Ϸվ

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) hu korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea, ibbażat fi Brussell. Huwa magħmul minn 329 membru. L-opinjonijiet tiegħu huma meħtieġa abbażi ta’ konsultazzjoni obbligatorja fl-oqsma stabbiliti mit-Trattati jew ta’ konsultazzjoni volontarja mill-Kummissjoni, mill-Kunsill jew mill-Parlament. Il-Kumitat jista’ wkoll joħroġ opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Il-membri tiegħu mhuma marbutin bl-ebda istruzzjoni. Għandhom jaqdu dmirijiethom b’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-UE.

Il-bażi legali

  1. L-Artikolu 13(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);
  2. l-Artikoli 300-304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);
  3. id-u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Kunsill;
  4. li jaħtru l-membri tal-KESE, fuq proposta ta’ Stati Membri differenti, u d-li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

-dzżDzԾ

A. In-numru u l-allokazzjoni nazzjonali tas-siġġijiet (l-Artikolu 301 tat-TFUE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2019/853 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew).

Il- bħalissa għandu 329 membru, maqsumin bejn l-Istati Membri kif ġej:

  1. 24 kull wieħed għall-Ġermanja, Franza u l-Italja;
  2. 21 kull wieħed għall-Polonja u Spanja;
  3. 15 għar-Rumanija;
  4. 12 kull wieħed għall-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Greċja, l-Iżvezja, in-Netherlands, il-Portugall u l-Ungerija;
  5. 9 kull wieħed għad-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Litwanja u s-Slovakkja;
  6. 7 kull wieħed għall-Estonja, il-Latvja u s-Slovenja;
  7. 6 kull wieħed għal-Lussemburgu u Ċipru;
  8. 5 għal Malta.

Globalment, id-daqs tal-kumitat ġie mnaqqas minn 350 membru għal 329 b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 (wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE).

B. Metodu ta’ ħatra (l-Artikolu 302 tat-TFUE)

Il-membri tal-Kumitat jinħatru mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, abbażi ta’ proposti mill-Istati Membri (bħal f’). Il-Kunsill jikkonsulta lill-Kummissjoni dwar dawn in-nomini (l-Artikolu 302(2) tat-TFUE). L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-diversi kategoriji ta’ attività ekonomika u soċjali jkunu rappreżentati b’mod adegwat. Fil-prattika, terz tas-siġġijiet imur għal min iħaddem, terz għall-impjegati u t-terz l-ieħor għal gruppi oħra (bdiewa, bejjiegħa bl-imnut, professjonisti liberi, konsumaturi, eċċ.).

In-numru massimu ta’ membri tal-KESE skont it-Trattat ta’ Liżbona hu 350 (l-Artikolu 301 tat-TFUE). Għal ftit żmien dan il-limitu nqabeż bejn Lulju 2013 u Settembru 2015 minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013. Wara li żdiedu disa’ siġġijiet ġodda għall-Istat Membru l-ġdid, in-numru totali ta’ membri żdied għal 353 (minn 344). Id-adattat il-kompożizzjoni tal-KESE b’segwitu għall-adeżjoni tal-Kroazja: in-numru ta’ membri għall-Estonja, Ċipru u l-Lussemburgu tnaqqas b’wieħed kull wieħed sabiex tiġi indirizzata d-diskrepanza bejn in-numru massimu ta’ membri tal-KESE stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 301 tat-TFUE u n-numru ta’ membri b’segwitu għall-adeżjoni tal-Kroazja. Għalhekk, in-numru ta’ membri għal-Lussemburgu u Ċipru naqas minn sitta għal ħamsa kull wieħed, u n-numru ta’ membri għall-Estonja minn sebgħa għal sitta. Id- iddeterminat il-kompożizzjoni finali tal-KESE bi qbil mat-tqassim tas-siġġijiet fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li wkoll għandu 329 membru, u fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, li wassal għal 24 siġġu vakanti. Bħala riżultat ta’ dan, in-numru ta’ membri għal-Lussemburgu u għal Ċipru għal darb’oħra żdied minn ħamsa għal sitta, u n-numru ta’ membri għall-Estonja minn sitta għal sebgħa.

C. Tip ta’ mandat (l-Artikolu 301 tat-TFUE)

Il-membri tal-Kumitat huma nominati mill-gvernijiet nazzjonali u jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin li jiġġedded (l-Artikolu 302 tat-TFUE). Jinsiltu minn gruppi b’interess ekonomiku u soċjali fl-Ewropa. L-aħħar tiġdid sar f’Ottubru 2020 għall-mandat 2020-2025 (id- tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025).

