Ϸվ

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jagħti definizzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom l-Unjoni għandha prijorità ta’ azzjoni fil-konfront tal-Istati Membri.

Il-bażi legali

L-Artikolu5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Protokoll (Nru2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

L-objettivi

Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jirregolaw l-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea. Fl-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa maħsub biex iħares il-kapaċità ta’ deċiżjoni u ta’ azzjoni tal-Istati Membri u jagħti lill-Unjoni l-leġittimità biex tintervjeni jekk l-objettivi ta’ xi azzjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, “minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni prevista”. L-għan li tiġi inkluża referenza għall-prinċipju fit-Trattati tal-UE huwa wkoll biex jiġi żgurat li s-setgħat jiġu eżerċitati kemm jista’ jkun possibbli qrib iċ-ċittadini, f’konformità mal-prinċipju ta’ prossimità msemmi fl-.

Il-kisbiet

A. L-oriġini u l-evoluzzjoni storika

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà ġie minqux formalment fit-TUE, iffirmat fl-1992: it-TUE inkluda referenza għall-prinċipju fit-. , iffirmat fl-1986, kien diġà introduċa l-kriterju tas-sussidjarjetà fil-politika ambjentali, iżda mingħajr ma sejjaħlu hekk b’mod espliċitu. Il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, fis-, iddeċidiet li, qabel id-dħul fis-seħħ tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma kienx prinċipju ġenerali tad-dritt li fir-rigward tiegħu kellha tiġi kkontrollata l-legalità tal-atti Komunitarji.

Mingħajr ma bidel il-formulazzjoni tar-referenza għall-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-Artikolu5, it-tieni paragrafu, innumerat mill-ġdid tat-TKE, it-, iffirmat fl-1997, hemeż mat-TKE (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll tal-1997”). L-approċċ globali għall-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, preċedentement maqbul fil-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu tal-1992, b’hekk sar ġuridikament vinkolanti u suġġett għall-istħarriġ ġudizzjarju permezz tal-protokoll dwar is-sussidjarjetà.

It-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-TUE u t-TKE, iffirmat fl-2007, daħħal il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-Artikolu5(3) tat-TUE u rrevoka d-dispożizzjoni korrispondenti tat-TKE filwaqt li uża l-istess formulazzjoni tagħha. Żied ukoll referenza espliċita għad-dimensjoni reġjonali u lokali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Barra minn hekk, it-Trattat ta’ Liżbona ssostitwixxa l-Protokoll tal-1997 bil-Protokoll Nru2 il-ġdid, u d-differenza prinċipali tikkonċerna r-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-iżgurar tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà (1.3.5).

B. Definizzjoni

L-għan ġenerali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa li jiġi ggarantit livell ta’ indipendenza lil awtorità subordinata fil-konfront ta’ awtorità ta’ livell ogħla jew lil awtorità lokali fil-konfront tal-gvern ċentrali. Għalhekk, dan jinvolvi l-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-livelli differenti tal-awtorità, prinċipju li jikkostitwixxi l-pedament istituzzjonali tal-Istati federali.

Meta jiġi applikat fil-kuntest tal-UE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà jservi biex jirregola l-eżerċizzju tas-setgħat mhux esklużivi tal-Unjoni. Dan jeskludi l-intervent tal-Unjoni f’każ li kwistjoni tkun tista’ tiġi ttrattata b’mod effikaċi mill-Istati Membri fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali. L-Unjoni għandha l-leġittimità li teżerċita s-setgħat tagħha biss meta l-Istati Membri ma jkunux f’pożizzjoni li jilħqu l-objettivi ta’ azzjoni prevista b’mod sodisfaċenti u meta l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ ġġib valur miżjud.

Skont l-Artikolu5(3) tat-TUE, hemm tliet prekundizzjonijiet għall-intervent tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà: (a)il-qasam ikkonċernat ma jaqax fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni (jiġifieri kompetenza mhux esklużiva); (b)l-objettivi tal-azzjoni prevista ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri (jiġifieri ħtieġa); (c)l-azzjoni tista’ għalhekk titwettaq aħjar, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha, permezz ta’ intervent mill-Unjoni (jiġifieri valur miżjud).

