Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija waħda mis-seba’ istituzzjonijiet tal-UE. Hija magħmula minn żewġ qrati: il- proprja u l-. Hija responsabbli għall-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-qrati jiżguraw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt primarju u sekondarju tal-UE fit-territorju tal-UE. Huma jeżaminaw il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-UE u jiddeċiedu jekk l-Istati Membri jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom li joħorġu mid-dritt primarju u sekondarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi wkoll interpretazzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fuq talba tal-imħallfin nazzjonali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja
A. Il-bażi legali
- L-Artikolu19 tat- (TUE), l-Artikoli251 sa 281 tat- (TFUE), l-Artikolu136 tat-Trattat Euratom, u l-
- ;
- Il-baġit tal-UE (Taqsima4).
B. Il-Kompożizzjoni u l-Istatut
1. -ħܲᲹ
a. In-numru ta’ membri (l-Artikolu19 tat-TUE u l-Artikolu252 tat-TFUE)
Imħallef wieħed għal kull Stat Membru(27). Il-Qorti hija assistita minn 11-il avukat ġenerali. L-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja jaħtru minn fosthom President u Viċi President għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġi mġedded.
b. -ɾżپ (l-Artikolu19 tat-TUE u l-Artikolu253 tat-TFUE)
- l-imħallfin u l-avukati ġenerali jeħtiġilhom ikollhom il-kwalifiki meħtieġa sabiex jeżerċitaw l-ogħla karigi ġudizzjarji fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew ikunu esperti legali b’għarfien rikonoxxut;
- ma jridx ikun hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom.
c. Il-proċedura ta’ ħatra (l-Artikolu253 tat-TFUE)
Hekk kif joqrob it-tmiem tal-mandat tal-imħallfin u l-avukati ġenerali, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri jipproċedu għall-ħatra ta’ mħallfin jew avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja bi qbil komuni wara konsultazzjoni ma’ bord responsabbli għall-għoti ta’ opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati prospettivi (l-Artikolu 255 tat-TFUE).
2. Il-karatteristiċi tal-kariga
a. It-tul tal-mandat (l-Artikolu253 tat-TFUE u l-Istatut)
Sitt snin. Sostituzzjoni parzjali kull tliet snin, nofs l-imħallfin u l-avukati ġenerali jiġu sostitwiti b’mod alternattiv. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li jispiċċaw mill-kariga jistgħu jinħatru mill-ġdid.
b. Il-privileġġi u l-immunitajiet (l-Istatut)
L-imħallfin u l-avukati ġenerali jibbenefikaw mill-immunità minn proċedimenti legali. Huma jkomplu jibbenefikaw minn din l-immunità għall-atti uffiċjali tagħhom wara t-tmiem tal-kariga tagħhom. Ma jistgħux jitneħħew mill-kariga tagħhom jekk mhux b’deċiżjoni unanima tal-Qorti.
c. L-obbligi (l-Istatut)
L-imħallfin u l-avukati ġenerali:
- jieħdu ġurament (ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ rispett tas-sigrieti) qabel jibdew jaqdu dmirijiethom;
- ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda funzjoni politika jew amministrattiva u l-ebda attività professjonali;
- jintrabtu li jirrispettaw l-obbligi marbuta mal-kariga tagħhom.
C. L-organizzazzjoni u l-funzjonament (l-Artikolu253 tat-TFUE u l-Istatut)
1. L-istruttura istituzzjonali
L-Istatut irid jiġi stabbilit fi Protokoll separat, anness mat-Trattati (l-Artikolu281 tat-TFUE). Il-Qorti taħtar il-President tagħha u Viċi President minn fost il-membri tagħha għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġi mġedded (l-Artikolu9a tal-Protokoll Nru3). Il-President jidderieġi l-ħidma tal-Qorti u jippresiedi waqt is-seduti ta’ smigħ u d-deliberazzjonijiet tas-Seduta Plenarja jew tal-Awla Manja. Il-Qorti taħtar ir-Reġistratur tagħha. Ir-Reġistratur huwa s-Segretarju Ġenerali tal-istituzzjoni u jamministra d-dipartimenti tagħha taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti.
2. Il-funzjonament
Il-Qorti tistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tagħha, li jridu jiġu approvati mill-Kunsill, permezz ta’ deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-Qorti tista’ tiltaqa’ f’Seduta Plenarja b’27imħallef, f’Awla Manja ta’ 15-il imħallef jew f’awli ta’ tlieta jew ħames imħallfin. L-istituzzjoni hija ffinanzjata mill-baġit tal-UE, fejn għandha t-taqsima speċifika tagħha (it-Taqsima4).
