fl-UE.

Il-Kanada tikkontribwixxi regolarment fil- tal-UE u pparteċipat f’24 tal-UEmill-2005. Il-Kanada ġiet uffiċjalment fil-proġetti ta’ dwar il-mobbiltà militari (Diċembru2021) u fil-proġett “”.

Il-, li ssostitwixxa l-, huwa ftehim politiku komprensiv li għandu l-għan li jsaħħaħ il-, inklużi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġestjoni tal-kriżijiet, is-sigurtà marittima, il-governanza globali, l-enerġija, it-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa, l-ambjent u t-tibdil fil-klima u l-Artiku.

Il-Kanada u l-UE ffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika fit-30ta’Ottubru2016 waqt is-summit bejn l-UE u l-Kanada, u dan il-Ftehim rċieva l-appoġġ tal-Parlament fi Frar2017. Partijiet kbar mill-ftehim ilhom fis-seħħ b’mod proviżorju mill-1ta’April2017. Qabel ma jiġi kompletament applikat, il-ftehim jeħtieġ jiġi ratifikat fl-Istati Membri kollha ( ir-ratifikazzjoni għadha ma saritx fl-Italja, Franza u l-Irlanda).

Fit-23ta’Marzu2022 il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, tkellem fl-okkażjoni tas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell, fejn ikkundanna “l-invażjoni kriminali ta’ Putin ta’ demokrazija sovrana u indipendenti: l-Ukrajna” u saħaq fuq il-fatt li n-NATO u l-UE huma aktar determinati u magħquda minn qatt qabel. Fis-16ta’Mejju2022, fi Brussell saret it-tielet laqgħa tal-Kumitat Ministerjali Konġunt UE-Kanada, ippreseduta mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Josep Borrell, u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Kanadiża, Mélanie Joly (ara d-). Mis-6 sat-8ta’Marzu2023 il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, f’sessjoni konġunta tal-Parlament Kanadiż u ltaqgħet mal-Prim Ministru Trudeau. Id-dikjarazzjoni konġunta tagħhom iffokat fuq suġġetti li jinkludu l-Ukrajna, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, il-klima, l-enerġija sostenibbli u l-materja prima, l-ekonomija u t-teknoloġija, u r-riċerka u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Fid-9ta’Marzu2023 fi Brussell saret bejn uffiċjali ta’ livell għoli, li wasslet, fost affarijiet oħra, għall-adozzjoni ta’ dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada. L-aktar summit reċenti bejn l-UE u l-Kanada sar fit-23 u l-24ta’Novembru2023 f’St John’s, Newfoundland, il-Kanada. Fost is-suġġetti diskussi hemm il-kunflitt fil-Lvant Nofsani u l-appoġġ kostanti lill-Ukrajna. Il-mexxejja ħabbru wkoll il-konklużjoni tan-negozjati biex il-Kanada ssir pajjiż assoċjat f’Orizzont Ewropa u t-tnedija ta’ alleanza ekoloġika UE-Kanada, ta’ pjan ta’ azzjoni għall-idroġenu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kanada u ta’ sħubija diġitali bejn l-UE u l-Kanada (ara d-).

Id-djalogu interparlamentari

Għal aktar minn 40sena, il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-kontropartijiet Kanadiżi tagħhom iltaqgħu kull sena f’, li jalternaw bejn postijiet fl-UE u fil-Kanada, biex jiddiskutu l-iżviluppi politiċi fil-Kanada u l-UE u jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, bħalma huma l-kummerċ, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni.

It-42laqgħa interparlamentari saret Brussell f’Ġunju2023 u indirizzat il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada fl-oqsma tar-regolamentazzjoni tal-IA, l-enerġija, l-indħil barrani u s-sigurtà u d-difiża (ara d-dikjarazzjoni konġunta). Il-membri tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mal-Kanada jiltaqgħu b’mod regolari matul is-sena mal-partijiet ikkonċernati biex jippreparaw il-laqgħat interparlamentari. 粵ħ reċenti ġew iddedikati għall-implimentazzjoni fuq ħames snin tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada, għas-sigurtà tal-provvista ta’ minerali kritiċi u għar-relazzjonijiet bejn il-Kanada u l-Istati Uniti. Fis-17ta’Jannar2024 il-Parlament Ewropew adotta żDZܳDzԾ dwar l-implimentazzjoni tas-CETA.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada

Is- saħħaħ b’mod konsiderevoli r- bejn l-UE u l-Kanada, u fetaħ is-swieq għall- ta’ xulxin, inkluż l-akkwist pubbliku. Is-CETA ħoloq ukoll opportunitajiet ta’ tkabbir sostenibbli u rrifletta valuri kondiviżi permezz tal-Kapitolu tiegħu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u l- tiegħu, inkluż forum regolari tas-soċjetà ċivili. Is-CETA huwa l-ewwel ftehim ekonomiku bilaterali tal-UE li jinkludi Sistema ta’ Qorti tal-Investiment speċjali għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar investiment bejn l-investituri u l-Istati.