C. Kamp ta’ applikazzjoni

1. Id-delimitazzjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika biss għal dawk l-oqsma fejn il-kompetenzi huma kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, saret delimitazzjoni aktar preċiża tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni: L-Ewwel Parti, TitoluI, tat- (li ġie ffirmat fl-2007 u daħal fis-seħħ fl-2009) tikklassifika l-kompetenzi tal-Unjoni fi tliet kategoriji (kompetenzi esklużivi, kompetenzi kondiviżi u kompetenzi ta’ appoġġ) u tistabbilixxi lista tal-oqsma koperti mit-tliet kategoriji ta’ kompetenzi.

2. L-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jikkonċerna l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għandu importanza prattika b’mod speċjali fir-rigward tal-proċeduri leġiżlattivi. It-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ ir-rwol kemm tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jirrigwarda r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan daħħal mhux biss referenza espliċita għad-dimensjoni subnazzjonali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda saħħaħ ukoll ir-rwol tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u fetaħ il-possibilità, li tħalliet għad-diskrezzjoni tal-parlamenti nazzjonali, għall-parlamenti reġjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom setgħat leġiżlattivi li jinvolvu ruħhom fil-mekkaniżmu ta’ “twissija bikrija” ex ante.

D. Il-kontroll tal-parlamenti nazzjonali

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu5(3) u l-Artikolu12(b) tat-TUE, il-parlamenti nazzjonali jiżguraw ir-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà skont il-proċedura prevista fil-Protokoll Nru2. Skont il-mekkaniżmu ta’ “twissija bikrija” ex ante msemmi hawn fuq, kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta’ parlament nazzjonali għandhom perjodu ta’ tmien ġimgħat, mid-data li fiha jirċievu abbozz ta’ att leġiżlattiv, biex jindirizzaw lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, permezz ta’ opinjoni motivata bir-ġܲԾᾱ li għalihom iqisu li l-abbozz inkwistjoni ma josservax il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Meta opinjonijiet motivati joriġinaw minn tal-anqas terz tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali (vot wieħed għal kull kamra fil-każ tal-parlamenti bikamerali u żewġ voti fil-każ tal-parlamenti b’kamra waħda), l-abbozz irid jiġi rieżaminat (“kartasafra”). L-istituzzjoni li minnha jkun ġej l-abbozz ta’ att leġiżlattiv tista’ tiddeċiedi li jew iżżomm l-abbozz, jew temendah, jew inkella tirtirah, filwaqt li tagħti r-ġܲԾᾱ għad-deċiżjoni li tieħu. Fir-rigward ta’ abbozzi ta’ atti relatati mal-kooperazzjoni tal-pulizija jew il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, dan il-limitu huwa anqas (kwart tal-voti). Meta, fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, minn tal-anqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali tikkontesta l-konformità ta’ proposta leġiżlattiva mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm il-proposta tagħha, il-kwistjoni tintbagħat lura lill-leġiżlatur (il-Parlament u l-Kunsill), li jagħti d-deċiżjoni tiegħu fl-ewwel qari. Jekk il-leġiżlatur iqis li l-proposta leġiżlattiva mhijiex kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jista’ jirrifjutaha b’maġġoranza ta’ 55% tal-membri tal-Kunsill jew tal-maġġoranza tal-voti li jintefgħu fil-Parlament Ewropew (“karta oranġjo”).