D. Il-kisbiet
Il-Qorti tal-Ġustizzja wriet li hija xprun tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.
1. Il-prattika ġenerali
Is-sentenza tagħha tal-15ta’Lulju1964 fil-kawża Costa vs ENEL kienet fundamentali biex id-dritt Komunitarju jiġi definit bħala ordinament indipendenti li jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali u b’hekk ġie stabbilit il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-UE[1]. Bl-istess mod, is-sentenza tagħha tal-5ta’Frar1963 fil-kawża Van Gend u Loos stabbiliet il-prinċipju tal-applikazzjoni immedjata tad-dritt Komunitarju quddiem il-qrati tal-Istati Membri. Sentenzi sinifikanti oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem jinkludu s-sentenza tal-14 ta’ Mejju 1974 fil-Kawża Nold, meta l-Qorti ddikjarat li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li hija tiżgura l-osservanza tagħhom (4.1.2).
2. F’oqsma speċifiċi
- id-dritt ta’ stabbiliment: is-sentenza tat-8ta’April1976 fil-kawża Royer, li fiha l-Qorti kkonfermat id-dritt li ċittadin ta’ Stat Membru jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, indipendentement minn kwalunkwe permess ta’ residenza maħruġ mill-pajjiż ospitanti;
- il-moviment liberu tal-merkanzija: is-sentenza tal-20ta’Frar1979 fil-kawża Cassis de Dijon, fejn il-Qorti ddeċidiet li kull prodott li jkun ġie maħdum u kkummerċjalizzat b’mod legali fi Stat Membru jrid, bħala prinċipju, jiġi aċċettat fis-suq ta’ Stat Membru ieħor.
- il-ġuriżdizzjoni esterna tal-Komunità: is-sentenza dwar il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport bit-triq tal-31ta’Marzu1971 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, li rrikonoxxiet id-dritt tal-Komunità li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali fl-oqsma li huma suġġetti għar-regoli Komunitarji;
- sentenzi reċenti li stabbilew l-obbligu fuq l-Istati Membri li jħallsu d-danni meta ma jkunux ittrasponew id-direttivi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew dawk li jkunu ttrasponewhom tard;
- diversi sentenzi fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-kompetizzjoni;
- sentenzi relatati mal-ksur tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri, li huma essenzjali għat-tħaddim bla xkiel tas-suq komuni;
- il-protezzjoni tad-data: is-sentenza dwar il-Ftehim dwar “l-Isfera ta’ Sikurezza” fi (2015) u dwar it-Tarka tal-Privatezza UE-US fi (2020), li invalidaw id- dwar l-Istati Uniti biex jiġu protetti l-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew u jiżgura sett b’saħħtu ta’ rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data.
Wieħed mill-akbar merti tal-Qorti kien id-dikjarazzjoni tagħha dwar il-prinċipju li skontu t-Trattati ma jridux jiġu interpretati b’mod riġidu, iżda jridu jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-istat tal-integrazzjoni u tal-għanijiet tat-Trattati nfushom. Dan il-prinċipju ppermetta lill-UE tilleġiżla f’oqsma li dwarhom ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika tat-Trattati, pereżempju fil-ġlieda kontra t-tniġġis (fis-sentenza tat-13ta’Settembru2005 (Kawża C-176/03), il-Qorti fil-fatt awtorizzat lill-UE tistabbilixxi regoli fil-qasam tad-dritt kriminali meta dawn ikunu “meħtieġa” biex jintlaħaq l-għan li jitħares l-ambjent).
Fl-2022, tressqu 806 kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li minnhom 546 kienu jikkonċernaw proċedimenti għal deċiżjoni preliminari, 37 azzjoni diretta u 209 appell kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali. Ġew solvuti 808 kawża, inklużi 564 proċediment għal deċiżjoni preliminari, 36 azzjoni diretta u 196 appell kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali. L-Istati Membri li minnhom joriġinaw l-ogħla numru ta’ talbiet huma l-Ġermanja (98), l-Italja (63), il-Bulgarija (43) u Spanja (41). It-tul medju tal-proċedimenti kien ta’ 16-il xahar punt 4[2]. Kien hemm 1111-il kawża pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Il-Qorti Ġenerali
A. Il-bażi legali
L-Artikoli254 sa 257 tat-TFUE, l-Artikolu40 tat-Trattat Euratom, u t-TitoluIV tal-Protokoll Nru3, anness mat-Trattati dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
B. It-tul tal-mandat u l-Istatut (l-Artikolu254 tat-TFUE)
1. -ħܲᲹ
a. Numru (l-Artikolu19 tat-TUE u l-Artikolu254 tat-TFUE)
L-Artikolu254 tat-TFUE jipprevedi li n-numru ta’ mħallfin għandu jiġi stabbilit mill-Istatut. , jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tkun komposta minn żewġ imħallfin għal kull Stat Membru (attwalment 54). L-imħallfin jiġu maħtura bi qbil komuni mill-gvernijiet tal-Istati Membri, wara konsultazzjoni ma’ kumitat inkarigat li jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati biex jaqdu d-dmirijiet ta’ mħallef. Il-mandat tagħhom huwa ta’ sitt snin u jista’ jiġi mġedded. L-imħallfin jistgħu jintalbu jeżerċitaw il-kariga ta’ avukat ġenerali, peress li, għad-differenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex avukati ġenerali permanenti.