It-test ġie ffirmat fis-summit bejn l-UE u l-Kanada tat-30ta’Ottubru2016 u l-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu fil-15ta’Frar2017. L-applikazzjoni proviżorja tal-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE bdiet f’Settembru2017. Biex ikun jista’ jiġi applikat kompletament, s-CETA għadu qed jistenna r-ratifika min-naħa ta’ 10Stati Membri.

Fl-okkażjoni tar-, li saret Brussell fid-9taFrar2024, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni, Valdis Dombrovskis, u l-Ministru Kanadiża għall-Promozzjoni tal-Esportazzjonijiet, il-Kummerċ Internazzjonali u l-Iżvilupp Ekonomiku, Mary Ng, ħabbru, fost affarijiet oħra, qbil dwar “interpretazzjoni tal-investimenti” u l-konklużjoni ta’ negozjati tekniċi dwar ir-regoli maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju għar-żDZܳDzԾ tat-tilwim fil-qasam tal-investimenti.

F’Ġunju2021, l-UE u l-Kanada ffirmaw biex imexxu ’l quddiem l-integrazzjoni tal-ktajjen tal-valur tal-materja prima u jqawwu l-kollaborazzjoni fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, kif ukoll il-kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u l-istandards bejn il-partijiet.

Kemm il-Kanada kif ukoll l-UE ntlaqtu mid-dazji doganali tal-Istati Uniti imposti fl-2018 fuq l-azzar u l-aluminju, u t-tnejn kienu tal-fehma li d-dazji la kienu ekonomikament ġustifikati u lanqas ma kienu kompatibbli mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-UE u l-Kanada, flimkien ma’ sostenituri oħrajn tal-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli, intensifikaw id-djalogu tagħhom dwar kwistjonijiet kummerċjali.

Bejn l-2016 u l-2022, il-kummerċ tal-prodotti bejn l-UE u l-Kanada żdied b’66%, filwaqt li l-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Kanada żdied b’46%, u qabeż il-kummerċ l-ieħor li jsir mas-sħab li mhumiex fl-UE;

Fl-2022, l-UE kienet it- tal-Kanada wara l-Istati Uniti, u kienet tirrappreżenta 8.2% tat-total tal-esportazzjonijiet u tal-importazzjonijiet kkombinati ta’ prodotti. Fl-2023, l-UE esportat prodotti b’valur ta’ EUR48.88biljun lejn il-Kanada u assorbiet prodotti Kanadiżi b’valur ta’ EUR27.7biljun. Fl-2022 il-Kanada kienet fit-12-ilpost fost is-sħab internazzjonali tal-UE għall-esportazzjonijiet. Fost il-prodotti ewlenin skambjati bejn iż-żewġ sħab insibu l-makkinarju, il-prodotti minerarji, it-tagħmir tat-trasport u s-sustanzi kimiċi.

Il-kummerċ fis-servizzi huwa parti importanti mir-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada. Fl-2022 il-valur tal-esportazzjonijiet ta’ servizzi tal-UE lejn il-Kanada żdied bi 43% u laħaq is-EUR26.4biljun, filwaqt li l-importazzjonijiet tas-servizzi fl-UE mill-Kanada żdiedu għal bi 43%, jiġifieri EUR19.1-ilbiljun. It-trasport, l-ivvjaġġar, l-assigurazzjoni u l-komunikazzjonijiet huma eżempji ta’ wħud mis-servizzi skambjati frekwentement bejn l-UE u l-Kanada.

F’termini ta’ investiment dirett barrani, l-UE u l-Kanada investew ammonti kważi ndaqs fl-ekonomiji ta’ xulxin. L-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb tal-Kanada għal investiment dirett bidirezzjonali wara l-Istati Uniti. Filwaqt li l-istokkijiet ta’ investiment dirett barrani Kanadiżi fl-UE kibru bi 12% fl-2021 u b’6% fl-2022, dawk tal-UE fil-Kanada żdiedu bi 12% fl-2021 u bi 3% fl-2022.

Tuula Turunen / Fernando Garcés de los Fayos