Sal-lum, il-proċedura tal-“karta safra” ġiet skattatha tliet darbiet, filwaqt li l-proċedura tal-“karta oranġjo” qatt ma ntużat. F’Mejju2012, ħarġet l-ewwel “karta safra” fir-rigward ta’ [1] . Kien hemm total ta’ 12-il parlament nazzjonali jew kamra ta’ dawn il-parlamenti minn 40 li qiesu li l-proposta ma kinitx konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà mil-lat tal-kontenut tagħha. Il-Kummissjoni fl-aħħar irtirat il-proposta tagħha, filwaqt li qieset madankollu li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ma kienx inkiser. F’Ottubru2013, inħarġet “karta safra” oħra minn 14-il kamra tal-parlament nazzjonali fi 11-il Stat Membru wara l-preżentazzjoni tal-[2]. Il-Kummissjoni, wara li analizzat l-opinjonijiet motivati li waslu mingħand il-parlamenti nazzjonali, iddeċidiet li [3], hekk kif argumentat li kienet konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. F’Mejju 2016, it-tielet “karta safra” inħarġet minn 14-il kamra ta’ 11-il Stat Membru kontra l-[4]. Il-Kummissjoni tat [5] dettaljati għaż-żamma tal-proposta tagħha, peress li ma kinitx tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi l-kwistjoni tal-ħaddiema stazzjonati hija, skont it-tifsira tagħha stess, waħda tranżnazzjonali.

Il-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC) isservi bħala pjattaforma utli għall-parlamenti nazzjonali biex jaqsmu l-informazzjoni relatata mal-kontroll tas-sussidjarjetà. Barra minn hekk, in-network għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà miżmum mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE. Il-membri tal-network għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà jinkludu parlamenti reġjonali u gvernijiet b’setgħat leġiżlattivi, awtoritajiet lokali u reġjonali mingħajr setgħat leġiżlattivi u assoċjazzjonijiet tal-gvern lokali fl-UE. Huwa miftuħ ukoll għad-delegazzjonijiet nazzjonali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-kmamar tal-parlamenti nazzjonali.

E. Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

F’Marzu 2017, il-Kummissjoni ħolqot “”, bħala parti mill-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, u b’mod partikolari d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa mniedi mill- tal-President tal-Kummissjoni Juncker. It-Task Force timmira li 1) tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu applikati aħjar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; 2) jiġu identifikati oqsma ta’ politika fejn ix-xogħol jista’ jiġi ddelegat mill-ġdid jew jiġi ritornat b’mod definittiv lejn il-pajjiżi tal-UE; u 3) jinstabu modi kif jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil u t-twettiq tal-politika tal-UE.

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mit-Task Force, il-Kummissjoni ppubblikat il- tagħha f’Ottubru2018, bil-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fit-tfassil tal-politika tal-UE. Waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tat-Task Force li ġiet aċċettata kienet li tiġi inkorporata grilja għall-valutazzjoni tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-gwida tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u li tintuża l-grilja biex jiġu ppreżentati s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet u l-memoranda ta’ spjegazzjoni.

Inxteħet dawl ukoll fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, kif iddikjarat fid- ffirmata mill-Presidenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

F. Stħarriġ ġudizzjarju

Ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà jista’ jiġi kkontrollat a posteriori (wara l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv), permezz ta’ rikors ġuriżdizzjonali mressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa wkoll dikjarat fil-protokoll. Mandkollu, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiddisponu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa. Fis-sentenzi tagħha fil-Kawżi u , il-Qorti kkonstatat li r-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà kien wieħed mill-kundizzjonijiet koperti mir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għall-atti tal-Unjoni, skont l-Artikolu296 tat-TFUE. Dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat meta jkun ċar li r-rispett tal-prinċipju joħroġ mill-premessi. F’sentenza aktar riċenti (, Philip Morris, il-punt218), il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet li għandha tivverifika “jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni setax jikkunsidra, fuq il-bażi ta’ elementi dettaljati, li l-għan tal-azzjoni proposta setax jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni”. Għal dak li jikkonċerna s-salvagwardji proċedurali u, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tas-sussidjarjetà, il-Qorti fakkret li r-rispett ta’ dak l-obbligu “għandu jiġi evalwat mhux biss b’referenza għall-kliem tal-att ikkontestat, iżda wkoll għall-kuntest tiegħu u għaċ-ċirkustanzi tal-każ” (il-punt225).