b. -ɾżپ
L-istess bħal dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Artikolu19 tat-TUE). Għall-ħatra fil-Qorti Ġenerali, il-kandidati jeħtiġilhom ikollhom il-kapaċitajiet meħtieġa għal ħatra f’kariga ġudizzjarja għolja.
c. Il-proċedura ta’ ħatra
L-istess bħal dik tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2. Il-karatteristiċi tal-kariga
L-istess bħal dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja.
C. L-organizzazzjoni u l-funzjonament
L-imħallfin jaħtru l-President tagħhom minn fosthom għal perjodu ta’ tliet snin u r-Reġistratur tagħhom għal mandat ta’ sitt snin, għalkemm il-Qorti Ġenerali tuża s-servizzi tal-Qorti tal-Ġustizzja għar-rekwiżiti lingwistiċi u amministrattivi tagħha.
Bi ftehim mal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali tistabbilixxi r- tagħha (l-Artikolu 254 (5) tat-TFUE). Il-Qorti Ġenerali tiltaqa’ f’awli ta’ tlieta jew ħames imħallfin. Il-Qorti Ġenerali tiltaqa’ f’Seduta Plenarja jew fl-Awla Manja jew inkella tkun ikkostitwita minn imħallef wieħed. Aktar minn 80% tal-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali jinstemgħu minn awla ta’ tliet imħallfin.
Skont l-emenda reċenti tal-Protokoll Nru 3 (l-Artikolu 49a), il-Qorti Ġenerali għandha, bħall-Qorti tal-Ġustizzja, tkun assistita minn avukat ġenerali wieħed jew iktar fit-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari. Għalhekk, l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jeleġġu minn fosthom avukat(i) ġenerali għal terminu ta’ tliet snin (elezzjoni mill-ġdid waħda possibbli).
Emendi reċenti għar-Regoli ta’ Proċedura tagħha (April 2023) jippermettu l-użu tal-vidjokonferenzi waqt is-seduti ta’ smigħ (l-Artikolu 107a tar-Regoli ta’ Proċedura). L-emendi jintroduċu wkoll il-kunċett ta’ “kawża pilota” (l-Artikolu 71a tar-Regoli tal-Proċedura). Jekk diversi każijiet iqajmu l-istess punt tal-liġi u l-kundizzjonijiet neċessarji jiġu ssodisfati, wieħed mill-każijiet jista’ jiġi identifikat bħala l-każ pilota u l-oħrajn jibqgħu.
Prinċipalment, jistgħu jitressqu proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel istanza, b’rikorsi diretti ppreżentati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, meta dawn ikunu kkonċernati direttament u individwalment, kif ukoll mill-Istati Membri kontra l-atti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-organi tal-Unjoni, kif ukoll fil-kuntest ta’ rikorsi diretti intiżi għall-kumpens għad-danni kkawżati mill-istituzzjonijiet jew mill-persunal tagħhom. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali jistgħu jkunu suġġetti għal appell, limitat għal punti ta’ liġi, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Bħala medja, madwar 30% tad-deċiżjonijiet mill-Qorti Ġenerali huma kkontestati.
Il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jistabbilixxu qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali sabiex jieħdu konjizzjoni fl-ewwel istanza ta’ ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet jew proċedimenti f’oqsma speċifiċi. Biex jistabbilixxu dawn il-qrati, il-Parlament u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Fl-2022, tressqu 904kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, li minnhom 858 kienu solvuti. 792 minn dawn il-kawżi kkonċernaw rikorsi diretti (270 kawża dwar il-propjetà intellettwali u industrijali, 76 kawża dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni, 66 dwar is-servizz pubbliku tal-UE u 380 kawża dwar rikorsi diretti oħra). Parti li ma tkunx tista’ tħallas il-kostijiet tal-proċedimenti tista’ tapplika għal għajnuna legali bla ħlas (54 kawża fl-2022). It-tul medju tal-proċedimenti kien ta’ 16-il xahar punt 2. Kien hemm 1474 kawża pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2022[3].