Jagħmlu parti minn wieħed minn dawn it-tliet gruppi:

  1. (Grupp I);
  2. (Grupp II);
  3. (Grupp III).

Il-membri jeħtiġilhom jaqdu dmirijiethom b’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni (l-Artikolu 300(4) tat-TFUE). Kull darba li siġġu ta’ membru jew membru supplenti fil-KESE jsir vakanti wara t-tmiem tal-mandat tiegħu, tkun meħtieġa deċiżjoni separata tal-Kunsill biex dak il-membru jiġi sostitwit.

L-organizzazzjoni u l-proċeduri

Il-KESE mhuwiex fost l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 13(1) tat-TUE. Madankollu, l-Artikolu 13(4) jiddikjara li l-KESE jassisti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni billi jwettaq attivitajiet konsultattivi.

  1. Il-President u l-Bureau, kull wieħed b’mandat ta’ sentejn u nofs, jinħatru mill-Kumitat minn fost il-membri tiegħu.
  2. Il-Kumitat jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.
  3. Jista’ jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tiegħu stess, iżda normalment jiltaqa’ fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
  4. Bħala għajnuna biex iħejji l-opinjonijiet tiegħu, għandu s-sitt sezzjonijiet speċjalizzati li ġejjin għad-diversi oqsma ta’ attività tal-UE (u jista’ jwaqqaf sottokumitati biex jittrattaw suġġetti speċifiċi):

Il-KESE huwa assistit minn segretarjat ġenerali, immexxi minn Segretarju Ġenerali li jirrapporta lill-President. Is-segretarjat ġenerali jipprovdi lill-membri tal-KESE b’appoġġ politiku, komunikattiv, organizzattiv, lingwistiku u materjali. Is-segretarjat ġenerali huwa magħmul minn madwar 700 membru tal-persunal. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-KESE jaqsam is-servizzi permanenti tas-segretarjat tiegħu fi Brussell mas-segretarjat tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (fir-rigward tas-sede tiegħu fi Brussell, ara l-Protokoll Nru 6 tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet). Barra minn hekk, il-Bureau tal-Parlament daħal ukoll fi ftehim mal-KESE, fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2014, bil-għan li b’mod konġunt iżidu l-effiċjenza fil-qasam tat-traduzzjoni. Din l-azzjoni kienet konformi mal-Artikolu 314(1) tat-TFUE, li jiddikjara li: “[...] kull istituzzjoni għandha [...] tfassal estimi tal-infiq tagħha għas-sena finanzjarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f’abbozz ta’ baġit”. Il-KESE għandu baġit amministrattiv annwali, inkluż fit-taqsima VI tal-baġit tal-UE bħala “istituzzjoni oħra”, ta’ EUR152.5 miljun (2022) – żieda ta’ 5.1% meta mqabbel mal-baġit tal-2021.

Bl-għan li s-sehem allokat tiegħu mill-baġit tal-UE jiġi ġestit b’mod effiċjenti, il-KESE qed jikkoopera mill-qrib dwar kwistjonijiet amministrattivi mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni permezz ta’ ftehimiet konsekuttivi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Dawn il-ftehimiet ipprevedew il-kooperazzjoni amministrattiva, li tippermetti l-ġbir flimkien ta’ riżorsi umani u finanzjarji fl-oqsma tal-loġistika (bini, sigurtà, stamperija, eċċ.), tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tat-traduzzjoni.

Fl-1 ta’ Novembru 2021, daħal fis-seħħ ftehim ta’ kooperazzjoni ġdid ta’ ħames snin bejn il-KESE u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, ibbażat fuq servizzi konġunti. Il-ftehim il-ġdid ikompli jżid l-ambitu tal-attivitajiet konġunti billi jassenja s-servizzi ta’ riċeviment u d-distribuzzjoni tal-posta stampata lis-servizzi konġunti. Kważi nofs il-persunal tal-KESE (2023: 671 impjegat) jaħdem fis-servizz konġunt.