L-Istati Membri jistgħu jressqu rikorsi ta’ annullament quddiem il-Qorti kontra att leġiżlattiv għal ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà f’isem il-parlament nazzjonali tagħhom jew kamra tiegħu, skont is-sistema legali tagħhom. L-istess rikorsi jistgħu jsiru mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kontra tali atti leġiżlattivi jekk it-TFUE jiddisponi li dan jeħtieġlu jiġi kkonsultat.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament ta bidu għall-kunċett tas-sussidjarjetà u, fl-14ta’Frar1984, meta kien qed jiġi adottat l-abbozz tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ippropona dispożizzjoni li permezz tagħha kull darba li t-Trattat jattribwixxi lill-Unjoni kompetenza li tikkompeti mal-kompetenzi tal-Istati Membri, l-azzjoni tal-Istati Membri tiġi eżerċitata sakemm l-Unjoni ma tkunx adottat xi att leġiżlattiv. Barra minn hekk, il-proposta tinsisti fuq il-fatt li l-Unjoni għandha tintervjeni biss biex tassumi kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod konġunt milli kieku jsiru mill-Istati individwali li jaġixxu b’mod separat.

Il-Parlament tenna dawn il-proposti f’bosta riżoluzzjonijiet (pereżempju r-riżoluzzjonijiet tat-23 ta’ Novembru 1989, tal-14 ta’ Diċembru 1989, tat-12 ta’ Lulju 1990, tal-21 ta’ Novembru 1990 u tat-18 ta’ Mejju 1995), li fihom fakkar fl-impenn tiegħu favur il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

A. Ftehimiet interistituzzjonali

Il-Parlament adotta għadd ta’ miżuri biex jaqdi r-rwol tiegħu skont it-Trattati fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont l-Artikolu43 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu “waqt l-eżami ta’ proposta għal att leġiżlattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari jekk dik il-proposta tosservax il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.” Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa l-kumitat parlamentari b’responsabbiltà orizzontali għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. F’dan ir-rigward, huwa regolarment iħejji rapport dwar ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Fil-25ta’Ottubru1993, il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni ffirmaw ftehim interistituzzjonali[6] li jesprimi b’mod ċar ir-rieda tat-tliet istituzzjonijiet li jimxu ’l quddiem b’mod deċiż f’dan il-qasam. B’dan il-mod huma ntrabtu li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan il-ftehim, permezz ta’ proċeduri li jirregolaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jiddefinixxi l-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-kompetenzi li t-Trattati jagħtu lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni b’tali mod li l-objettivi previsti minnhom ikunu jistgħu jintlaħqu. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u li turi li dan ġie osservat. L-istess jgħodd għall-Parlament u għall-Kunsill fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilhom.

Skont il (li jissostitwixxi l-Ftehim ta’Diċembru2003 u l-Approċċ Interistituzzjonali Komuni għal Valutazzjonijiet tal-Impatt ta’ Novembru2005), il-Kummissjoni jeħtiġilha tiġġustifika fin-nota spjegattiva tagħha l-miżuri proposti fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tqis dan il-prinċipju fl-analiżijiet tagħha tal-impatt. Barra minn hekk, skont il-[7], il-Parlament u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jikkooperaw mal-parlamenti nazzjonali biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju minn dawk il-parlamenti tas-setgħa tagħhom ta’ kontroll tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

B. Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Fir-[8], il-Parlament Ewropew kien diġà għamel ċar li fl-opinjoni tiegħu l-prinċipju tas-sussidjarjetà kien prinċipju ġuridiku vinkolanti, iżda fakkar li l-implimentazzjoni tiegħu ma għandhiex tkun ta’ ostaklu għall-eżerċizzju tal-kompetenzi esklużivi tal-UE, u lanqas ma għandha tintuża bħala pretest biex l-acquis communautaire jiġi ddubitat. Fir-[9], il-Parlament żied jgħid li s-soluzzjoni tat-tilwim preferibbilment kellha tinstab fil-livell politiku, filwaqt li ħa nota tal-proposti magħmula fil-Konvenzjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fir-rigward tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ “twissija bikrija” tal-parlamenti nazzjonali fil-qasam tas-sussidjarjetà. Dan il-mekkaniżmu effettivament kien inkorporat fit-Trattat ta’ Liżbona (ara hawn fuq u 1.3.5).