L-eks Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (stabbilit fl-2004) kellu l-kariga li jittratta t-tilwim li jopponi l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenti tagħhom meta dawn ma kinux ir-responsabbiltà ta’ qorti nazzjonali. Bħala parti minn żieda ġenerali fl-għadd totali ta’ mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ġie xolt fl-1ta’Settembru2016 u ġie integrat fil-Qorti Ġenerali bir-. Il-kawżi pendenti li kien hemm quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-31ta’Awwissu2016 ġew trasferiti lill-Qorti Ġenerali b’effett mill-1ta’Settembru2016. Il-Qorti Ġenerali għadha qed tittratta dawn il-kawżi fl-istat li kienu jinsabu fih f’dik id-data u d-dispożizzjonijiet proċedurali meħuda mill-eks Tribunal għas-Servizz Pubbliku baqgħu applikabbli.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Sa mill-1990, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward rikors tal-Parlament fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva dwar l-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji li għandhom jittieħdu wara l-inċident nukleari ta’ Chernobyl tat lill-Parlament id-dritt li jressaq rikors għal annullament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għas-salvagwardja tal-prerogattivi tiegħu fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva.
Skont l-Artikolu257 tat-TFUE, il-Parlament u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali sabiex jisimgħu u jiddeterminaw fil-prima istanza ċerti kategoriji ta’ rikorsi jew proċedimenti mressqa f’oqsma speċifiċi. Il-Parlament u l-Kunsill għandhom l-obbligu li jaġixxu permezz ta’ regolamenti jew fuq proposta tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
F’konformità mal-Artikolu281 tat-TFUE, l- jiġi emendat mill-Parlament u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (fil-forma ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). Eżempju tal-parteċipazzjoni tal-Parlament huwa l-proposta tal-Qorti tal-Ġustizzja stess tat-30 ta’ Novembru 2022 biex jiġi emendat l-Istatut tagħha.
Il-Parlament huwa wieħed mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu263 tat-TFUE li jistgħu jressqu rikorsi (bħala parti) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
F’konformità mal-Artikolu218(11) tat-TFUE, il-Parlament jista’ jitlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk ftehim internazzjonali ppjanat huwiex kompatibbli mat-Trattati. F’każ ta’ opinjoni negattiva mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-ftehim ippjanat ma jistax jidħol fis-seħħ sakemm ma jiġix emendat jew it-Trattati ma jiġux riveduti. Pereżempju, f’Lulju2019 il-Parlament talab opinjoni legali dwar jekk il-proposti għall-adeżjoni mill-UE għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) kinux kompatibbli mat-Trattati ().
Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-kandidati għall-kariga ta’ mħallef u ta’ avukat ġenerali issa l-ewwel jiġu vvalutati minn kumitat ta’ seba’ persuni, li waħda minnhom tkun proposta mill-Parlament Ewropew (l-Artikolu255(2) tat-TFUE, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu128 tar-regoli ta’ Proċedura tal-Parlament) permezz ta’ plenarja.
F’konformità mal-Artikolu3(1) tar-Regolament(EU, Euratom)2015/2422, fil-21ta’Diċembru2020 il-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentat , li tħejja minn konsulent estern. B’mod partikolari, l-Artikolu3(1) tar-Regolament(EU, Euratom)2015/2422 jirrikjedi li r-rapport jiffoka fuq l-effiċjenza tal-Qorti Ġenerali, il-ħtieġa u l-effikaċja taż-żieda għal 56imħallef, l-użu u l-effikaċja tar-riżorsi u l-istabbiliment ulterjuri ta’ awli speċjalizzati u/jew tibdiliet strutturali oħrajn.
Fid-19ta’Settembru2023, il-Kumitat JURI adotta abbozz ta’ rapport dwar , bl-għan li tittrasferixxi l-ġuriżdizzjoni dwar deċiżjonijiet preliminari f’għadd ta’ oqsma speċifiċi mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Qorti Ġenerali u li testendi r-rekwiżit li jinkiseb permess għal appell fil-każ ta’ appelli kontra ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali. Fil-11ta’April2024, l-att ġie adottat mill-Kunsill, wara l-ewwel qari tal-Parlament. Fit-test maqbul hemm dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-elezzjoni ta’ avukati ġenerali permanenti għal mandat ta’ tliet snin mill-Qorti Ġenerali.
Alexandru-George Moș / Udo Bux / Mariusz Maciejewski