-ٲħ

Il-KESE ġie stabbilit permezz tat-Trattati ta’ Ruma tal-1957 bil-għan li jinvolvi lil gruppi b’interess ekonomiku u soċjali fl-istabbiliment tas-suq komuni u li jipprovdi mekkaniżmi istituzzjonali sabiex il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ministri jkunu mgħarrfa dwar kwistjonijiet Ewropej. L-Att Uniku Ewropew (1986) u t-Trattat ta’ Maastricht (1992) wessgħu l-firxa ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu riferuti lill-kumitat. It-Trattat ta’ Amsterdam kompla wessa’ l-oqsma ta’ riferiment għall-Kumitat u ppermettielu li jiġi kkonsultat mill-Parlament. Bħala medja, il-KESE jipproduċi 170 dokument ta’ konsultazzjoni u opinjoni fis-sena (li minnhom madwar 15% joħroġhom fuq inizjattiva tiegħu stess). L-opinjonijiet huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-kumitat għandu wkoll funzjoni konsultattiva (l-Artikolu 300 tat-TFUE). L-iskop tiegħu hu li jinforma lill-istituzzjonijiet responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE bl-opinjonijiet tar-rappreżentanti tal-attivitajiet ekonomiċi u soċjali.

A. Opinjonijiet maħruġa fuq talba tal-istituzzjonijiet tal-UE

1. Konsultazzjoni obbligatorja

F’ċerti oqsma msemmija speċifikament, it-TFUE jistipula li deċiżjoni tista’ tittieħed biss wara li l-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu kkonsultaw lill-KESE. Dawn l-oqsma huma:

  1. il-politika agrikola (l-Artikolu 43);
  2. il-moviment liberu tal-persuni u tas-servizzi (l-Artikoli 46, 50 u 59);
  3. il-politika tat-trasport (l-Artikoli 91, 95 u 100);
  4. l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni indiretta (l-Artikolu 113);
  5. l-approssimazzjoni tal-liġijiet dwar is-suq uniku (l-Artikoli 114 u 115);
  6. il-politika tal-impjiegi (l-Artikoli 148, 149 u 153);
  7. il-politika soċjali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ (l-Artikoli 156, 165 u 166);
  8. is-saħħa pubblika (l-Artikolu 168);
  9. il-protezzjoni tal-konsumatur (l-Artikolu 169);
  10. in-networks trans-Ewropej (l-Artikolu 172);
  11. il-politika industrijali (l-Artikolu 173);
  12. il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikolu 175);
  13. ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju (l-Artikoli 182 u 188);
  14. l-ambjent (l-Artikolu 192).

2. Konsultazzjoni volontarja

Il-Parlament, il-Kummissjoni jew il-Kunsill jistgħu wkoll jikkonsultaw lill-KESE dwar kwalunkwe suġġett ieħor li jqisu xieraq. Meta dawn l-istituzzjonijiet jikkonsultaw lill-Kumitat, kemm jekk fuq bażi obbligatorja kif ukoll fuq bażi volontarja, jistgħu jistabbilixxu żmien definit (ta’ mill-anqas xahar), u jekk ikun hemm nuqqas ta’ opinjoni wara tali żmien, dan ma jistax jimpedihom milli jieħdu azzjoni ulterjuri (l-Artikolu 304 tat-TFUE).

B. Il-ħruġ ta’ opinjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess

Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li joħroġ opinjoni kull meta jidhirlu li tali azzjoni tkun xierqa.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

Il- għandu l-għan li jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-UE. B’mod speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-KESE qablu dwar diversi kwistjonijiet.

  1. Il-KESE se jħejji valutazzjonijiet tal-impatt bl-informazzjoni u l-materjali rilevanti mis-soċjetà ċivili dwar kif qed taħdem il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u liema nuqqasijiet jeħtieġ li jitqiesu meta titfassal u tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni tal-UE. Dawn jintbagħtu lill-Parlament fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-proċedura ta’ emenda.
  2. Fil-laqgħat tal-kumitat parlamentari rilevanti kollha, siġġu wieħed se jkun riżervat għal membru tal-KESE. Ir-rapporteurs tal-KESE se jiġu mistiedna jippreżentaw opinjonijiet sostanzjali f’seduti ta’ smigħ tal-kumitati parlamentari rilevanti.
  3. Il-kooperazzjoni leġiżlattiva ġenerali u l-pjan ta’ ħidma jiġu diskussi darbtejn fis-sena bejn il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, il-presidenti tal-kumitati tal-Parlament u l-President tal-KESE.

Alexandru-George Moș / Udo Bux / Mariusz Maciejewski