Fir-[10], il-Parlament laqa’ l-involviment aktar mill-qrib tal-parlamenti nazzjonali fil-kontroll tal-proposti leġiżlattivi fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u ssuġerixxa li għandu jiġi investigat kwalunkwe mezz li jelimina l-ostakli li jxekklu l-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali fil-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà.

Fir-[11], il-Parlament ħa nota taż-żieda qawwija fin-numru ta’ opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali, li juri involviment dejjem qed jikber min-naħa tagħhom fil-proċess deċiżjonali tal-Unjoni. Huwa laqa’ wkoll l-interess tal-parlamenti nazzjonali fl-adozzjoni ta’ rwol aktar proattiv permezz tal-użu ta’ proċedura tal-“karta ħadra”. F’dan ir-rigward, huwa rrakkomanda li jsir użu sħiħ mill-għodod eżistenti li jippermettu lill-parlamenti nazzjonali jipparteċipaw fil-proċess leġiżlattiv mingħajr ma jinħolqu strutturi istituzzjonali u amministrattivi ġodda.

Fir-[12], il-Parlament enfasizza r-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u, b’mod partikolari, tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi. Huwa ħa nota wkoll tar-rakkomandazzjonijiet tat-“Task Force dwar is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u li jsir inqas b’mod iktar effiċjenti” iżda indika li ħafna minnhom, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali u l-ħtieġa li tiġi riformata s-sistema ta’ twissija bikrija, kienu diġà ġew enfasizzati mill-Parlament.

Fir-[13], il-Parlament indika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw u jużaw madwar 70% tal-leġiżlazzjoni tal-UE u stieden lill-Kummissjoni biex tinvolvihom aħjar fil-proċessi ta’ konsultazzjoni tagħha, u biex tintegra “mudell ta’ grilja” biex tivvaluta l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Parlament enfasizza wkoll li l-istruttura attwali tal-proċedura għall-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà twassal biex il-parlamenti nazzjonali jiddedikaw ammonti eċċessivi ta’ ħin għal valutazzjonijiet tekniċi u ġuridiċi bi skadenzi qosra, u dan jikkomplika l-għan li ssir diskussjoni politika aktar profonda dwar il-politika Ewropea.

[1]Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li tagħti servizz,(COM(2012)0130).
[2]Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew,().
[3]Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Parlamenti Nazzjonali dwar ir-reviżjoni tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skont il-Protokoll Nru2, (COM(2013)0851).
[4]Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16ta’Diċembru1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, ().
[5]Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti Nazzjonali dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, f’konformità mal-Protokoll Nru2, (COM(2016)0505).
[6]Ftehim Interistituzzjonali tal-25ta’Ottubru1993 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ĠUC329, 6.12.1993, p.135.
[7]Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, ĠUC304, 20.11.2010, p.47.
[8]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew – “Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 1997”, ĠU C98, 9.4.1999, p.500.
[9]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar tfassil aħjar tal-liġijiet2000 (skont l-Artikolu9 tal-Protokoll għat-Trattat KE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità) u dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar tfassil aħjar tal-liġijiet2001 (skont l-Artikolu9 tal-Protokoll għat-Trattat KE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità), ĠUC64E, 12.3.2004, p.135.
[10]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13ta’Settembru2012 dwar it-18-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet – Applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità (2010), ĠUC353E, 3.12.2013, p.117.
[11]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18ta’April2018 dwar ir-rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (), ĠUC 390, 18.11.2019, p.94.
[12]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13ta’Frar2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa ()
[13]Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin2017, 2018u2019 ()

Eeva Pavy